31992R2933



Official Journal L 293 , 09/10/1992 P. 0008 - 0009
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0143
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0143


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2933/92

tas-7 ta' Ottubru 1992

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar amendat mir-Regolament (KEE) Nru 1039/92 [2], u partikolarment l-Artikolu 9,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċi approprjat tan-NM indikat fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi approprjat tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 t'Ottubru 1992.

Għall-Kummissjoni,

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 110, tat-28.4.1992, p. 42.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Il-kodiċi tal-klassifikazzjoni tan-NM | Raġunijiet |

1 | 2 | 3 |

Preparazzjonijiet bażi għaċ-chewing gum, f'forma ta' platti jew granelli li jikkonsistu l-aktar minn: Elastomeric polymers speċjalment ippurifikatiResinsXama' rifinutiGlycerol esters ta' aċidi tax-xaħam li jittiekelMili mineraliAntioxidantsDawn il-preparazzjonijiet jistgħu jkun fihom ukoll emulsifiers naturali u gomma naturali. | 38239098 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3823, 382398 u 38239090. |

--------------------------------------------------