|
29.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/718
tas-28 ta’ Mejju 2020
li taħtar il-Kmandant tal-Forza tal-UE tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472 (1) li tistabbilixxi u tniedi operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI), taħt il-kmand tal-Viċi Ammirall Fabio AGOSTINI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. |
|
(2) |
Fit-30 ta’ April 2020, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda li l-Viċi Ammirall Ettore SOCCI jinħatar Kmandant tal-Forza tal-UE tal-EUNAVFOR MED IRINI għall-ewwel nofs tal-mandat li fadal tal-EUNAVFOR MED IRINI, u li l-Komodor Theodoros MIKROPOULOS jinħatar Kmandant tal-Forza tal-UE tal-EUNAVFOR MED IRINI għat-tieni nofs tal-mandat li fadal. |
|
(3) |
Fl-4 ta’ Mejju 2020, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(4) |
Fis-6 ta’ Mejju 2020, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel dwar dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Għal raġunijiet operattivi, huwa neċessarju li l-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE tal-EUNAVFOR MED IRINI tapplika mis-6 ta’ Mejju 2020. |
|
(6) |
Il-Viċi Ammirall Ettore SOCCI għalhekk jenħtieġ li jinħatar Kmandant tal-Forza tal-UE tal-EUNAVFOR MED IRINI mis-6 ta’ Mejju 2020 sat-18 ta’ Ottubru 2020, u l-Komodor Theodoros MIKROPOULOS mid-19 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall Ettore SOCCI huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mis-6 ta’ Mejju 2020 sat-18 ta’ Ottubru 2020. Il-Komodor Theodoros MIKROPOULOS huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE tal-EUNAVFOR MED IRINI mid-19 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mis-6 ta’ Mejju 2020.
Magħmul fi Brussell, is-28 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
G. GRLIĆ RADMAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (ĠU L 101, 1.4.2020, p. 4).