31999L0068



Official Journal L 172 , 08/07/1999 P. 0042 - 0043


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/68/KE

tat-28 ta’ Ġunju 1999

li tistabbilixxi dispożizzjonijiet addizzjonali għal listi ta’ varjetajiet ta’ pjanti ornamentali miżmuma minn fornituri taħt id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KEE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-marketing ta’ materjal li jkattar ta’ pjanti ornamentali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

(1) Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 93/78/KEE [2] tippreskrivi miżuri implimentattivi li jirrigwardaw il-listi ta’ varjetajiet ta’ pjanti ornamentali miżmuma minn fornituri taħt id-Direttiva tal-Kunsill 91/682/KEE [3];

(2) Billi d-Direttiva 91/682/KEE hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Lulju 1999 u ssostitwita bid-Direttiva 98/56/KE;

(3) Billi skond l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 98/56/KE dispożizzjonijiet addizzjonali implimentattivi għal listi ta’ varjetajiet ta’ pjanti ornamentali miżmuma minn fornituri li jinkludu deskrizzjoni u denominazzjonijiet tekniċi jistgħu jiġu adottati;

(4) Billi sistema ta’ deskrizzjoni ta’ varjetajiet diġa’ te]isti fuq livell Komunitarju fil-qafas tad-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti;

(5) billi dik is-sistema tinkludi wkoll informazzjoni dwar iż-żamma ta’ varjetajiet u dwar id-differenzi mill-varjetajiet li jixxiebhu l-iktar mill-viċin;

(6) Billi fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ leġislazzjoni Komunitarja li tirregola d-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti huwa mixtieq li tiġi żgurata koerenza ma’ din il-leġislazzjoni fir-rigward tad-deskrizzjoni ta’ varjetajiet taħt id-Direttiva 98/56/KE;

(7) Billi d-Direttiva 93/78/KEE għandha tiġi mħassra;

(8) Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Materjal ta’ Tkattir ta’ Pjanti Ornamentali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet addizzjonali implimentattivi għal listi ta’ varjetajiet ta’ pjanti ornamentali kif miżmuma minn fornituri taħt ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 98/56/KE.

Artikolu 2

1. Il-listi miżmumin minn fornituri għandhom jinkludu dan li ġej:

i) l-isem tal-varjetà, flimkien ma’ sinonimi magħrufa sew, fejn xieraq;

ii) indikazzjonijiet li jirrigwardaw il-manutenzjoni tal-varjetà u s-sistema ta’ tkattir applikata;

iii) deskrizzjoni tal-varjetà, mill-inqas fuq il-bażi tal-karatteristiċi u l-espressjonijiet tagħhom kif speċifikati skond id-dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjonijiet li jridu jiġu ppre]entati għal drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti, fejn dawn huma applikabbli;

iv) jekk possibbli, indikazzjonijiet li jirrigwardaw kif il-varjeta[rsquo] tiddiferixxi mill-varjetajiet l-oħrajn li jixbhuha l-iktar mill-qrib.

2. Is-subparagrafi ii) u iv) tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw għal ebda fornitur li l-attivita’ tiegħu hija ristretta għat-tqegħid fis-suq ta’ materjal li jkattar ta’ pjanti ornamentali.

Artikolu 3

Id-Direttiva 93/78/KEE għandha tiġi mħassra b’effett mid-data msemmija fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1999. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fl-okka]]joni tal-pubblikazzjoni uffiċ/jali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċ/jali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Ġunju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 226, tat-13.8.1998, p. 16.

[2] ĠU L 256, ta’ l-14.10.1993, p. 19.

[3] ĠU L 376, Tl-31.12.1991, p. 21.

--------------------------------------------------