Official Journal L 249 , 01/10/1996 P. 0029 - 0032
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1890/96 tat-30 Settembru 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3223/94 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġament ta’ importazzjoni għal frott u ħxejjex IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1363/95 [2], u partikolarment l-Artikolu 23(2) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 Diċembru 1994 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2933/95 [4] stipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’l-arranġamenti ta’importazzjoni għal frott u ħxejjex; Billi l-prezzijiet rappreżentattivi medji ta’prodotti importati minn pajjiżi terzi ma jistgħux jitqiesu bħala sinjifikanti f’livell ta’Komunità jekk huma jikkorispondu għal kwantitatjiet ta’inqas minn tunnellata waħda; Billi, meta valur ta’importazzjoni standard għal prodott ta’ oriġini mogħtija ikun applikat bla ma nbidel għal sebat ijiem, importazzjonijiet ta’dak il-prodott għandhom jiġu meqjusa bħala temporanjament mitmuma; billi l-imsemmi valur għandu għalhekk ikun imħassar; Billi r-Regolament (KE) 3223/94 stabbilixxa makkinarju biex jiġu rreġistrati prezzijiet dwar swieq rappreżentattivi bil-għan li jiġi iffissat valur ta’importazzjoni standard biex jiġi determinat il-valur ta’prodotti importati fuq konsenja bil-għan tal-klassifikazzjoni tat-tariffi tagħhom; billi, b’ konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1558/96 [5] lanġas u għajnbaqar li joriġinaw fil-pajjiżi assoċjati ta’ l-Ewropa Centrali, importati għal ipproċessar, prezzijiet separati japplikaw matul perijodi spiċifiċi għas -sena 1996; fil-waqt li, għal dawn il-prodotti, li m’humiex mibjugħa fuq konsenja fi swieq rappreżentattivi, mekkaniżmu biex prezzijiet jiġu reġistrati direttament jista’ jkun implimentat għall-klassifikazzjoni tat-tariffi tagħhom; billi l-imsemmi mekkaniżmu jista’ jinvolvi biss il-klassifikazzjoni tariffarja tal-prodotti konċernati fuq il-bażi ta’ jew il-prezz għall-but ta’ dawn il-prodotti miżjud il-kost ta’assigurazzjoni u trasport bejn il-fruntieri tat-territorju doganali tal-Komunità jew il-valur doganali li saret riferenza għalih fl-Artikolu 30(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [6], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [7]; Billi l-miżuri li sar provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ Frott u Ħxejjex, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3223/94 hu hawn emendat kif ġej: 1. is-subparagrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 2(1): "Fejn il-kwantitajiet totali li saret riferenza għalihom f’ (b) huma inqas minn tunnellata waħda, il-prezzijiet korrispondenti m’għandhomx ikunu ikkomunikati lill-Kummissjoni." 2. is-subparagrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 4(4): "Huma għandhom jieqfu li japplikaw, madanakollu, fejn l-ebda prezz rappreżentattiv medju ma ġie kkomunikat lill-Kummissjoni għal sebat ijiem konsekuttivi." 3. L-Anness huwa sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-30 Settembru 1996. Għall Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1. [2] ĠU L 132, tas-16.6.1995, p. 8. [3] ĠU L 337, ta’ l-24.12.1994, p. 66. [4] ĠU L 307, ta’ l-20.5.1972, p. 21. [5] ĠU L 193, tas-16.6.1995, p. 8. [6] ĠU L 302, tas-16.6.1995, p. 8. [7] ĠU L 253, tas-16.6.1995, p. 8. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS Parti A Kodici NM | Deskrizzjoni | Perijodu ta' meta japplika | 07020015 | Paradicsom | január 1 sa március 31 | 07020020 | | április 1 sa 30 | 07020025 | | május 1 sa 14 | 07020030 | | május 15 sa 31 | 07020035 | | június 1 sa szeptember 30 | 07020040 | | október 1 sa 31 | 07020045 | | november 1 sa december 20 | 07020050 | | december 21 sa 31 | 07070010 | Uborka | január 1 sa február végéig | 07070015 | Uborka | március 1 sa április 30 | ex07070020 | Uborka, nem feldolgozásra szánt | május 1 sa 15 | ex07070025 | Uborka, nem feldolgozásra szánt | május 16 sa szeptember 30 | ex07070030 | Uborka, nem feldolgozásra szánt | október 1 sa 31 | 07070035 | Uborka | november 1 sa 10 | 07070040 | Uborka | november 11 sa december 31 | 07091040 | Articsóka | november 1 sa december 31 | 07091010 | | január 1 sa május 31 | 07091020 | | június 1 sa 30 | 07099071 | Cukkini | január 1 sa 31 | 07099073 | | február 1 sa március 31 | 07099075 | | április 1 sa május 31 | 07099077 | | június 1 sa július 31 | 07099079 | | augusztus 1 sa december 31 | 08051061 | Friss, édes narancs | december 1 sa 31 | 08051065 | | | 08051069 | | | 08051001 | | január 1 sa március 31 | 08051005 | | | 08051009 | | | 08051011 | | április 1 sa 30 | 08051015 | | | 08051019 | | | 08051021 | | május 1 sa 15 | 08051025 | | | 08051029 | | | 08051031 | | május 16 sa 31 | 08051033 | | | 08051035 | | | 08052031 | Klementin | november 1 sa december 31 | 08052011 | | január 1 sa február végéig | 08052033 | Mandarin, ideértve a tangerint, a satsumát, a wilkinget és az egyéb hasonló hibrid citrusféléket | november 1 sa december 31 | 08052035 | 08052037 | | | 08052039 | | | 08052013 | | január 1 sa február végéig | 08052013 | | | 08052013 | | | 08052013 | | | 08053030 | Citrom | június 1 sa október 31 | 08053040 | | november 1 sa december 31 | 08053020 | | január 1 sa május 31 | 08061040 | Csemegeszőlő | július 21 sa október 31 | 08061050 | | november 1 sa 20 | 08081071 | Alma | július 1 sa 31 | 08081073 | | | 08081079 | | | 08081092 | | augusztus 1 sa december 31 | 08081094 | | | 08081098 | | | 08081051 | | január 1 sa március 31 | 08081053 | | | 08081059 | | | 08081061 | | április 1 sa június 30 | 08081063 | | | 08081069 | | | 08082047 | Körte | július 1 sa 15 | 08082051 | | július 16 sa 31 | ex08082057 | | augusztus 1 sa október 31 | 08082067 | | november 1 sa december 31 | 08082031 | | január 1 sa március 31 | 08082037 | | április 1 sa 30 | 08091020 | Sárgabarack | június 1 sa 20 | 08091030 | | június 21 sa 30 | 08091040 | | július 1 sa 31 | 08092039 | "Egyéb" cseresznye | május 21 sa 31 | 08092049 | | június 1 sa július 15 | 08092059 | | július 16 sa 31 | 08092069 | | augusztus 1 sa 10 | 08093021 | Őszibarack és nektarin | június 11 sa 20 | 08093029 | | | 08093031 | | június 21 sa 31 | 08093039 | | | 08093041 | | augusztus 1 sa szeptember 30 | 08093049 | | | 08094020 | Szilva | június 11 sa 30 | ex08094030 | | július 1 sa szeptember 30 | Kodici NM | Deskrizzjoni | Perijodu ta' meta japplika | ex07070020 | Feldolgozásra szánt uborka | május 1 sa 15 | ex07070025 | | május 16 sa szeptember 30 | ex07070030 | | október 1 sa 31 | 08092031 | Meggy | május 21 sa 31 | 08092041 | | június 1 sa július 15 | 08092051 | | július 16 sa 31 | 08092061 | | augusztus 1 sa 10 | ex08082057 | A közép-európai társult országokból (Bulgária, Cseh Köztársaság, Szlovák Köztársaság, Magyarország, Lengyelország, Románia) származó, feldolgozásra szánt körte | 1996. augusztus 1 sa október 31 | ex08094030 | A közép-európai társult országokból (Bulgária, Cseh Köztársaság, Szlovák Köztársaság, Magyarország, Lengyelország, Románia) származó, feldolgozásra szánt szilva | 1996. július 31 sa szeptember 30 | --------------------------------------------------