<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑216/12</NO.CASE><NO.CASE>C‑217/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0216</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:568">EU:C:2013:568</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20130919">19.9.2013</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C‑216/12 U C‑217/12</P><P>HLIDDAL U BORNAND</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 1408/71</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadini Svizzeri li jirrisjedu fl-Isvizzera u li jaħdmu fil-Lussemburgu</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ allowance ta’ leave parentali</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>benefiċċju tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑216/12 u C‑217/12,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour de cassation (il-Lussemburgu), permezz ta’ deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20120508">8 ta’ Mejju 2012</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Caisse nationale des prestations familiales</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Fjola Hliddal</HT> (C‑216/12),</P><P><HT TYPE="BOLD">Pierre-Louis Bornand</HT> (C‑217/12),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, A. Rosas (Relatur), E. Juhász, D. Šváby u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Caisse nationale des prestations familiales, minn M. Thewes, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal F. Hliddal u P.‑L. Bornand, minn C. Erpelding, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Kreuschitz u D. Martin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar il-pubblikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu bir-Regolament tal-Kunsill Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE>, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3) hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1606/98, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 308, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ir-Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet ġew imressqa fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn il-Caisse nationale des prestations familiales (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>CNPF<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u F. Hliddal u P.‑L. Bornand, rispettivament, li jirrisjedu fl-Isvizzera u li jaħdmu fil-Lussemburgu, dwar ir-rifjut ta’ din il-caisse milli tagħtihom allowance ta’ leave parentali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1408/71 jistabbilixxi d-definizzjonijiet applikabbli fil-qasam irregolat minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(u) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>i)</NO.P><TXT>it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>benefiċċji familjari/tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> jfisser il-benefiċċji kollha materjali jew fi flus bil-ħsieb li jilħqu l-ispejjez tal-familja skond il-leġislazzjoni provduta fl-Artikolu 4(1)[(h)], minbarra s-sussidji speċjali tat-twelid imsemmija fl-Anness I;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>sussidji familjari/tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jfisser il-benefiċċji perijodiċi fi flus konċessi esklussivament b’riferenza għan-numru u, fejn xieraq, l-età tal-membri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1)(h) ta’ dan l-istess regolament, dan tal-aħħar japplika għal-leġiżlazzjoni kollha li tikkonċerna l-oqsma dwar is-sigurtà soċjali li jirrigwardaw il-benefiċċji tal-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1408/71 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Istati Membri jispeċifikaw il-leġislazzjoni u l-iskemi li għalihom saret riferenza fl-Artikolu 4(1) u (2), il-benefiċċji non-kontributorji speċjali li għalihom saret riferenza fl-Artikolu 4(2a), il-benefiċċji minimi li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 50 kif ukoll il-benefiċċji li għalihom hemm riferenza fl-Artikoli 77 u 78 fid-dikjarazzjonijiet li għandhom ikunu notifikati u ppubblikati skont l-Artikolu 97<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, l-Artikolu 13 tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikoli 14ċ u 14f, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-liġijiet ta’ Stat Membru wieħed biss. Dawk il-liġijiet għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 14 sa 17:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>persuna impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat anke jekk ikun jabita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew jekk l-uffiċċju reġistrat inkella post tan-negozju tal-impriża jew tal-individwu li jimpjegah huwa stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 73 tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Persuna impjegata jew li taħdem għal rasha suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru tkun intitolata, fejn jidħlu l-membri tal-familja tagħha li qegħdin jabitaw fi Stat Membru ieħor, għall-benefiċċji tal-familja pprovduti mill-leġislazzjoni tal-Istat tal-ewwel, bħallikieku huma kienu jabitaw f’dak l-Istat, suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Anness VI.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati l-Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE>, approvat f’isem il-Komunità Ewropea mid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20020404">4 ta’ April 2002</DATE>, dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 41, p. 89, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Ftehim bejn il-KE u l-Isvizzera<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), jipprovdi fl-Artikolu 8 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-partijiet kontraenti għandhom jipprovdu, b’mod konformi mal-Anness II, għall-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali bil-għan partikolari li jiżguraw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ugwaljanza fit-trattament;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-aggregazzjoni, għall-fini li wieħed jakkwista jew iżomm id-dritt għall-benefiċċji kif ukoll għall-kalkolu tal-ammont ta’ dawn, tal-perijodi kollha li hu meħud kont tagħhom skont il-liġijiet nazzjonali differenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-ħlas tal-benefiċċji lill-persuni li jirrisjedu fit-territorju tal-partijiet kontraenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>l-għajnuna reċiproka u l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Anness II tal-Ftehim bejn il-KE u l-Isvizzera, dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ siġurtà soċjali, jipprovdi fl-Artikolu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-partijiet kontraenti jaqblu, fir-rigward tal-kuntest tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, li japplikaw bejniethom l-atti Komunitarji li għalihom isir riferiment, kif inhuma fis-seħħ fid-data tal-firma tal-ftehim u kif emendati bit-Taqsima A ta’ dan l-anness jew ir-regoli ekwivalenti għal dawn l-atti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Stati Membri<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> msemmi fl-atti li jsir riferiment għalihom fit-Taqsima A ta’ dan l-anness għandu jitqies li jirreferi, minbarra għall-Istati koperti mill-atti Komunitarji inkwistjoni, għall-Isvizzera.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>It-Taqsima A ta’ dan l-anness tagħmel b’mod partikolari riferiment għar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat li r-Regolament Nru 1408/71 ġie ssostitwit bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72), li beda japplika mill-<DATE ISO="20100501">1 ta’ Mejju 2010</DATE>, l-istess data minn meta r-Regolament Nru 1408/71 tħassar. L-Anness II tal-Ftehim bejn il-KE u l-Isvizzera ġie aġġornat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-kumitat konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni tal-<DATE ISO="20120331">31 ta’ Marzu 2012</DATE> li tissostitwixxi l-Anness II ta’ ma’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="103" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2012">ĠU L 103, p. 51</REF.DOC.OJ>), li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20120401">1 ta’ April 2012</DATE>. L-Anness II tal-Ftehim bejn il-KE u l-Isvizzera minn issa ’il quddiem jagħmel riferiment għar-Regolament Nru 883/2004. Madankollu, peress li l-fatti tal-kawżI prinċipali kienu preċedenti għad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni, ir-Regolament Nru 1408/71 jibqa’ japplika <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kwistjonijiet fil-kawża prinċipali, u dan minħabba l-fatt li, minn naħa, skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolament Nru 883/2004, ir-Regolament Nru 1408/71 jibqa’ fis-seħħ u l-effetti legali tiegħu jiġu miżmuma għall-finijiet, fost l-oħrajn, tal-Ftehim bejn il-KE u l-Isvizzera sakemm dan il-Ftehim ma jinbidilx, u sakemm, min-naħa l-oħra, il-punt 3 tal-Anness II, Taqsima A tal-Ftehim bejn il-KE u l-Isvizzera, fil-verżjoni emendata tiegħu, jagħmlu dejjem riferiment għar-Regolament Nru 1408/71 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>meta jkun hemm każijiet ikkonċernati li seħħew fil-passat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Lussemburgiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 234‑43(1) tal-Kodiċi Industrijali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Qiegħed jiġi stabbilit leave speċjali magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>leave parentali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, mogħti minħabba t-twelid jew l-adozzjoni ta’ wild wieħed jew iktar li jingħataw allowances tal-familja u li jissodisfaw fir-rigward tal-persuna li skontha għandha d-dritt għal leave parentali l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(2) u (3) tal-liġi emendata tad-<DATE ISO="19850619">19 ta’ Ġunju 1985</DATE> rigward l-allowances tal-familja u li tistabbilixxi l-Caisse nationale des prestations familiales, sakemm dawn l-ulied ma jkunux għalqu ħames snin.</P><P>Il-persuni li għandhom id-dritt għal leave parentali, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>il-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, huma dawk kollha li u sakemm huma:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>domiċijati u jirrisjedu kontinwament fil-Lussemburgu, jew li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja;</P></ITEM><ITEM><P>jaħdmu legalment fuq post tax-xogħol fit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu fil-waqt tat-twelid jew tal-akkoljenza ta’ wieħed jew iktar mill-ulied adottati, kif ukoll mingħajr interruzzjoni matul minn tal-inqas tnax-il xahar kontinwu immedjatament qabel il-bidu tal-leave parentali, għand l-istess persuna li timpjega li hija stabbilita legalment fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol jew ta’ apprendistat, għal tul ta’ xogħol għal perijodu ta’ xahar li huwa ekwivalenti minn tal-inqas għal nofs tat-tul normali ta’ xogħol applikabbli fl-impriża bis-saħħa tal-liġi jew tal-ftehim kollettiv ta’ xogħol u għandhom fil-pussess tagħhom tali kuntratt matul it-tul kollu tal-leave parentali;</P></ITEM><ITEM><P>asssoċjati b’mod obbligatorju u kontinwu ma’ wieħed minn dawn it-titoli skont l-Artikolu 1(1)(1), (2) u (10) tal-Kodiċi tal-Assigurazzjonijiet Soċjali;</P></ITEM><ITEM><P>irabbu fid-dar tagħhom wieħed jew iktar mill-ulied imsemmija mit-twelid jew mill-akkoljenza intiża għall-adozzjoni għal dak li jirrigwarda l-leave parentali prevista fl-Artikolu L.234‑45(3), u minn tal-inqas mid-data prevista fl-Artikolu L. 234‑46(2), għan-notifika tat-talba għal dak li jirrigwarda l-leave parentali prevista fl-Artikolu L. 234‑45(4), u jiddedikaw ruħhom prinċipalment għall-edukazzjoni tagħhom matul it-tul kollu tal-leave parentali;</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>ma jeżerċitaw l-ebda attività professjonali matul it-tul tal-leave parentali full-time jew jeżerċitaw matul it-tul tal-leave parentali part-time waħda jew iktar attivitajiet professjonali part-time mingħajr mat-tul totali ta’ sigħat ta’ xogħol għal perijodu ta’ xahar li jkun effettivament sar, inkluż is-sigħat addizzjonali eventwali, jaqbeż in-nofs tat-tul ta’ siegat ta’ xogħol normali għal perijodu ta’ xahar applikabbli fl-istabbiliment bis-saħħa tal-liġi jew tal-ftehim ta’ xogħol.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 306 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="306.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Matul it-tul tal-leave parentali mogħti skont l-Artikoli L. 234‑43 sa L. 234‑49 tal-Kodiċi Industrijali, l-Artikolu 29(a) sa 29(f) tal-liġi emendata tas-<DATE ISO="19790416">16 ta’ April 1979</DATE> li tiffissa r-regolament ġenerali tal-uffiċjali tal-Istat u l-Artikolu 30(a) sa 30(f) tal-liġi emendata tal-<DATE ISO="19851224">24 ta’ Diċembru 1985</DATE> li tiffissa r-regolament ġenerali tal-uffiċjali komunali, ir-remunerazzjoni għax-xogħol hija ssostitwita minn allowance fil-forma ta’ somma f’daqqa, magħrufa iktar ’il quddiem bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>allowance<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li hija ffissata għal EUR 1 778.31 kull xahar għal leave full-time u għal EUR 889.15 kull xahar għal leave parentali part-time. Hija mogħtija f’partijiet kull xahar matul it-tul kollu tal-leave parentali previst minn dan il-kapitolu.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="306.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dritt għal allowance għadha disponibbli għal ħaddiem li jaħdem għal rasu matul it-tul tal-leave parentali, mogħtija minħabba t-twelid jew l-adozzjoni ta’ wild wieħed jew iktar li jingħataw allowances tal-familja u li jissodisfaw fir-rigward tal-persuna li skontha għandha d-dritt għal leave parentali l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 270(2) u (3), sakemm dawn l-ulied ma jkunux għalqu ħames snin, u bil-patt u l-kundizzjoni li</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>huwa domiċiljat u jirrisjedu kontinwament fil-Lussemburgu, jew jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet Komunitarji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>huwa stabbilit legalment fit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu fil-waqt tat-twelid jew tal-akkoljenza ta’ wieħed jew iktar mill-ulied adottati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>huwa asssoċjat b’mod obbligatorju u kontinwu ma’ dan it-titolu matul minn tal-inqas tnax-il xahar immedjatament qabel il-bidu tal-leave parentali f’dan ir-rigward skont l-Artikolu 1(1)(4), (5) u (10) ta’ dan il-Kodiċi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 308 tal-istess kodiċi jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="308.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-allowance mogħtija għal leave konsekuttiv għal leave tal-maternità jew għal leave ta’ akkoljenza ma jistax jiġi akkumulat la mal-allowance għall-edukazzjoni jew benefiċċju li ma huwiex ġej mil-Lussemburgu li huwa tal-istess tip, u lanqas ma benefiċċju li ma huwiex Lussemburgiż dovut għal leave parentali, mogħti lil wieħed jew iktar mill-istess ulied, ħlief għal allowance għall-edukazzjoni estiża għal grupp ta’ tliet ulied jew iktar jew għal wild diżabbli, jew għal benefiċċju ekwivalenti li ma huwiex Lussemburgiż.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="308.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ fejn wieħed mill-ġenituri jitlob u jaċċetta, minkejja l-interdizzjoni ta’ kumulu anki wara l-waqfien mill-ħlas tal-allowance, benefiċċju li ma huwiex ġej mil-Lussemburgu bħal dak imsemmi fis-subparagrafu preċedenti għall-perijodu sa meta’ l-ulied jagħlqu sentejn, ir-rati ta’ kull xahar ta’ allowance diġà mogħtija jagħtu lok għal ħlas lura. Fil-każ ta’ kumulu ma’ allowance għall-edukazzjoni prevista mill-Artikolu 299, l-allowance mogħtija għal leave parentali tinżamm u l-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni li diġà ngħata jiġi kkumpensat permezz ta’ rati ta’ kull xahar ta’ allowance pagabbli. Fil-każ li ma jiġix kkumpensat, l-ammont imsemmi minn issa ’il quddiem jagħti lok għal ħlas lura.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="308.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-ġenitur li jibbenefika mill-allowance għall-edukazzjoni jew minn benefiċċju li ma huwiex ġej mil-Lussemburgu li huwa tal-istess tip ma jkollux iktar dritt, għall-istess wild, għal allowance għal leave (meħud fit-tieni lok) sa meta l-wild jagħlaq ħames snin.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="308.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>L-allowance mogħti għal leave meħud (fit-tieni lok) sa meta l-wild jagħlaq ħames snin ma jistax jingħata simultanjament mal-allowance għall-edukazzjoni jew mal-benefiċċju li ma huwiex ġej mil-Lussemburgu tal-istess tip mitlub mill-ġenitur l-ieħor għal wieħed jew iktar mill-istess ulied, ħlief għal allowance għall-edukazzjoni estiża għal grupp ta’ tliet ulied jew iktar jew għal wild diżabbli, jew għal benefiċċju ekwivalenti li ma huwiex Lussemburgiż. Fil-każ fejn iż-żewġ benefiċċji jiġu mitluba għall-istess perijodu, jingħata biss l-allowance għal leave parentali. L-ammont li jikkorrispondi għar-rati ta’ kull xahar tal-allowance għall-edukazzjoni jew għal benefiċċju li ma huwiex ġej mil-Lussemburgu li diġà ngħata b’mod kumulattiv flimkien mal-allowance mogħtija għal leave parentali huwa kkumpensat b’rati ta’ kull xahar ta’ allowance pagabbli. Fil-każ li ma jiġix kkumpensat, l-ammont imsemmi minn issa ’il quddiem jagħti lok għal ħlas lura.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="308.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ għajnuna permezz taż-żewġ benefiċċji lill-istess ġenitur għal żewġt ulied differenti, ir-rati ta’ kull xahar ta’ allowance għall-edukazzjoni li tiskadi matul it-tul tal-leave parentali jiġu sospiżi. L-ammont ta’ kull xahar tal-allowance tal-istess tip mogħti skont sistema li ma hijiex Lussemburgiża jitnaqqas mill-ammont ta’ kull xahar ta’ allowance mogħtija għal leave parentali sa l-għajnuna ta’ sitt rati fix-xahar għal kull wild. Fil-każ li ma jiġix kkumpensat, l-ammont imsemmi minn issa ’il quddiem jagħti lok għal ħlas lura.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F. Hliddal u P.‑L. Bornand, ċittadini Svizzeri, li jirrisjedu t-tnejn li huma fl-Isvizzera mal-familji tagħhom filwaqt li jaħdmu, bħala kapitani tal-ajruplani, ma’ impriża ta’ trasport bl-ajru fil-Lussemburgu.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kumitat tat-tmexxija tas-CNPF irrifjuta li jagħti allowance għal leave parentali minħabba l-fatt li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu L. 234‑43 tal-Kodiċi Industrijali, fis-sens li l-persuna li titlob għall-benefiċċju ta’ leave parentali għandha tkun domiċiljata u tirrisjedi kontinwament fil-Lussemburgu, jew taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet Komunitarji.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Conseil arbitral des assurances sociales, li quddiemu F. Hliddal u P.‑L. Bornand ressqu rikors kontra dawn id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat tat-tmexxija tas-CNPF, biddel, permezz tas-sentenzi tas-<DATE ISO="20100817">17 ta’ Awwissu 2010</DATE>, l-imsemmija deċiżjonijiet, iddikjara li r-rikors huwa fondat u rrinvija ż-żewġ kawżi quddiem is-CNPF.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li s-CNPF appellat minn dawn is-sentenzi quddiem il-Conseil supérieur de la sécurité sociale, din tal-aħħar ikkonfermat, permezz tas-sentenzi tas-<DATE ISO="20110316">16 ta’ Marzu 2011</DATE>, is-sentenzi kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Is-CNPF ressqet appell kontra dawn is-sentenzi quddiem il-qorti tar-rinviju, billi sostniet sitt aggravji li, ħlief għas-sitt wieħed, huma miċħuda minn din tal-aħħar fis-sentenzi tagħha li jirrigwardaw t-talba għal domanda preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sitt aggravju mqajjem mis-CNPF, ibbażat fuq il-ksur, tar-rifjut tal-applikazzjoni, tal-applikazzjoni żbaljata jew tal-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h), tar-Regolament Nru 1408/71, il-Cour de cassation tinnota li l-Conseil supérieur de la sécurité sociale, wara li eżamina l-għanijiet u l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-allowance għal leave parentali, wasal għall-konklużjoni li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[…] l-allowance għal leave parentali essenzjalment għandha għan tal-familja […]. Fundamentalment (hija intiża) li tpatti għal jew minn tal-inqas li tnaqqas it-telf finanzjarju involut mir-rinunzja temporanja ta’ attività professjonali u sabiex tikkumpensa għall-ispejjeż involuti mill-kura, mill-kustodja u mill-edukazzjoni tal-ulied iż-żgħar.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-Conseil supérieur de la sécurité sociale żied li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[iċ-] ċirkustanza li l-leave parentali jista’ jibqa’ jkollu b’mod aċċessorju u ideali effett pożittiv fuq is-suq tal-impjieg fis-sens li jkun jista’, skont il-każ, jillibera ċertu numru ta’ postijiet ta’ xogħol li jistgħu jiġu okkupati minn persuni qiegħda jew li jista’ permezz tal-iżvilupp tiegħu […] jinkoraġġixxi tqassim aħjar tar-rwoli edukattivi bejn il-missirijiet u l-ommijiet, ma jikkonfutawx l-għan ewlieni tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Peress li kellha dubji rigward il-klassifikazzjoni tal-benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament Nru 1408/71 ta’ benefiċċju bħall-allowance għal leave parentali prevista mil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża, il-Cour de cassation iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja, li hija ffomulata fl-istess termini fiż-żewġ kawżi C‑216/12 u C‑217/12:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Benefiċċju bħall-allowance ta’ leave parentali previst mill-Artikoli 306 sa 308 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali jikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament [Nru 1408/71] applikabbli skont l-Anness II, Taqsima A [punt 1], tal-Ftehim bejn [il-KE u l-Isvizzera] u tal-Att finali, iffirmati fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE>?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20120613">13 ta’ Ġunju 2012</DATE>, il-Kawżi C‑216/12 u C‑217/12 ġew magħquda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament Nru 1408/71 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li allowance għal leave parentali, bħal dik stabbilita mil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża, tikkostitwixxix benefiċċju tal-familja fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Is-CNPF tqis, preliminarjament, li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddikjara li hija ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, peress li l-Ftehim bejn il-KE u l-Isvizzera ma japplikax. Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni dwar il-leave parentali ġejja, fil-Lussemburgu, minn liġi tat-<DATE ISO="19990212">12 ta’ Frar 1999</DATE> li għandha bħala għan it-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-<DATE ISO="19960603">3 ta’ Ġunju 1996</DATE>, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UKIIE, ĊEIP u ta’ KETU (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285). Issa, ċittadin Svizzeru ma jistax iserraħ fuq dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali meħuda fil-kuntest tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, peress li la l-imsemmi ftehim u lanqas l-annessi tiegħu ma jagħmlu riferiment għad-direttiva msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Sussidjarjament, is-CNPF tqis li l-allowance għal leave parentali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tiġi kkunsidrata bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali. Hija tenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-għoti tal-leave parentali u, għaldaqstant, tad-dritt għal allowance għal leave parentali jaqa’ taħt deċiżjoni individwali kif ukoll parzjalment skont id-diskrezzjoni tal-persuna li timpjega u ma tiddependix minn sitwazzjoni li hija legalment iddefinita minn qabel.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-allowance għal leave parentali ma taqa’ fl-ebda waħda mill-kategoriji ta’ benefiċċji elenkati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>L-imsemmija allowance ma tikkostitwixxix benefiċċju tal-familja, iżda toqrob iktar, fir-rigward tar-Regolament Nru 1408/71, għal allowance tal-qgħad volontarju mogħti matul il-leave parentali. Fil-fatt, l-allowance ta’ leave parentali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkonsistix minn komplement ta’ dħul u ma għandhiex bħala għan li tikkumpensa għall-ispejjeż tal-familja. Min-naħa<?PAGE NO="8"?> l-oħra, din l-allowance tikkostitwixxi remunerazzjoni li tirriżulta mill-kuntratt ta’ xogħol jew, minn tal-inqas, li tiddependi mill-eżistenza ta’ dan u li għandha tiġi kklassifikata bħala dħul alternattiv. Tali allowance ma tkunx lanqas komplement ta’ dħul, iżda tikkostitwixxi d-dħul stess tal-benefiċjarju ta’ din l-allowance. Hija tispiċċa mat-tmiem tal-leave parentali, filwaqt li l-ispejjeż marbuta mal-preżenza tal-wild jibqgħu, f’dan ir-rigward, l-istess.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont is-CNPF, l-elementi li ġejjin jipprekludu wkoll li l-allowance għal leave parentali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikklassifika bħala benefiċċju tal-familja fis-sens tal-imsemmi regolament. Din l-allowance tista’ tingħata kemm lill-missier kif ukoll lill-omm, għall-istess wild, jekk iż-żewġ ġenituri jaħdmu, u l-ammont gross tagħhom jaqbeż is-salarju minimu li taqla’ persuna li ma għandhiex kwalifiki. Barra minn hekk, id-dritt għal leave parentali previst mil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża huwa disponibbli biss lill-individwu u jibbenefikaw minnu l-ġenituri, fil-kwalità tagħhom ta’ ħaddiema, u l-ebda membru ieħor tal-familja tagħhom ma jista’ jibbenefika minnu. Fl-aħħar nett, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu allegatament ma għamilx id-dikjarazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F. Hliddal u P.‑L. Bornand, isostnu li r-risposta għad-domanda tal-qorti tar-rinviju għandha tkun pożittiva.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Qabel kollox huma jenfasizzaw li l-allowance għal leave parentali tikkostitwixxi ċertament benefiċċju tas-sigurtà soċjali. Fil-fatt, hija tingħata lil hinn minn kull evalwazzjoni tal-bżonnijiet personali, abbażi ta’ sitwazzjoni ddefinita legalment, jiġifieri peress li dak li jitlob għal allowance jiġġustifika li huwa jibbenefika minn leave parentali. Għalkemm l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet li huwa suġġett għalihom l-għoti tal-leave parentali taqa’ f’idejn il-persuni li timpjega, dik tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-allowance taqa’ biss taħt l-organu tas-sigurtà soċjali li jipprovdi għal allowance.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>L-allowance tal-leave parentali hija wkoll benefiċċju tal-familja, peress li hija tingħata lil kull ġenitur minn kuntratt ta’ xogħol minħabba fit-twelid jew fl-adozzjoni ta’ wild wieħed jew iktar li l-ġenitur benefiċjarju għandu jrabbi u jeduka fid-dar tiegħu matul it-tul kollu tal-leave parentali. L-għan dirett u l-effett prinċipali tagħha huma li tikkumpensa għall-ispejjeż tal-familja. Fil-fatt, hija intiża li tagħmilha possibbli għal wieħed mill-ġenituri li jiddedika lilu nnifsu għall-edukazzjoni ta’ wild żgħir, u, b’mod iktar speċifiku, sabiex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż għall-edukazzjoni tal-wild, sabiex jikkumpensa għall-ispejjeż l-oħra għall-kustodja u għall-edukazzjoni kif ukoll, skont il-każ, sabiex itaffi l-iżvantaġġi finanzjarji involuti meta jintilef dħul minn attività ta’ xogħol. Fl-aħħar nett, l-għażla tas-CNPF bħala korp ta’ ħlas, tenfasizza n-natura tal-familja tal-imsemmija allowance.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea tinnota, preliminarjament, li l-kwistjoni tal-benefiċċju miċ-ċittadini Svizzeri tal-leġiżlazzjoni Lussemburgiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma ġietx sottomessa mill-qorti tar-rinviju quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li għaldaqstant ma tistax tiddeċiedi fuq din il-kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-domanda tal-qorti tar-rinviju, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-allowance għal leave parentali prevista mil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża tikkostitwixxi benefiċċju tas-sigurtà soċjali u mhux remunerazzjoni fis-sens tad-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-kunċett ta’ remunerazzjoni jippreżupponi bħala prinċipju l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol fil-preżent. Issa, fil-każ fejn il-ħaddiem huwa fiċ-ċirkustanza ta’ leave parentali, ir-relazzjoni ta’ xogħol tiġi sospiża. Barra minn hekk, il-finanzjament tal-allowance għal leave parentali jikkorrispondi, f’dan il-każ, għall-prodott taż-żieda tal-kontribuzzjoni soċjali miġbura mill-karburanti. Iż-żejjed jinġabar mill-baġit tal-Istat. Għalhekk, din l-allowance ma titħallasx mill-persuna li timpjega.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li din l-allowance hija benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament Nru 1408/71. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tagħmel riferiment, fost l-oħrajn, għall-fatt li, skont l-Artikolu 308 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali, l-allowance għal leave parentali ma tistax tiġi akkumulata la mal-allowance għall-edukazzjoni u lanqas ma’ allowance mogħtija minn pajjiż ieħor bħala leave parentali mogħti lill-istess wild. Tali dispożizzjonijiet<?PAGE NO="9"?> ta’ antikumulu huma karatteristika tal-benefiċċji tal-familja. Barra minn hekk, l-ammont tal-imsemmija allowance hija ammont fil-forma ta’ somma f’daqqa indipendentement mill-paga preċedenti li kellu l-ħaddiem rilevanti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li s-CNPF tikkontesta l-applikabbiltà tal-Ftehim bejn il-KE u l-Isvizzera għall-kwistjonijiet fil-kawża prinċipali u għaldaqstant il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domanda tal-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Kif ġustament tenfasizza l-qorti tar-rinviju, il-Ftehim bejn il-KE u l-Isvizzera, peress li jagħmel riferiment espress għar-Regolament Nru 1408/71, iwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni personali ta’ dan ir-regolament għaċ-ċittadini Svizzeri. Issa, permezz tad-domanda li saret, dwar l-interpretazzjoni tal-istess regolament, il-qorti tar-rinviju tixtieq issir taf jekk allowance għal leave parentali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-imsemmi regolament, hekk li hija koperta mir-riferiment fl-imsemmi ftehim għal dan l-istess regolament u tista’ tiġi mitluba minn ċittadin Svizzeru. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ riferiment fl-imsemmi ftehim għad-Direttiva 96/34, li l-liġi tat-<DATE ISO="19990212">12 ta’ Frar 1999</DATE> li ħolqot il-leave parentali u leave għal raġunijiet tal-familja għandha l-għan, skont is-CNPF, li tiżgura t-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali, huwa, f’dan ir-rigward, mingħajr effett fuq il-kwistjonijiet fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi d-domanda magħmula.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Huwa xieraq, fl-ewwel lok, li jiġi eżaminat jekk allowance għal leave parentali għandhiex tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens tal-Artikolu 157 TFUE jew bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>benefiċċju tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 157(2) TFUE <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>paga<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> tfisser il-paga jew is-salarju komuni bażiku jew minimu u kwalunkwe remunerazzjoni oħra, sew jekk fi flus jew in natura, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, għall-impjieg tiegħu, minngħand min iħaddmu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Huwa stabbilit fil-ġurisprudenza li l-imsemmi kunċett jinkludi r-remunerazzjoni kollha, attwali jew eventwali, bil-kundizzjoni li jiġu mħallsa, anki jekk indirettament, mill-persuna li timpjega lill-ħaddiem minħabba l-impjieg ta’ dan tal-aħħar u irrispettivament jekk jirċevihiex taħt kuntratt ta’ xogħol, bis-saħħa ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew fuq bażi volontarja (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE>, Barber, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-262/88" PAGE.ECR="I-1889" YEAR="1990">C-262/88, Ġabra p. I-1889</REF.DOC.ECR>, punt 12; tad-<DATE ISO="19981119">19 ta’ Novembru 1998</DATE>, Høj Pedersen <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-66/96" PAGE.ECR="I-7327" YEAR="1998">C-66/96, Ġabra p. I-7327</REF.DOC.ECR>, punt 32; tat-<DATE ISO="20000330">30 ta’ Marzu 2000</DATE>, JämO, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-236/98" PAGE.ECR="I-2189" YEAR="2000">C-236/98, Ġabra p. I-2189</REF.DOC.ECR>, punt 39, kif ukoll tat-<DATE ISO="20040330">30 ta’ Marzu 2004</DATE>, Alabaster, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-147/02" PAGE.ECR="I-3101" YEAR="2004">C-147/02, Ġabra p. I-3101</REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ħaddiem li jeżerċita d-dritt għal leave għall-edukazzjoni li tagħtih il-leġiżlazzjoni nazzjonali u li jinkludi allowance għall-edukazzjoni mogħtija mill-Istat jinsab f’sitwazzjoni speċifika, li ma tistax tiġi pparagunata għal dik ta’ raġel jew ta’ mara li jaħdmu, peress li dan il-leave huwa kkaratterizzat mis-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol u, minħabba l-obbligi rispettivi tal-persuna li timpjega u tal-ħaddiem (ara, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19991021">21 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Lewen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-333/97" PAGE.ECR="I-7243" YEAR="1999">C-333/97, Ġabra p. I-7243</REF.DOC.ECR>, punt 37, u tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, Gómez-Limón Sánchez-Camacho, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-537/07" PAGE.ECR="I-6525" YEAR="2009">C-537/07, Ġabra p. I-6525</REF.DOC.ECR>, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-proċess ma jirriżultax li l-allowance inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija mħallsa, anki indirettament, mill-persuna stess li timpjega.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-allowance għal leave parentali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkostitwixxix remunerazzjoni fis-sens tal-Artikolu 157 TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Huwa importanti, fit-tieni lok, li jiġi vverifikat jekk il-kriterji żviluppati mill-ġurisprudenza u li jippermettu li allowance tal-allowance tas-sigurtà soċjali tiġi kklassifikata fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71 humiex issodisfatti fir-rigward tal-allowance għal leave parentali hekk kif prevista fl-Artikolu 306 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi enfasizzat li l-fatt li l-Istat Lussemburgiż ma ddikjarax, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1408/71, li l-allowance għal leave parentali prevista fl-Artikolu 306 tal-Kodiċi għas-sigurtà soċjali hija s-sistema msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) tal-istess regolament ma jfissirx, minnu nnifsu, li din l-allowance ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19771129">29 ta’ Novembru 1977</DATE>, Beerens, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="35/77" PAGE.ECR="2249" YEAR="1977">35/77, Ġabra p. 2249</REF.DOC.ECR>, punt 9, u tal-<DATE ISO="19990315">15 ta’ Marzu 1999</DATE>, Offermanns, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-85/99" PAGE.ECR="I-2261" YEAR="1999">C-85/99, Ġabra p. I-2261</REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni li tingħata fid-dritt intern lil ċertu benefiċċju ma hijiex determinanti sabiex jiġi evalwat jekk dan il-benefiċċju jaqax jew le fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali tar-Regolament Nru 1408/71 (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19920716">16 ta’ Lulju 1992</DATE>, Hughes, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-78/91" PAGE.ECR="I-4839" YEAR="1992">C-78/91, Ġabra p. I-4839</REF.DOC.ECR>, punt 14; tal-<DATE ISO="19961010">10 ta’ Ottubru 1996</DATE>, Hoever u Zachow, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-245/94+C-312/94" PAGE.ECR="I-4895" YEAR="1996">C-245/94 u C-312/94, Ġabra p. I-4895</REF.DOC.ECR>, punt 17, kif ukoll Offermanns, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, benefiċċju jista’ jitqies li huwa benefiċċju tas-sigurtà soċjali fil-każ fejn huwa jingħata lill-benefiċjarji indipendentement minn kull evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni legalment iddefinita, u fejn huwa relatat ma’ wieħed mir-riskji espressament elenkati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1408/71 (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Hughes, iċċitata iktar ’il fuq, punt 15; tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, Hosse, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/03" PAGE.ECR="I-1771" YEAR="2006">C-286/03, Ġabra p. I-1771</REF.DOC.ECR>, punt 37; tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Habelt <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-396/05+C-419/05+C-450/05" PAGE.ECR="I-11895" YEAR="2007">C-396/05, C-419/05 u C-450/05, Ġabra p. I-11895</REF.DOC.ECR>, punt 63, kif ukoll tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Petersen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-228/07" PAGE.ECR="I-6989" YEAR="2008">C-228/07, Ġabra p. I-6989</REF.DOC.ECR>, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalkemm s-CNPF issostni li s-sitwazzjoni legali li tikkostitwixxi l-fatt li joħloq id-dritt għal allowance għal leave parentali hija fl-aħħar nett id-deċiżjoni tal-persuna li timpjega biex tiddeċiedi jekk tagħtix jew le leave parentali, jibqa’ l-fatt li din l-allowance innifisha tingħata abbażi ta’ sitwazzjoni legalment iddefinita indipendentement minn kull evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, u kif jenfasizzaw F. Hliddal u P.‑L. Bornand, għandha ssir distinzjoni bejn il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ leave parentali minn dawk il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta’ din l-allowance meta l-eżistenza tas-sitwazzjoni legalment iddefinita tiġi stabbilita. Huma biss dawn l-aħħar kundizzjonijiet li jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi kklassifikat il-benefiċċju.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Meta allowance għal leave parentali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tissodisfa l-ewwel miż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, huwa xieraq, barra minn hekk, li jiġi eżaminat jekk, fid-dawl tal-elementi li jagħmlu parti minnha, b’mod partikolari l-għanijiet tagħha u l-kundizzjonijiet għall-għoti tagħha, l-imsemmi benefiċċju jikkostitwixxix benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament Nru 1408/71, jekk jekk inkella pjuttost jirrigwarda dħul ta’ sostituzzjoni li jixbah lill-benefiċċju tal-qgħad.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Benefiċċju, bħal allowance għal leave parentali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxix benefiċċju tal-qgħad. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex tinħoloq distinzjoni bejn il-kategoriji differenti ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni r-riskju kopert minn kull benefiċċju. Għaldaqstant, benefiċċju tal-qgħad ikopri r-riskju marbut mat-telf ta’ dħul subit mill-ħaddiem wara li jkun tilef l-impjieg tiegħu, għalkemm ikun għadu kapaċi jaħdem. Benefiċċju mogħti wara li jseħħ dan ir-riskju, jiġifieri t-telf tal-impjieg, u li ma għandux iktar jitħallas malli dik is-sitwazzjoni tispiċċa minħabba l-fatt li l-persuna kkonċernata tkun qegħda twettaq attività bi ħlas, għandu jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi benefiċċji tal-qgħad (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20060718">18 ta’ Lulju 2006</DATE>, De Cuyper, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-406/04" PAGE.ECR="I-6947" YEAR="2006">C-406/04, Ġabra p. I-6947</REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Issa, dan ma huwiex il-każ ta’ persuna li tibbenefika minn allowance għal leave parentali bħall-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Persuna bħal din ma tilfitx l-impjieg tagħha, iżda ddeċidiet biss li tissospendi xogħolha.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Sussegwentement, huwa importanti wkoll li jitfakkar li, skont l-Artikolu 1(u)(i) tar-Regolament Nru 1408/71, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>benefiċċji familjari/tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jfissru l-benefiċċji kollha materjali jew fi flus bil-ħsieb li jilħqu l-ispejjeż tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-benefiċċji tal-familja huma intiżi sabiex jgħinu soċjalment lill-ħaddiema li għandhom ir-responsabbiltà ta’ familja billi tipparteċipa s-soċjetà f’dawn l-ispejjeż (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19850704">4 ta’ Lulju 1985</DATE>, Kromhout, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="104/84" PAGE.ECR="2205" YEAR="1985">104/84, Ġabra p. 2205</REF.DOC.ECR>, punt 14, u Offermanns, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>It-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>jilħqu l-ispejjeż tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, li jissemma’ fl-imsemmija dispożizzjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-benefiċċji huma intiżi, b’mod partikolari, bħala kontribuzzjoni pubblika għall-baġit tal-familja, intiża sabiex tnaqqas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kura tal-ulied (sentenzi Offermanns, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41, u tas-<DATE ISO="20021107">7 ta’ Novembru 2002</DATE>, Maaheimo, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-333/00" PAGE.ECR="I-10087" YEAR="2002">C-333/00, Ġabra p. I-10087</REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li allowance għall-edukazzjoni intiża sabiex tagħmilha possibbli għal wieħed mill-ġenituri li jiddedika lilu nnifsu għall-edukazzjoni ta’ wild żgħir, u, b’mod iktar speċifiku, sabiex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż għall-edukazzjoni ta’ dan il-wild, sabiex jikkumpensa għall-ispejjeż l-oħra għall-kustodja u għall-edukazzjoni u, skont il-każ, sabiex itaffi l-iżvantaġġi finanzjarji involuti meta jintilef dħul minn attività ta’ xogħol full-time għandha bħala għan li tikkumpensa għall-ispejjeż tal-familja fis-sens tal-Artikolu 1(u)(i) tar-Regolament Nru 1408/71 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Hoever u Zachow, iċċitata iktar ’il fuq, punti 23 u 25).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Mill-punt 27 tas-sentenza Hoever u Zachow, iċċitata iktar ’il fuq, jirriżulta li tali benefiċċju għandu jitqies bħala benefiċċju tal-familja, fis-sens tal-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament Nru 1408/71 (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="19980611">11 ta’ Ġunju 1998</DATE>, Kuusijärvi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-275/96" PAGE.ECR="I-3419" YEAR="1998">C-275/96, Ġabra p. I-3419</REF.DOC.ECR>, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, fir-rigward tal-allowances għall-interruzzjoni tal-karriera mogħtija, taħt ċerti kundizzjonijiet, lil ħaddiema li jinterrompu l-karriera tagħhom fil-kuntest ta’ leave parentali, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dan it-tip ta’ benefiċċju, simili għal allowance għal leave parentali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitqies bħala benefiċċju tal-familja (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju, C‑469/02, punt 16).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi kollha jirriżulta li l-allowance għal leave parentali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minn naħa, ma tistax tikklassifika bħala remunerazzjoni fis-sens tal-Artikolu 157 TFUE u min-naħa l-oħra, ma tistax tikkostitwixxi benefiċċju tas-sigurtà soċjali li l-karatteristiċi tiegħu jikkorrispondu għal dawk ta’ benefiċċju tal-familja fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Ir-risposta għad-domanda magħmula għandha għalhekk tkun li l-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament Nru 1408/71 għandhom jiġu interpretati fis-sens li allowance għal leave parentali, bħal dik stabbilita mil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża, tikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar il-pubblikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu bir-Regolament tal-Kunsill Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE>, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1606/98, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li allowance għal leave parentali, bħal dik stabbilita mil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża, tikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens ta’ dan ir-regolament.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>