31985R0717



Official Journal L 078 , 21/03/1985 P. 0013 - 0013
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0057
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 13 P. 0101
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0057
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 13 P. 0101


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 717/85

tad-19 ta' Marzu 1985

dwar il-klassifika ta' oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 17.04 D I tat-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2055/84 [2], u b'mod partikulari Artikolu 3 tiegħu,

Billi, biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, miżuri għandhom jittieħdu dwar il-klassifika ta' pastilji għas-sogħla u l-irritazzjoni tal-grieżem komposti kif ġej (perċentwal bil-piż):

—sukrosju, glukosju u karamella: | 99,5 |

—ganfra: | 0,007, |

—mentol: | 0,207, |

—ewkaliptol: | 0,069, |

—Balzmu Tolu: | 0,003, |

—timol: | 0,069, |

—alkoħol tal-benżil: | 0,138; |

Billi l-intestatura Nru 17.04 tat-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsil (KEE) Nru 950/68 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 483/85 [4], tirreferi għall-ħelu, li ma jkunx fih kawkaw; billi t-titolu Nru 30.03 jirreferi għall-mediċinali (inklużi l-mediċinali veterinarji);

Billi l-prodott in kwistjoni fih aġenti tal-palat li jistgħu wkoll ikollhom kwalitajiet mediċinali imma minħabba l-proporzjonijiet żgħar li bihom dawn l-aġenti jkunu preżenti d-dispożizzjonijiet tan-Nota 1 tal-Kapitolu 30 ma jiġux osservati; billi l-intestatura Nru 30.03 għalhekk mhix applikabbli;

Billi dan il-prodott għandu l-karatteristiċi tal-ħelu, li ma fihx kawkaw u għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt din l-intestatura, billi, ġo dan l-intestatura għandu jintgħażel 17.04 D I;

Billi l-miżuri previsti f' dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Pastilji għas-sogħla u l-irritazzjoni tal-grieżem komposti kif ġej (perċentwal bil-piż):

—zokkor (tal-kannamieli), glukosju u karamella: | 99,5, |

—gamfra: | 0,007, |

—mentol: | 0,207, |

—ewkaliptol: | 0,069, |

—balzmu Tolu: | 0,003, |

—fenol: | 0,069, |

—alkoħol tal-benżil: | 0,138, |

għandom jiġu kklassifikati fit-Tariffa Doganali Komuni taħt l-intestatura:

17.04 Ħelu, li ma fihx kawkaw:

D. Oħrajn:

I. Li fihom il-grassijiet tal-ħalib jew li fihom anqas minn 1,5 % bil-piż ta' grassijiet bħal dawn.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 1985.

F'isem il-Kummissjoni

Cockfield

Viċi-President

[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

[2] ĠU L 191, tad-19.7.1984, p. 1.

[3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

[4] ĠU L 59, tas-27.2.1985, p. 14.

--------------------------------------------------