Id-Direttiva tal-Kunsill 92/97/KEE ta’ l-10 ta’ Novembru 1992 li temenda d-Direttiva 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur
Official Journal L 371 , 19/12/1992 P. 0001 - 0031
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 23 P. 0204
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 23 P. 0204
CS.ES Chapter 13 Volume 011 P. 225 - 255
ET.ES Chapter 13 Volume 011 P. 225 - 255
HU.ES Chapter 13 Volume 011 P. 225 - 255
LT.ES Chapter 13 Volume 011 P. 225 - 255
LV.ES Chapter 13 Volume 011 P. 225 - 255
MT.ES Chapter 13 Volume 011 P. 225 - 255
PL.ES Chapter 13 Volume 011 P. 225 - 255
SK.ES Chapter 13 Volume 011 P. 225 - 255
SL.ES Chapter 13 Volume 011 P. 225 - 255
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/97/KEE ta’ l-10 ta’ Novembru 1992 li temenda d-Direttiva 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod speċjali Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi għandhom ikunu adottati miżuri bil-għan li jistabbilixxu progressivament is-suq intern matul perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern ser ikun magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha hu assigurat il-moviment ħieles tal-prodotti, persuni, servizzi u kapital; Billi l-Parlament Ewropew diġa talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposta fl-1992 li tistabbilixxi l-limiti massimi permissibbli tal-ħoss billi jitqiesu l-limiti tad-disturbi tal-ħoss definiti mill-Organizzazzjoni għal Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD); Billi d-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE [4] tistabbilixxi l-valuri tal-limitu għal-livell tal-ħoss ta’ vetturi bil-mutur; billi dawn il-valuri tal-limitu tnaqqsu għall-ewwel darba bid-Direttiva 77/212/KEE [5] u għat-tieni darba bid-Direttiva 84/424/KEE [6]; billi dan it-tnaqqis kien partikolarment sever fil-każ ta’ xarabanks, coaches u vannijiet, u ammontaw għal madwar 10 decibels (db (A)); Billi d-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE hi waħda mid-direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [7]; Billi l-Kunsill, fl-adozzjoni tad-Direttiva 84/424/KEE li temenda d-Direttiva 70/157/KEE, iddeċieda li d-disposizzjonijiet tad-Direttiva kellhom ikunu riveduti aktar tard fuq proposta mill-Kummissjoni; billi l-proposta mill-Kummissjoni kienet ibbażata fuq studji u riċerka li tikkonċerna l-possibilità ta’ miżuri leġislattivi oħrajn li jqisu fl-istess ħin l-aspetti prinċipali tar-regoli tal-Komunità fis-settur tal-vetturi bil-mutur, partikolarment dawk li jirrigwardjaw is-sigurtà, il-ħarsien ambjentali u l-konservazzjoni ta’ l-enerġija; Billi biex il-pubbliku jkun imħares mit-tniġġis tal-ħoss hemm bżonn ta’ aktar miżuri xierqa biex inaqqsu aktar il-livell tal-ħoss tal-vetturi bil-mutur; billi dawk il-miżuri għandhom jqisu l-avvanzi teknoloġiċi li għandhom jiġu applikati; billi għalhekk għandu jitħalla żmien biżżejjed għall-implimentazzjoni tagħhom wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva sabiex l-avvanzi teknoloġiċi, bħalissa fl-istat prototipiku, jistgħu jiġu applikati għal produzzjoni ta' serje; billi l-valuri tal-limitu li bħalissa jgħoddu għall-vetturi tqal tal-merkanzija daħlu fis-seħħ biss mill-1 ta’ Ottubru 1989; Billi biex jinkiseb tnaqqis sinifikanti u effettiv ta’ dawn id-disturbi huwa meħtieġ li d-differenzi bejn it-teknika tal-kejl li qed jintużaw bħalissa u l-kondizzjonijiet reali tat-traffiku jitnaqqsu kemm jista' jkun possibbli; billi ċerti tipi ta’ teknoloġija ma jistgħux ikunu vverifikati għalissa u għadhom ma jistgħux jitqabblu ma’ dawk li kienu jintużaw s'issa fil-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur; Billi l-kondizzjonijiet tal-kejl preżenti, u b’mod partikolari d-definizzjoni tal-wiċċ tal-pista tat-test u ċerti kondizzjonijiet ambjentali waqt it-testijiet, bħal ma huma t-temperatura, l-pressjoni atmosferika, l-umdità, il-veloċità tar-riħ u l-ħoss fl-isfond jirrikjedu aktar deskrizzjoni dettaljata; billi dawk il-preċisazzjonijiet jingħataw kemm jista’ jkun malajr permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE; Billi, mit-tniġġis tal-ħoss li jipproduċu l-vetturi, dak magħmul mit-tyres, instab li hu partkolarment sever ser meta l-veloċità tal-vetturi teċċedi s-60 km/fis-siegħa; billi biex il-pubbliku jkun imħares b’mod effettiv mill-ħoss, speċjalment dak li joħloq it-traffiku f’żoni urbani, jeħtieġ li jkunu kompletati żewġ stadji oħra; billi, l-ewwel stadju, kopert b’din id-Direttiva, jikkonsisti filli tingħata attenzjoni kemm jista' jkun aktar għall-ħtiġijiet preżenti għal kull kategorija ta’ vettura fir-rigward tal-livelli tal-ħoss tal-partijiet mekkaniċi u s-sistemi ta’ exhaust tal-vetturi bil-mutur; billi t-tieni stadju - fid-dawl ta' aktar studji u riċerka aktar dettaljati dwar il-problemi marbuta ma’, u s-soluzzjonijiet tekniċi għall-ħoss ikkawżat mill-kuntatt bejn it-tyres u l-wiċċ tat-triq - se jwassal għall-istabbiliment ta’ kriterji realistiċi u riproduċibbli u metodi biex ikun determinat din it-tip importanti ta’ tniġġis tal-ħoss u biex jiġu stabbiliti l-ħtiġiet korrispondenti li għandu jkun hemm konformità magħhom; Billi jitlesta l-ewwel stadju jeħtieġ li l-Anness tad-Direttiva 70/157/KEE ikun emendat billi jitnaqqsu l-valuri tal-livell tal-ħoss imfissra f’dB(A) għal kull kategorija ta’ vettura msemmija f’dak l-Anness u billi jitjieb il-metodu tat--test fuq vetturi b’magni kbar; billi dan it-tip ta’ vettura qiegħed kull ma jmur ikun disinjat sabiex jinħoloq proporzjon ogħla bejn il-qawwa tal-magna u l-massa tal-vettura u l-kurva li tirrappreżenta t-torque bħala funzjoni tal-veloċità tal-magna ġiet modifikata biex tagħti aktar saħħa fil-mixi f'veloċità baxxa tal-magna; billi minħabba li b’hekk dawn id-disinji l-ġodda jwasslu għall-użu ta’ aktar relattività tal-gerijiet fit-traffiku urban u għandhom influwenza kbira fuq il-ħoss emess mill-partijiet mekkaniċi meta mqabbla mal-ħoss tat-triq; billi ttieħed kont ta' dawn id-disinji l-ġodda billi ġiet modifikata it-teknika tal-kejl għal din it-tip ta’ vettura, waqt li tqieset liema veloċità tintlaħaq lejn is-sezzjoni ta’ l-aċċelerazzjoni fejn il-livell tal-ħoss għandu jitkejjel; Billi, minħabba l-ħafna tipi differenti ta’ tyres u ta’ l-uċuh tat-toroq li jeżistu u li jikkorrispondu mal-kondizzjonijiet ġeografiċi u atmosferiċi differenti, hu meħtieġ li jibqgħu jsiru studji u riċerka sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti kriterji li għandhom jintlaħqu mit-tyres u biex ikun definit il-valur numeriku għat-tip ta’ l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur; billi r-riżultati ta’ dawk l-istudji u r-riċerka jippermettu d-dħul, fit-tieni stadju, ta' aktar ħtiġiet, b'żieda ma' miżuri li jkopru l-ħoss minn sors mekkaniku; Billi l-kontroll ta’ ħoss li joħorġu minħabba li jħokku t-tyres mat-triq irid ikun ibbażat mhux biss fuq it-tyres iżda wkoll fuq minn xiex ikun magħmul l-asfalt (asfalt li jassorbi l-ħoss); billi jeħtieġ li jibqgħu jsiru studji u riċerka sabiex ikunu jistgħu jiġu aċċettati indiċi numeriċi sabiex ikunu stabbiliti kriterji oġġettivi għall-konformità mat-triq. Billi l-Istati Membri għandhom jitħallew biex javvanzaw l-awtorizzazzjoni għad-dħul ta’ vetturi li jisodisfaw l-istandards tal-Komunità permezz ta’ l-inċentivi fit-taxxa; billi dan jimplika li l-Kunsill għandu, sa l-1 ta’ Ottubru 1995, jadotta l-ħtiġiet għat-tieni stadju, li għalih il-Kummissjoni trid tressaq proposta sal-31 ta’ Marzu 1994; Billi, sabiex l-ambjent Ewropew jakwista l-benefiċċji massimi minn dawn id-disposizzjonijiet filwaqt li fl-istess ħin jassigura l-unità tas-suq, jeħtieġ li jkunu stabbiliti standards Ewropej aktar riġidi bbażati fuq armonizzazzjoni totali. ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Annessi tad-Direttiva 70/157/KEE huma hawnhekk sostitwiti bl-Annessi ta’ din id-Direttiva. Artikolu 2 1. B’effett mill-1 ta’ Lulju 1993, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust: - jiċħdu, fil-każ ta’ xi tip ta’ vettura bil-mutur, biex jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħorġu d-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10 (1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew biex jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ ċerti vetturi, jekk il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust ta’ dan it-tip ta’ vettura jew dawn il-vetturi jkunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva. 2. B’effett mill-1 t’Ottubru 1995, l-Istati Membri: - ma jistgħux jibqgħu jagħtu aktar l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew li joħorġu d-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10 (1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ xi tip ta’ vettura bil-mutur, - għandu jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fil-każ ta’ xi tip ta’ vettura bil-mutur, li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tagħha ma jkunux konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl Annessi tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva. 3. B’effett mill-1 t’Ottubru 1996, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta’ dawk il-vetturi bil-mutur li l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust tagħhom ma jkunux konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata b’din id-Direttiva. Artikolu 3 L-Istati Membri jistgħu jagħmlu disposizzjoni għall-inċentivi tat-taxxa biss fir-rigward ta’ vetturi bil-mutur li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva. Dawk l-inċentivi għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet tat-Trattat u, b’żieda ma dan, għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin: - għandhom japplikaw għall-vetturi bil-mutur kollha li huma fabbrikati nazzjonalment u l-vetturi impurtati kollha li jkunu offruti għall-bejgħ fis-suq ta’ xi Stat Membru u li jissodisfaw, bil-quddiem, il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li għandu li jkun hemm konformità magħhom fl-1995, - huma għandhom jiġu terminati b’effett mill-applikazzjoni obbligatorja tal-valuri tal-livell tal-ħoss stabbiliti fl-Artikolu 2(3) għall-vetturi bil-mutur ġodda, - fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura bil-mutur, huma għandhom jirrappreżentaw ammont li huwa sostanzjalment anqas mill-ispiża addizzjonali tas-soluzzjonijiet tekniċi introdotti biex jassiguraw il-konformità mal-valuri stabbiliti u ta’ l-istallazzjoni tagħhom fuq il-vettura. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata fiż-żmien tajjeb bil-pjanijiet biex ikunu istitwiti jew mibdula l-inċentivi tat-taxxa msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-kunsens tagħha qabel ma dawk l-inċentivi jidħlu fis-seħħ u għandha, partikolarment, tieħu kont ta’ l-impatt ta’ dawk l-inċentivi fuq is-suq intern. Artikolu 4 1. Dettalji speċifiċi dwar il-kondizzjonijiet ta’ kejl li għandhom ikunu fornuti kemm jista’ jkun malajr permezz tal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE. 2. Miżuri sussegwenti intiżi biex, b’mod partikolari, jirrikonċiljaw il-ħtiġiet tas-sigurtà mal-bżonn biex li jkun limitat il-ħoss li jirriżulta mill-kuntatt bejn it-tyres u l-wiċċ tat-triq għandhom ikunu deċiżi qabel l-1 ta’ Ottubru 1995 mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, li għandha tieħu kont ta’ l-istudji u r-riċerka li għandhom jitwettqu fuq dan is-sors tal-ħoss, u li għandha itkunu ppreżentata sal-31 ta’ Marzu 1994. 3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikollhom il-valuri tal-livelli tal-ħoss ta’ approvazzjoni tat-tip ppubblikati b’tali mod li jkunu aċċessibbli b'mod wiesa', qabel l-1 ta’ Ottubru 1994. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel din id-data bil-passi meħuda biex ikunu konformi ma’ din il-ħtieġa. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1993. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, l-10 ta’ Novembru 1992. Għall-Kunsill Il-President R. Needham [1] ĠU Nru Ċ 193, 24. 7. 1991, p. 3. [2] ĠU Nru Ċ 125, 18. 5. 1992, p. 182. u d-Deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 1992 (li għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU Nru Ċ 49, 24. 2. 1992, p. 7. [4] ĠU Nru L 42, 23. 2. 1970, p. 16, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/491/KEE (ĠU Nru L 238, 15. 8. 1989, p. 43). [5] ĠU Nru L 66, 12. 3. 1977, p. 33. [6] ĠU Nru L 238, 6. 9. 1984, p. 31. [7] ĠU Nru L 42, 23. 2. 1970, p. 1, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/403/KEE (ĠU Nru L 220, 8. 8. 1987, p. 44). -------------------------------------------------- ANNESS I L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE FIR-RIGWARD TAL-LIVELL TAL-ĦOSS TA’ TIP TA’ VETTURA BIL-MUTUR 1. DEFINIZZJONIJIET Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva: 1.1 Tip ta’ vettura tfisser vetturi li ma jvarjawx essenzjalment f’dak li jirrigwardja l-partijiet li ġejjin: 1.1.1. l-għamla jew il-materjal tal-qafas (speċjalment il-kompartiment tal-magna u s-soundproofing tagħha); 1.1.2. it-tul u l-wisa’ tal-vettura; 1.1.3. it-tip ta’ magna (positive jew compression ignition, two- jew four-stroke, pistoni li jirreċiprokaw jew jduru, in-numru u l-kapaċità taċ-ċilindri, in-numru u t-tip tal-karburaturi jew is-sistemi ta’ l-injezzjoni, kif inhuma mqiegħda l-valvoli, il-qawwa massima stmata u l-veloċità(jiet) korrispondenti tal-magna ); 1.1.4. is-sistema ta’ trasmissjoni, ir-relattività tal-gerijiet li fiha jsir it-test u r-relattività globali relevanti; 1.1.5. in-numru, it-tip u l-arranġamenti tas-sistemi ta’ l-exhaust; 1.1.6. in-numru, it-tip u l-arranġamenti tas-sistemi tad-dħul. 1.1.7. Minkejja d-disposizzjoni tal-punti 1.1.2 u 1.1.4, il-vetturi apparti minn dawk fil-kategoriji M1 u N1 [1] li għandhom l-istess tip ta’ magna u/jew relattività tal-gerijiet globali differenti, jistgħu jitqiesu bħala vetturi ta’ l-istess tip. B’dana kollu, jekk id-differenzi t’hawn fuq jipprovdu għal metodu differenti tat-test, dawn id-differenzi għandhom jitqiesu bħala bidla fit-tip. 1.2. Sistemi ta’ l-exhaust u tad-dħul 1.2.1. Sistemi ta’ l-exhaust ifissru set komplut tal-partijiet meħtieġa biex inaqqsu l-ħoss li jipproduċi l-exhaust tal-magna tal-vettura. 1.2.2. Sistemi tad-dħul ifissru set komplut ta’ partijiet meħtieġa biex inaqqsu l-ħoss prodotti bid-dħul tal-magna tal-vettura. 1.2.3. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, dawn is-sistemi ma jinkludux il-manifolds. 1.3. Tipi differenti ta’ sistemi ta’ l-exhaust jew tad-dħul tfisser sistemi karatterizzati b’differenzi fundamentali, bħal dawn li ġejjin: 1.3.1. sistemi li fihom il-komponenti jkollhom trade marks differenti jew l-ismijiet tal-kummerċ differenti; 1.3.2. sistemi li fihom il-karatteristiċi tal-materjali ta’ komponent huma differenti, jew li fihom il-komponenti huma ta’ għamla jew daqs differenti; bidla fil-proċedura tal-plating (galvanizzar, kisi bl-aluminju, eċċ.) mhumiex meqjusa li joħolqu tip differenti; 1.3.3. sistemi li fihom il-prinċipji ta’ l-operat ta’ mill-anqas komponent wieħed ikunu differenti; 1.3.4. sistemi li fihom il-komponenti huma kkombinati b’mod differenti. 1.4. Komponent ta’ sistema ta’ l-exhaust jew tad-dħul ifisser wieħed mill-komponenti separati li flimkien jiffurmaw is-sistema ta’ l-exhaust (e.g. it-tubi ta’ l-exhaust, is-silencer innifsu) jew is-sistema tad-dħul (e.g. il-filtru ta’ l-arja). 1.5. Ir-relattività tal-gerijiet globali ifisser in-numru ta’ dawriet li tagħmel il-magna kull darba li jduru r-roti tas-sewqan. 2. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE 2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fir-rigward tal-livelli tal-ħoss ta’ tip ta’ vettura bil-mutur għandha tkun ippreżentata mill-fabbrikant tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. 2.2. Għandha tkun akkumpanjata bi tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u l-informazzjoni li ġejja: 2.2.1. deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura b’referenza għall-punti msemmija fil-punt 1.1. In-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip tal-magna u t-tip ta’ vettura għandhom ikunu iindikati; 2.2.2. lista, bl-identifikazzjoni xierqa, tal-partijiet komponenti tas-sistemi ta’ l-exhaust u d-dħul; 2.2.3. disinn tas-sistema sħiħa ta’ l-exhaust b’indikazzjoni tal-posizzjoni tagħha fuq il-vettura; 2.2.4. disinn dettaljat ta’ kull komponent sabiex ikun jista jiġi misjub u jkun identifikat malajr, u indikazzjoni tal-materjali użati. 2.3. Vettura rappreżentattiva tat-tip li għalih tkun mitluba l-approvazzjoni tat-tip għandha tkun ippreżentata lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet mill-fabbrikant tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. 2.3.1. Fil-każ tal-punt 1.1.7. il-vettura waħda, rappreżentattiva tat-tip in kwistjoni, tintgħażel mis-servizz tekniku li jkun iwettaq it-testijiet ta’ l-approvazzjoni, bi qbil mal-fabbrikant tal-vettura, bħala dik ta’ l-anqas massa f'kondizzjoni ta' sewqan, bl-iqsar tul u l-ispeċifikazzjoni li ġejja stabbilita fil-punt 5.2.2.4.3.3.1.2. 2.4. Fuq talba tas-servizz tekniku, kampjun tas-sistema ta’ l-exhaust u magna ta’ mill-anqas l-istess kapaċità ċilindrika u l-qawwa massima stmata bħal dik li hemm imwaħħla mal-vettura li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip. 2.5. Qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li hemm arranġamenti sodisfaċenti li jassiguraw kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni. 3. IMMARKAR 3.1. Il-komponenti tas-sistema ta’ l-exhaust u tad-dħul, esklużi l-partijiet tat-twaħħil u t-tubi, għandhom ikollhom fuqhom: 3.1.1. it-trade mark jew l-isem tal-fabbrikant tas-sistemi u l-komponenti tagħhom; 3.1.2. id-deskrizzjoni kummerċjali tal-fabbrikant. 3.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jinqraw sewwa u ma li jitħassrux, anki meta s-sistema tkun imwaħħla mal-vettura. 4. L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE 4.1. Jekk applikazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta’ 2.1 hi approvata, l-awtorità kompetenti tħejji ċertifikat, li jikkorrispondi mat-tip li jidher fl-Anness III, li għandu jkun imwaħħal maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE tal-vettura. 5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET 5.1. Speċifikazzjonijiet ġenerali 5.1.1. Il-vettura, il-magna u s-sistemi ta’ l-exhaust u tad-dħul tagħha għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’tali mod li, f'kondizzjonijiet normali ta’ użu u minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jkunu esposti għalihom, il-vettura tissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. 5.1.2. Is-sistemi għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’tali mod li jkunu jifilħu sew għal fenomenu tal-korrużżjoni li huma esposti għalih waqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet ta’ l-użu tal-vettura. 5.2. Speċifikazzjonijiet li jirrigwardjaw il-livelli tal-ħoss 5.2.1. Il-metodu tal-kejl 5.2.1.1. Il-ħoss emess mit-tip ta’ vettura sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandu jitkejjel skond kull wieħed miż-żewġ metodi deskritti fil-punt 5.2.2.4 fil-każ tal-vetturi waqt is-sewqan u fil-punt 5.2.3.4. fil-każ tal-vetturi weqfin, rispettivament [2]. Vetturi li jkollhom piż massimu permissibbli li jeċċedi l-2800 kg għandu jsirilhom kejl addizzjonali tal-ħoss ta’ l-arja kompressata bil-vettura wieqfa skond il-punt 5.4, jekk it-tagħmir korrispondenti tal-brejk huwa parti mill-vettura. 5.2.1.2. Il-valuri mkejla kif speċifikati fil-punt 5.2.1.1 għandhom ikunu rreġistrati fir-rapport tat-test u f’ċertifikat li jikkorrispondi għall-mudell li jidher fl-Anness III. Id-dettalji tal-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent, jiġifieri, it-test tal-korsa (it-tip tal-wiċċ), it-temperatura ta’ l-arja, ir-riħ (id-direzzjoni u l-veloċità) u l-ħoss ambjentali għandhom ikunu rreġistrati fir-rapport tat-test. 5.2.2. Il-livell tal-ħoss tal-vetturi waqt is-sewqan 5.2.2.1. Valuri tal-limitu Il-livell tal-ħoss imkejjel skond il-punti 5.2.2.2 sa 5.2.2.5, inklużi, ta’ dan l-Anness ma jistax jeċċedi l-limiti li ġejjin: | Il-kategoriji tal-vetturi | Valuri espressi fi dB (A) (decibels (A)) | 5.2.2.1.1. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u li ma jkollhomx aktar minn disa' sedili nkluż is-sedil tas-sewwieq | 74 | 5.2.2.1.2. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u li jkollhom aktar minn disa' sedili, inkluż is-sedil tas-sewwieq; u li jkollhom massa massima permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellata metrika u: | | 5.2.2.1.2.1. | — b’qawwa ta' magna ta’ anqas minn 150 kW | 78 | 5.2.2.1.2.2. | — b’qawwa ta' magna ta’ mhux anqas minn 150 kW | 80 | 5.2.2.1.3. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u li jkollhom aktar minn disa' sedili nkluż is-sedil tas-sewwieq; vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija: | | 5.2.2.1.3.1. | — b’massa massima permissibbli ta’ mhux aktar minn 2 tunnellati metriċi | 76 | 5.2.2.1.3.2. | — b’massa massima permissibbli ta’ aktar minn 2 tunnellati metriċi iżda ta’ mhux aktar minn 3,5 tunnellati metriċi | 77 | 5.2.2.1.4. | Vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija u li jkollhom massa massima permissibbli ta’ aktar minn 3,5 tunnellati metriċi: | | 5.2.2.1.4.1. | — b’qawwa ta' magna ta’ anqas minn 75 kW | 77 | 5.2.2.1.4.2. | — b’qawwa ta' magna ta’ mhux anqas minn 75 kW iżda anqas minn 150 kW | 78 | 5.2.2.1.4.3. | — b’qawwa ta' magna ta’ mhux anqas minn 150 kW | 80 | B’dana kollu: - għall-vetturi tal-kategoriji 5.2.2.1.1 u 5.2.2.1.3, il-valuri tal-limitu huma miżjuda bi 1 dB (A) jekk ikunu mgħammra bil-magna diesel li jkollha injezzjoni diretta, - għall-vetturi li jkollhom massa massima permissibbli ta’ aktar minn żewġ tunnellati metriċi ddisinjati għall-użu ta’ off-road, il-valuri tal-limitu huma miżjuda bi 1 dB (A) jekk il-qawwa tal-magna hija anqas minn 150 kW u 2 dB (A) jekk il-qawwa tal-magna tagħhom hija ta’ 150 kW jew aktar, - għall-vetturi fil-kategorija 5.2.2.1.1., li jkollhom gearbox manwali b' aktar minn erba’ gerijiet ‘il quddiem u b'magna li tiżviluppa qawwa massima li teċċedi l-140 kW/t u li l-qawwa massima permissibbli/proporzjon massimu tal-massa jeċċedi l-75 kW/t, il-valuri tal-limitu huma miżjuda bi 1 dB (A) jekk il-veloċità li biha l-warrani tal-vettura jgħaddi l-linja BB’ (il-Figura 1) fit-tielet gear hija aktar minn 61 km/h. 5.2.2.2. Strumenti tal-kejl 5.2.2.2.1. Il-kejl akustiku L-apparat użat biex jitkejjel il-livell tal-ħoss irid ikun meter ta’ preċiżjoni tal-livell tal-ħoss tat-tip deskritt fil-Pubblikazzjoni 179 ‘Meters ta’ Preċiżjoni għall-kejl tal-livell tal-ħoss’, it-tieni edizzjoni, tal-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC). Il-kejl għandu jitwettaq billi jintuża’ l-metertal-livell tal-ħoss b’reazzjoni ‘malajr’ u il-kurva mgħobija ‘A’ li huma wkoll deskritti f’dik il-pubblikazzjoni. Fil-bidu u fit-tmiem ta’ kull sett ta’ kejl, il-meter tal-livell tal-ħoss għandu jkun ikkalibrat skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant permezz ta’ sors tal-ħoss adatt (e.g. pistonphone). It-test għandu jkun meqjus bħala invalidu jekk l-iżbalji fil-meter tal-livell tal-ħoss waqt din il-kalibrazzjoni jkunu ogħla minn 1 dB. 5.2.2.2.2. Il-kejl tal-veloċità Il-veloċità tal-magna u l-veloċità tal-vettura fis-sezzjoni tat-test għandhom ikunu ddeterminati bi preċiżjoni ta’ 3% jew aqwa. 5.2.2.3. Il-kondizzjonijiet tal-kejl 5.2.2.3.1. Is-sit ta’ fejn isir it-test Is-sit ta’ fejn isir it-test għandu jikkonsisti minn sezzjoni ċentrali ta’ l-aċċellerazzjoni imdawra b’żona ta’ test sostanzjalment ċatta. Is-sezzjoni tat-test ta’ l-aċċelerazzjoni għandha tkun livell; il-wiċċ tal-korsa għandu jkun niexef u tali li ż-żarżir ta’ l-irrumblar jibqa’ baxx. Il-korsa tat-test għandha tkun tali li l-kondizzjonijiet ta’ żona ħielsa mill-ħoss bejn is-sors tal-ħoss u l-mikrofonu jkunu jintlaħqu fil-marġini ta’ 1 dB. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jitqiesu li ntlaħqu jekk ma jkunx hemm oġġetti kbar li jirriflettu l-ħoss bħal ma huma lqugħ, blat, pontijiet jew bini f'distanza ta’ 50m miċ-ċentru tas-sezzjoni ta’ l-aċċelerazzjoni. Il-wiċċ tal-korsa tat-test għandu jkun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness VI. M’għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista’ jaffettwa ż-żona tal-ħoss fil-qrib tal-mikrofonu u ebda persuna m’għandha toqgħod bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur li jwettaq il-kejl għandu jkun qiegħed b’tali mod li ma jaffettwax il-qari ta’ l-istrument tal-kejl. 5.2.2.3.2. IL-kondizzjonijiet meteoroloġiċi Il-kejl m’għandux isir f’kondizzjonijiet atmosferiċi ħżiena. Għandu jkun assigurat li r-riżultati ma jkunux affettwati minn buffuri tar-riħ. 5.2.2.3.3. Ħoss ambjentali Għall-kejl, il-livell tal-ħoss kif mgħobbi-A tas-sorsi tal-ħoss apparti minn dak tal-vettura li għandha tkun ittestjata u ta’ l-effetti tar-riħ għandu jkun ta’ l-anqas 10 dB (A) anqas mil-livell tal-ħoss li tagħmel il-vettura. Paraventru tar-riħ adatt jista jkun imwaħħal mal-mikrofonu basta li jitqies l-effett tiegħu fuq is-sensittività u l-karatteristiċi direzzjonali tal-mikrofonu. 5.2.2.3.4. Il-kondizzjoni tal-vettura Għal dan il-kejl, il-vettura għandha tkun f'kundizzjoni ta' sewqan kif definit fil-punt 2.6 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE u, apparti milli fil-każ ta' vetturi li ma jistgħux ikunu mifruda, mingħajr il-karru jew is-semi-karru. It-tyres tal-vettura għandhom jkunu tat-tip normalment imwaħħla fuq dawk il-vetturi mill-fabbrikant u għandhom li jkunu minfuħa sal-pressjoni(jiet) xierqa għall-vettura mhux mgħobbija. Qabel ma jsir il-kejl, il-magna għandha tkun imwassla sal-kondizzjoni operazzjonali normali f’dak li jirrigwardja t-temperaturi, l-issettjar, il-karburanti, l-ispark plugs, il-karburatur(i), eċċ., (kif ikun xieraq). Jekk il-vettura tkun mgħammra b’fann(ijiet) li jkollhom mekkaniżmu awtomatiku għall-attivar, ma għandux ikun hemm intereferenza ma' din is-sistema waqt il-kejl. Is-sewqan normali fuq il-highway biss jista’ jintuża’ fil-vetturi li jkollhom aktar minn żewġ roti tas-sewqan. 5.2.2.4. Il-metodu tal-kejl 5.2.2.4.1. In-natura u n-numri tal-kejl Il-livell massimu tal-ħoss espress f’decibels mgħobija (dB (A)) għandhom jitkejlu hekk kif il-vettura tinstaq bejn il-linji AA’ u BB’ (il-Figura 1). Il-kejl għandu jkun invalidu jekk tkun irreġistrata diskrepanza abnormali bejn l-ogħla valur u l-livell ġenerali tal-ħoss. Ta’ l-anqas żewġ kejlijiet għandhom jittieħdu fuq kull naħa tal-vettura. 5.2.2.4.2. Il-posizzjoni tal-mikrofonu Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 7,5 ± 0,2 m mil-linja ta’ referenza CC’ (il-Figura 1) tal-korsa u 1,2 ± 0,1 m ‘il fuq mill-art. L-assi tas-sensittività massima tagħha għandu jkun orizzontali u perpendikulari mar-rotta tal-vettura (il-linja CC’ ). 5.2.2.4.3. IL-kondizzjonijiet ta’ l-operat 5.2.2.4.3.1 Il-kondizzjonijiet ġenerali Għall-kejl kollu, il-vettura għandha tinstaq f’linja dritta fuq is-sezzjoni ta’ l-aċċelerazzjoni b’tali mod li l-l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura jkun qrib kemm jista’ jkun mal-linja CC’ Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA’ b’veloċità inizjali kostanti kif speċifikat fil-punti 5.2.2.4.3.2 u 5.2.2.4.3.3. Meta t-tarf ta’ quddiem tal-vettura jkun laħaq il-linja, il-kontroll ta’ l-aċċeleratur għandu jinfetaħ malajr kemm jista’ jkun prattiku u jinżamm fil-posizzjoni miftuħa għal kollox sakemm il-warrani tal-vettura jilħaq il-linja BB’ il-kontroll ta’ l-aċċeleratur għandu jkun rilaxxat malajr kemm jista jkun. It-karrijiet tal-vetturi artikolati li ma jistgħux jinfirdu m’għandhomx ikunu meqjusa f’dak li jirigwardja l-qsim tal-linja BB’; 5.2.2.4.3.2. Il-veloċità ta' l-avviċinament Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA’ b’veloċità kostanti li tikorrispondi mal-veloċità l-aktar baxxi mit-tnejn li ġejjin: - 50 km/fis-siegħa, - il-veloċità li tikkorrispondi ma' veloċità tal-magna ugwali għal tliet kwarti tal-veloċità, S, li biha l-magna tiżviluppa l-qawwa massima tagħha, fil-każ tal-vetturi tal-kategorija M1 u fil-każ tal-vetturi tal-kategoriji l-oħrajn li jkollhom qawwa tal-magna ta’ mhux akbar minn 225 kW, - il-veloċità li tikkorrispondi ma' veloċità tal-magna ugwali għal nofs il-veloċità, S, li biha l-magna tiżviluppa l-qawwa massima tagħha, fil-każ tal-vetturi li ma humiex fil-kategorija M1 u li jkollhom qawwa tal-magna akbar minn 225 kW, B’dana kollu, jekk fil-każ tal-vetturi mgħammra bi trasmissjoni awtomatika li jkollhom aktar minn żewġ relattivitajiet diskreti jkun hemm bidla ‘l-isfel għall-ewwel gear waqt it-test, il-fabbrikant jista’ jagħżel waħda minn dawn iż-żewġ proċeduri tat-test li ġejjin: - il-veloċità, V, tal-vettura tiżdied għal massimu ta’ 60 km/siegħa sabiex ma jkunx hemm dik il-bidla ‘l isfel, jew - il-veloċità, V, tibqa’ fil-50 km/siegħa u l-provista tal-karburanti lejn il-magna tkun limitata għal 95% tal-provista meħtieġa għal tagħbija sħiħa. Din il-kondizzjoni titqies li tkun intlaħqet: - fil-każ tal-magna bi spark-ignition, meta l-angolu tat-throttle jiftaħ għal 90%, u - fil-każ tal-magna bi compression-ignition, meta l-moviment ta’ l-ingranaġġ ċentral tal-pompa ta’ l-injezzjoni jkun limitat għal 90% tal-moviment tagħha. Jekk il-vettura tkun mgħammra bi trasmissjoni awtomatika li m’għandhiex override manwali, din għandha tkun ittestjata f’veloċitajiet ta' avviċinament differenti, jiġifieri 30, 40 u 50 km/siegħa, jew fi tliet kwarti tal-veloċità massima tat-triq jekk dan il-valur ikun aktar baxx. Ir-riżultat tat-test hu dak li jinkiseb f’veloċità li tagħmel l-ogħla livell ta’ ħoss. 5.2.2.4.3.3. L-għażla tar-relattività tal-gerijiet (f’vetturi li għandhom il-gearboxes) 5.2.2.4.3.3.1. Gearbox operata manwalment u li mhix awtomatika 5.2.2.4.3.3.1.1. Il-vetturi fil-kategoriji M1 u N1 mgħammra b’gearbox operata manwalment b'mhux aktar minn erba’ relattivitajiet tal-gerijiet ‘il quddiem għandhom jkunu ttestjati fit-tieni gear. Il-vetturi f’dawn il-kategoriji mgħammra b’gearbox operata manwalment b'aktar minn erba’ relattivitajiet tal-gerijiet ‘il quddiem għandhom jkunu ttestjati fit-tieni u t-tielet gear suċċessivament. Huma meqjusa biss ir-relattività tal-gerijiet globali intiżi għall-użu normali fit-triq. Il-medja aritmetika ikkalkulata tal-livelli tal-ħoss irreġistrata għal kull waħda minn dawn iż-żewġ kondizzjonijiet. Il-medja aritmetika tal-livelli tal-ħoss għal kull waħda minn dawn iż-żewġ kondizzjonijiet għandha tiġi kalkulata. Jekk waqt it-test fuq it-tieni gear, il-veloċità tal-magna teċċedi l-veloċità tal-magna, S, li biha l-magna tiżviluppa l-qawwa massima stmata tagħha, it-test għandu jkun ripetut b’veloċità ta' avviċinament u/jew b’veloċità ta' avviċinament tal-magna mnaqqsa bi stadji ta’ 5% ta’ S sakemm il-veloċità tal-magna miksuba ma tkunx aktar teċċedi S. B’dana kollu, il-vetturi fil-kategorija M1 li jkollhom aktar minn erba’ gerijiet ‘il quddiem u jkunu mgħammra b’magna li tilħaq qawwa massima ta’ aktar minn 140 kW, u li l-qawwa massima permissibbli tagħha/l-proporzjon tal-massa massimu jeċċedi l-75 kW/t, jistgħu jkunu ttestjati fuq it-tielet gear biss, basta li l-veloċità li biha l-warrani tal-vettura jgħaddi l-linja BB’ fuq it-tielet gear tkun aktar minn 61 km/siegħa. 5.2.2.4.3.3.1.2. n n [3] [4]. Ir-riżultat tat-test għandu jkun dak li jinkiseb mir-relattività li jipproduċi l-ogħla livell tal-ħoss. Iċ-ċaqlieq tal-gerijiet minn x/n għandu jitwaqqaf fil-gear X meta l-veloċità tal-magna, S, li fiha l-magna tilħaq il-qawwa massima stmata tagħha, tintlaħaq għall-aħħar darba meta tgħaddi mil-linja BB'. Fil-każ tal-vetturi li jkollhom relattività tal-gerijiet globali (inkluż numru differenti ta’ gerijiet) ir-rappreżentattività tat-tip permezz tal-vettura tat-test tkun iddeterminata kif ġej: - jekk l-ogħla livell tal-ħoss jinkiseb bejn ir-relattivitajiet x/n u X il-vettura magħżula hi meqjusa li tkun rappreżentattiva tat-tip tagħha, - jekk l-ogħla livell tal-ħoss jinkiseb fir-relattività x/n il-vettura magħżula titqies li hi rappreżentattiva tat-tip tagħha biss għal dawk il-vetturi li għandhom relattività tal-gerijiet globali aktar baxxa fi x/n, - l-ogħla livell tal-ħoss jinkiseb fir-relattività X il-vettura magħżula titqies li hi rappreżentattiva tat-tip tagħha biss għal dawk il-vetturi li għandhom ir-relattività tal-gerijiet globali ogħla fi X. 5.2.2.4.3.3.2. Trasmissjoni awtomatika mgħammra b’override manwali - It-test jitwettaq bis-selector f’posizzjoni rakkomandata mill-fabbrikant għal sewqan ‘normali’. Tibdil ‘l isfel estern (e.g. kickdown) m’għandux jitħaddem. 5.2.2.5. L-analiżi tar-riżultati 5.2.2.5.1. Biex jitqiesu xi ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, ir-riżultat miksub minn kull kejl huwa ddeterminat bit-tnaqqis ta’ 1 dB (A) mill-qari tal-meter. 5.2.2.5.2. Il-kejl huwa meqjus validu jekk id-differenza bejn iż-żewġ kejlijiet konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura ma teċċedix 2 dB (A). 5.2.2.5.3. L-ogħla livell tal-ħoss imkejjel għandu jikkostitwixxi r-riżultat tat-test. Jekk ir-riżultat ikun ogħla mil-livell permissibbli tal-ħoss għall-kategorija ta’ vettura ttestjata bi 1 dB (a), żewġ kejlijiet oħrajn għandhom jitwettqu fil-posizzjoni korrispondenti tal-mikrofonu. Tlieta mill-erba’ kejl hekk miksuba f’dik il-posizzjoni tal-mikrofonu għandhom ikunu fil-limiti preskritti. 5.2.3. Livell tal-ħoss tal-vettura wieqfa 5.2.3.1. Il-livell tal-ħoss fil-viċinanza tal-vetturi Sabiex ikunu iffaċilitati verifiki sussegwenti fuq vetturi li jkunu jintużaw, il-livell tal-ħoss għandu jitkejjel fil-qrib tal-ħruġ tas-sistema ta’ l-exhaust skond il-ħtiġiet li ġejjin u r-riżultati tal-kejl irreġistrati fir-rapport tat-test imħejji għall-iskop li jinħareġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Anness III. 5.2.3.2. L-istrumenti tal-kejl 5.2.3.2.1. Il-kejl akustiku Meter ta’ preċiżjoni li jkejjel il-livell tal-ħoss kif definit fil-punt 5.2.2.1 għandu jintuża’ għall-kejl. 5.2.3.2.2. Il-kejl tal-veloċità tal-magna Il-veloċità tal-magna hija ddeterminata permezz ta’ tachometer li jkollu preċiżjoni ta’ 3% jew aqwa. It-tachometer ma jistax ikun dak li immuntat fil-vettura. 5.2.3.3. Il-kondizzjonijiet tal-kejl 5.2.3.3.1. Is-sit ta' fejn isir it-test (il-Figura 2) Kwalunkwe żona li ma tkunx esposta għal tfixkil akustiku sinifikanti tista’ tintuża’ bħala s-sit ta’ fejn isir it-test. Uċuh ċatti li huma miksija bil-konkos, bl-asfalt jew xi materjal ieħor iebes u jkollhom livell għoli ta’ riflessività, huma l-aktar adatti; uċuh magħmula mill-ħamrija mbattma m’għandhomx jintużaw. Is-sit ta' fejn isir it-test għandu jkun ta’ għamla rettangolari, il-ġnub tiegħu għandhom ikunu ta’ l-anqas 3 m ‘il bogħod mill-ġnub tal-vettura. Dan ir-rettangolu ma għandux ikun fih ostakli sinifikanti, e.g. xi individwu apparti mill-osservatur u s-sewwieq. Il-vettura għandha titqiegħed fir-rettangolu msemmi hawn fuq hekk li l-mikrofonu jkun ta’ l-anqas 1 m ‘il bogħod mix-xifer ta’ xi bankina. 5.2.3.3.2. Il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi Il-kejl m’għandux isir f’kondizzjonijiet atmosferiċi ħżiena. Għandu jkun assigurat li r-riżultati ma jkunux affettwati minn buffuri tar-riħ. 5.2.3.3.3. Ħoss ambjentali Il-qari fuq l-istrumenti tal-kejl prodott mill-ħoss ambjentali u r-riħ għandu jkun ta’ l-anqas 10 dB (A) anqas mil-livell tal-ħoss li għandu jitkejjel. Paraventru adattat għandu jitwaħħal mal-mikrofonu basta li jittieħed akkont ta’ l-effett tiegħu fuq is-sensittività tal-mikrofonu. 5.2.3.3.4. Il-kondizzjoni tal-vettura Il-magna tal-vettura għandha tkun imwassla sa temperatura ta’ l-operat normali qabel ma jittieħed il-kejl. Jekk il-vettura tkun mgħammra b’fann(ijiet) li jkollhom mekkaniżmu ta’ attwazzjoni awtomatika, ma għandux ikun hemm interferenza ma' din is-sistema waqt il-kejl tal-livell tal-ħoss. Matul dan il-kejl, il-gear lever għandu jkun fil-posizzjoni newtrali. 5.2.3.4. Il-metodu tal-kejl 5.2.3.4.1. In-natura u l-għadd tal-kejl Il-livell massimu tal-ħoss espress f’decibels mgħobbija-A (dB (A)) għandu jitkejjel waqt li l-vettura waqt il-perjodu ta’ l-operat imsemmi fil-punt 5.2.3.4.3. Mill-anqas tliet kejlijiet għandhom jittieħdu f’kull punt tal-kejl. 5.2.3.4.2. Il-posizzjonar tal-mikrofonu (il-Figura 2) Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’livell mal-ħruġ ta’ l-exhaust jew 0,2 m ‘il fuq mill-wiċċ tal-korsa tat-test, skond liema minnhom hu l-ogħla. Id-diaframma tal-mikrofonu għandha tkun tħares lejn il-ħruġ ta’ l-exhaust f’distanza ta’ 0,5 m minn dan ta’ l-aħħar. L-assi tas-sensittività massima tal-mikrofonu għandu jkun paralelli mal-wiċċ tal-korsa f’angolu ta’ 45° ± 10° mal-pjan vertikali definit bid-direzzjoni li fiha il-gassijiet ta’ l-exhaust jiġu emessi. Il-mikrofonu għandu jitqiegħed fil-ġenb ta' dan il-pjan vertikali li joffri l-akbar distanza possibbli bejn il-mikrofonu u l-profil tal-vettura. Jekk is-sistema ta’ l-exhaust għandha diversi ħruġ, iċ-ċentri tagħhom li mhumiex aktar minn 0,3 m ‘il bogħod minn xulxin, u li huma mqabbda ma’ l-istess silencer, il-mikrofonu għandu iħares lejn il-ħruġ li huwa l-eqreb għall-profil tal-vettura jew il-ħruġ li huwa l-ogħla mill-wiċċ tal-korsa. Fil-każi l-oħrajn kollha kejl separat għandu jittieħed f’kull wieħed minnhom, l-ogħla figura mkejla titqies bħala l-valur tat-test. Fil-każ tal-vetturi mgħammra bi ħruġ ta’ l-exhaust vertikali (e.g. vetturi kummerċjali), il-mikrofonu għandu jitqiegħed fil-livell tal-ħruġ ta’ l-exhaust, iħares ‘il fuq bl-assi tiegħu vertikali. Għandu jkun imqiegħed f’distanza ta’ 0,5 m mill-ġenb tal-vettura l-eqreb lejn il-ħruġ ta’ l-exhaust. Meta d-disinn tal-vettura hu b’tali mod li l-mikrofonu ma jistax jitqiegħed kif jidher fil-Figura 2 minħabba li hemm ostakli li jagħmlu parti mill-vettura (e.g. rota spare, it-tank tal-karburanti, il-kompartiment tal-batterija), għandha issir tpinġija li tindika sewwa l-posizzjoni tal-mikrofonu waqt li jkun sar il-kejl. Kemm jista’ jkun possibli, il-mikrofonu għandu ikun aktar minn 0,5 m mill-eqreb ostaklu, u l-assi tiegħu tas-sensittività massima għandha tħares lejn fejn joħroġ l-exhaust mill-posizzjoni l-anqas moħbija mill-ostakli msemmija hawn fuq. 5.2.3.4.3. Il-kondizzjonijiet ta’ l-operat tal-magna Il-veloċità tal-magna għandha tkun stabbilità għal tliet kwarti tal-veloċità (S) li biha l-magna tiżviluppa l-qawwa massima tagħha. Meta l-magna tilaħaq il-veloċità kostanti, it-throttle għandu jerġa’ jitqiegħed għal posizzjoni normali. Il-livell tal-ħoss għandu jitkejjel waqt perjodu tat-tħaddim li jkun magħmul minn żamma qasira tad-dawrien tal-magna b’mod stabbli u l-perjodu kollu tad-diċelerazzjoni, bil-qari massimu tal-meter tal-livell tal-ħoss jitqies bħala r-riżultat tat-test. 5.2.3.5. Ir-riżultati (ir-rapport tat-test) 5.2.3.5.1. Ir-rapport tat-test imħejji bl-iskop li jinħareġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Anness III għandu jkun jindika t-tagħrif kollu relevanti, speċjalment dak użat fil-kejl tal-ħoss tal-vettura wieqfa. 5.2.3.5.2. Qari, miġjub lejn l-eqreb decibel, għandu jittieħed mill-istrument tal-kejl. Dawk il-valuri biss miksuba minn tliet kejlijiet konsekuttivi li ma jvarjawx b’aktar minn 2 dB (A) rispettivament għandhom ikunu meqjusa. 5.2.3.5.3. L-ogħla minn dawn it-tliet valuri għandu jkun ir-riżultat tat-test. 5.3. Is-sistemi ta’ l-exhaust li fihom materjal fibruż 5.3.1. Materjali fibrużi ma jistgħux jintużaw fil-kostruzzjoni tas-silencers sakemm ma jittieħdux il-miżuri xierqa fl-istadji tad-disinn jew il-produzzjoni biex jassiguraw li l-effiċjenza meħtieġa biex ikunu konformi mal-limiti imposti fil-punt 5.2.2.1 tintlaħaq fit-triq. Silencer bħal dak għandu jkun meqjus effiċjenti fit-triq jekk il-gassijiet ta’ l-exhaust ma jkunux f’kuntatt mal-materjal fibruż jew jekk is-silencer tal-vettura prototipika ttestjata skond il-ħtiġiet tal-punti 5.2.2. u 5.3.3. tkun tqiegħdet fi stat normali biex tintuża’ fit-triq qabel ma jittieħed il-kejl tal-livell tal-ħoss. Dan jista’ jsir billi jintuża’ wieħed mit-tliet testijiet deskritti fil-punti 5.3.1.1, 5.3.1.2 u 5.3.1.3, hawn taħt, jew billi jitneħħa l-materjal fibruż mis-silencer. 5.3.1.1. Operazzjoni kontinwa fit-triq għal 10000 km 5.3.1.1.1. Madwar nofs din l-operazzjoni għandha tikkonsisti f'sewqan fl-ibliet u n-nofs l-ieħor f’distanzi twal b’veloċità għolja; l-operat kontinwu fit-triq jista’ jiġi sostitwit permezz ta’ programm korrispondenti ta’ test tal-korsa. 5.3.1.1.2. Iż-żewġ sistemi tal-veloċità għandhom jiġu alternati diversi drabi. 5.3.1.1.3. Il-programm tat-test kollu għandu jinkludi minimu ta’ 10 waqfiet ta’ mill-anqas tliet sigħat sabiex ikun riprodott l-effett tat-tkessiħ u ta’ xi kondensazzjoni li tista' sseħħ. 5.3.1.2. Kondizzjonar fuq il-bank tat-test 5.3.1.2.1. Bl-użu ta' partijiet standard u billi jkunu osservati l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant tal-vettura, is-silencer għandu jitwaħħal mal-magna, li tkun imqabbda ma’ dynamometer. 5.3.1.2.2. It-test għandu isir f’sitt perjodi ta’ sitt siegħat b’waqfiet ta’ mill-anqas 12-il siegħa bejn kull perjodu sabiex ikun riprodott l-effett tat-tkessiħ u xi kondensazzjoni li tista' sseħħ. 5.3.1.2.3. Waqt kull perjodu ta’ sitt sigħat, il-magna għandha taħdem f'dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin wara xulxin: 1. ħames minuti b’veloċità ta’ stennija; 2. sekwenza ta’ siegħa b’tagħbija ta' kwart b'veloċità massima stmata ta' tliet kwarti (S); 3. sekwenza ta’ siegħa b’nofs tagħbija tal-veloċità massima stmata ta' tliet kwarti (S); 4. sekwenza ta’ 10-minuti b’tagħbija sħiħa tal-veloċità massima stmata ta' tliet kwarti (S); 5. sekwenza ta’ 15-il minuta b’nofs tagħbija b'veloċità massima stmata (S); 6. sekwenza ta’ 30-minuta b’tagħbija ta' kwart b'veloċità massima stmata (S). Tul totali tas-sitt sekwenzi: tliet sigħat. Kull perjodu għandu ikun fih żewġ settijiet tas-sitt sekwenzi msemmija hawn fuq. 5.3.1.2.4. Waqt it-test, is-silencer m’għandux jitkessaħ permezz ta’ kurrent sfurzat li jixbah iċ-ċaqliq ta’ l-arja normali madwar il-vettura. B’dana kollu, fuq talba tal-fabbrikant, is-silencer jista jitkessaħ sabiex ma jeċċedix it-temperatura rreġistrata fid-daħla tiegħu meta l-vettura tkun għaddejja b’veloċità massima. 5.3.1.3. Il-kondizzjonar bil-pulsazzjoni 5.3.1.3.1. Is-sistema ta’ l-exhaust jew tal-komponenti tagħha għandha tkun imwaħħla mal-vettura msemmija fil-punt 2.3 jew mal-magna msemmija fil-punt 2.4. Fl-ewwel każ il-vettura għandha tkun immuntata fuq dynamometer bir-rombli. Fit-tieni każ, il-magna għandha tkun immuntata fuq dynamometer. L-apparat tat-test, li disinn dettaljat tiegħu jidher fil-Figura 3, għandu jkun imwaħħal fuq il-ħruġ tas-sistema ta’ l-exhaust. Kull apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti hu aċċettabbli. 5.3.1.3.2. L-apparat tat-test għandu ikun aġġustat b’tali mod li l-ħruġ tal-gass ta’ l-exhaust ikun interrott u jerġa’ jgħaddi b’mod alternat permezz ta’ l-azzjoni ta’ valvola ta’ azzjoni mgħaġġla għal 2500 dawra. 5.3.1.3.3. Il-valvola għandha tiftaħ meta l-kontra-pressjoni tal-gass ta’ l-exhaust, imkejla ta’ l-anqas 100 mm ‘l isfel mill-ħanek tad-dħul, tilħaq valur ta’ bejn 0,35 u 0,40 bar. Din għandha tgħalaq meta din il-pressjoni ma tvarjax b’aktar minn 10% tal-valur stabbilizzat tagħha bil-valvola miftuħa. 5.3.1.3.4. Is-switch tar-ritard għandu jkun issettjat għall-perjodu tal-gass ta’ l-exhaust li jirriżulta mid-disposizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.3.1.3.3 ta’ hawn fuq. 5.3.1.3.5. Il-veloċità tal-magna għandha tkun 75% tal-veloċità (S) li biha l-magna tiżviluppa l-qawwa massima tagħha. 5.3.1.3.6. Il-qawwa ndikata fuq id-dynamometer għandha tkun 50% tal-qawwa tat-throttle miftuħ kollu mkejjel fi 75% tal-veloċità tal-magna (S). 5.3.1.3.7. Xi toqob tat-tisfija tal-likwidi għandhom ikunu magħluqa waqt it-test. 5.3.1.3.8. It-test kollu għandu jseħħ fi żmien 48 siegħa. Jekk hemm bżonn, perjodu wieħed tat-tkessiħ jista’ jinżamm wara kull siegħa. 5.3.2. Jekk id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE li tikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandhom ikunu applikati, il-metodu tat-test stabbilit fil-punt 5.3.1.2 t’hawn fuq għandu jkun użat. 5.4. Ħoss ta’ l-arja kkumpressata 5.4.1. Il-metodu ta’ kif isir il-kejl Il-kejl huwa mwettaq fil-posizzjonijiet tal-mikrofonu 2 u 6 skond il-Figura 4, meta l-vettura tkun wieqfa. L-ogħla livelli ta’ ħoss imkejla fit-tagħbija-A jkunu rreġistrati matul l-isfog tar-regulatur tal-pressa u waqt il-ventilazzjoni wara l-użu taż-żewġ servizzi tal-brejkijiet ta’ l-ipparkjar Il-ħoss ta’ matul l-isfog tar-regulatur tal-pressa huwa mkejjel meta l-magna tkun b’veloċità ta’ stennija. Il-ħoss tal-ventilazzjoni huwa rreġistrat waqt li jkunu operati l-brejkijiet tas-servizz u ta’ l-ipparkjar; qabel ma jsir kull kejl, l-unità tal-kompressur ta’ l-arja għandha titwassal sa l-ogħla pressa possibbli tat-tħaddim, u l-magna mbagħad tkun mitfija. 5.4.2. Evalwazzjoni tar-riżultati Għall-posizzjonijiet kollha tal-mikrofonu żewġ kejlijiet huma meħuda. Sabiex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ preċiżjoni tat-tagħmir li jkejjel, il-qari tal-meter jitnaqqas b’1 dB (A), u l-valur imnaqqas jitqies bħala r-riżultat tal-kejl. Ir-riżultati jitqiesu li huma validi jekk id-differenza bejn il-kejl fl-istess posizzjoni tal-mikrofonu ma teċċedix il-2 dB (A). L-ogħla valur imkejjel jitqies bħala r-riżultat tat-test. Jekk dan il-valur jeċċedi l-limitu tal-ħoss bi 1 dB (A), żewġ kejlijiet oħra għandhom jittieħdu fil-posizzjoni korrispondenti tal-mikrofonu. F’dan il-każ tlieta mill-erba’ riżultati tal-kejl li jinkisbu f’dik il-posizzjoni tal-mikrofonu għandhom jkunu konformi mal-limitu tal-ħoss. 5.4.3. Valur tal-limitazzjoni Il-livell tal-ħoss m’għandux jeċċedi l-limitu ta’ 72 dB (A). 6. ESTENSJONI TA’ l-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE 6.1. Tipi ta’ vetturi modifikati biex jaħdmu bil-petrol mingħajr ċomb 6.1.1. L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura modifikata u/jew aġġustata unikament biex tkun kapaċi taħdem bil-petrol mingħajr ċomb, kif speċifikat fid-Direttiva 85/210/KEE, hi estiża meta l-fabbrikant jiċċertifika, fuq approvazzjoni mill-awtorità li tagħti approvazzjoni tat-tip, li l-livell tal-ħoss għall-vettura modifikata ma għandux jeċċedi il-valuri tal-limitazzjoni speċifikati fil-punt 5.2.2.1. 6.2. Tipi ta’ vetturi modifikati għal kull skop ieħor 6.2.1. L-approvazzjoni ta' tip ta’ vettura tista’ tkun estiża għal tipi ta’ vetturi li jvarjaw fir-rigward tal-karatteristiċi elenkati fl-Anness III jekk l-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip tqis li l-modifikazzjonijiet li jkunu saru x'aktarx li ma jkollhomx effett sostanzjali kuntrarju fuq il-livell tal-ħoss tal-vettura. 7. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI 7.1. Kull vettura fabbrikata skond il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva għandha tkun konformi mat-tip ta’ vettura approvata, u tissodisfa l-ħtiġiet tas-sezzjoni 5. 7.2. Sabiex ikun verifikat li l-ħtiġiet tal-punt 7.1 jintlaħqu, għandha ssir sorveljanza adegwata tal-produzzjoni. 7.3. Id-detentur ta’ l-approvazzjoni għandu partikolarment: 7.3.1. jassigura l-eżistenza ta' proċeduri għal kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti; 7.3.2. ikollu aċċess għat-tagħmir ta’ kontroll meħtieġ biex jivverifika l-konformità ta’ kull tip approvat; 7.3.3. jassigura li t-tagħrif miġbur mir-riżultat tat-test ikun rreġistrat u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jkun iddeterminat bi qbil mas-servizz amministrattiv; 7.3.4. janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test, sabiex jivverifika u jassigura l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-prodott filwaqt li biex jingħata lok għal varjazzjoni fil-produzzjoni industrijali; 7.3.5. jassigura li għal kull tip ta’ prodott mill-anqas ikunu mwettqa it-testijiet stipulati fl-Anness V (I); 7.3.6. jassigura li kull teħid ta' kampjuni jew biċċiet ta’ test li juru nuqqas ta’ konformità mat-tip ta’ test ikkunsidrat għandhom jagħtu lok għal teħid ta’ kampjun ieħor u test ieħor. Il-passi kollha meħtieġa għandhom jittieħdu biex tkun stabbilita mil-ġdid il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti. 7.4. L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ f'kull waqt tivverifika ll-metodu tal-kontroll tal-konformità applikabli għal kull unità tal-produzzjoni. 7.4.1. F’kull spezzjoni l-kotba tat-test u r-reġistri ta’ l-istħarriġ tal-produzzjoni għandhom ikunu ppreżentati lill-ispettur li jwettaq iż-żjara. 7.4.2. L-ispettur jista’ jieħu kampjuni saltwarjament jkunu ttestjati fil-laboratorju tal-fabbrikant. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jkun iddeterminat skond ir-riżultati tal-verifika tal-fabbrikant stess. 7.4.3. Meta l-livell tal-kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher meħtieġ li tkun ivverifikata l-validità tat-testijiet imwettqa fl-applikazzjoni tal-punt 7.4.2, l-Ispettur għandu jagħżel il-kampjuni li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun wettaq it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip. 7.4.4. L-awtorità kompetenti tista' twettaq kull wieħed mit-testijiet stipulati fl-Anness I. 7.4.5. Il-frekwenza normali ta’ l-ispezzjonijiet li tagħmel l-awtorità kompetenti hija ta’ waħda kull sentejn. Jekk ikunu rreġistrati riżultati mhux sodisfaċenti waqt waħda miż-żjarat, l-awtorità kompetenti għandha tassigura li l-passi kollha neċessarji jittieħdu sabiex terġa’ tkun stabbilità l-konformità tal-produzzjoni kemm jista’ jkun malajr. +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Id-distanzi kollha huma f’metri +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Il-kejl isir fuq vettura wieqfa skond Figura 4, billi jintużaw żewġ posizzjonijiet tal-mikrofonu f'distanza ta’ 7m mill-profil tal-vetturi, u 1,2m ‘l fuq mill-art. [1] Bi qbil mad-definizzjoni mogħtija fil-punt 0.4 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE (ĠU Nru L 42, 23.2.1970, p. 16). [2] Test ta’ vettura wieqfa jkun imwettaq sabiex ikun stabbilit il-valur ta’ referenza għall-awtoritajiet li jużaw dan il-metodu għall-ispezzjoni tal-vetturi li jkunu jintużaw. [3] 3 għall-vetturi li jkollhom il-potenza tal-magna akbar minn 225 kW. [4] Jekk x/n ma taqbilx ma’ numru sħiħ, l-eqreb proporzjon ogħla għandu jkun użat’. -------------------------------------------------- ANNESS II APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE GĦAS-SISTEMI TA’ EXHAUST BĦALA UNITAJIET TEKNIĊI SEPARATI (SISTEMI TA' TIBDIL TA’ L-EXHAUST ) 0. KAMP TA' APPLIKAZZJONI Dan l-Anness japplika għall-approvazzjoni tat-tip, bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 70/156/KEE, tas-sistemi ta’ l-exhaust jew tal-komponenti tagħhom li għandhom jitwaħħlu ma’ wieħed jew aktar mit-tip ta’ vetturi bil-mutur fil-kategoriji M1 u N1 bħala partijiet ta’ tibdil. 1. DEFINIZZJONIJIET 1.1. Is-sistema ta' tibdil ta’ l-exhaust jew ta’ komponent tagħha tfisser kull parti mis-sistema ta’ l-exhaust definita fis-sezzjoni 1.2.1 ta’ l-Anness I intiża biex tibdel f’vettura parti ta' tio li jkun ingħata l-approvazzjoni tat-tip tal- KEE mal-vettura skond l-Anness I. 2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE 2.1 L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE fil-każ ta’ tas-sistema ta' tibdil ta’ l-exhaust jew ta’ komponent tagħha bħala unità teknika separata għandha tkun ippreżentata mill-fabbrikant tal-vettura, mill-fabbrikant ta’ l-unità teknika separata in kwistjoni jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom. 2.2. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal kull ta’ tip ta’ sistema ta' tibdil ta’ l-exhaust jew tal-komponent tagħha għandha tkun akkumpanjata bi tliet kopji tad-dokument imsemmi hawn taħt u din l-informazzjoni li ġejja: 2.2.1. — deskrizzjoni tat-tip(i) tal-vettura li magħha għandhom jitwaħħlu s-sistema jew komponenti tagħha b’referenza għall-karatteristiċi msemmija fil-punt 1.1 ta’ l-Anness I. In-numri u/jew simboli li jispeċifikaw il-magna u t-tip ta’ vettura għandhom ikunu indikati, 2.2.2. — deskrizzjoni tas-sistema ta' tibdil ta’ l-exhaust li turi l-posizzjoni relattiva ta’ kull komponent tas-sistema, flimkien ma’ l-istruzzjonijiet biex ikunu immuntati, 2.2.3. —disinji dettaljati ta’ kull komponent, sabiex jinstab u jkun identifikat malajr, u r-referenza għall-materjal użat. Dawn id-disinji għandhom jindikaw il-post intiż għat-twaħħil obligatorju ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. 2.3. Fuq talba tas-servizz tekniku kkonċernat, l-applikant għandu jippreżenta: 2.3.1. —żewġ kampjuni tas-sistema li fir-rigward tagħha tkun saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, 2.3.2. —sistema ta’ l-exhaust tat-tip oriġinalment imwaħħal mal-vettura meta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE kienet ingħatat, 2.3.3. — vettura rappreżentattiva tat-tip li magħha għandha titwaħħal is-sistema, li: - f’dak li jirrigwarda l-livell tal-ħoss meta tkun miexja, għandu jkun f’tali kondizzjoni li tħares il-limiti tas-sezzjoni 5.2.2.1 ta’ l-Anness I [1] u li ma jeċċedux b’aktar minn 3 dB (A) il-valuri miksuba waqt l-approvazzjoni tat-tip, u - f’dak li jirrigwardja l-livell tal-ħoss tagħha meta tkun wieqfa, li tkun tħares il-valur miksub waqt l-approvazzjoni tat-tip, 2.3.4. — magna separata li tikkorrispondi mat-tip ta’ vettura deskritta hawn fuq. 2.4. Qabel ma tagħti l-approvazzjoni tat-tip l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li hemm arranġamenti sodisfaċenti li jassiguraw kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni. 3. IMMARKAR 3.1. Is-sistema ta' tibdil ta’ l-exhaust jew il-komponenti tagħha, eskluż l-apparat għat-twaħħil u t-tubi, għandhom ikollhom fuqhom: 3.1.1. — it-trade mark jew l-isem kummerċjali tal-fabbrikant tas-sistema ta' tibdil u l-komponenti tagħhom, 3.1.2. — id-deskrizzjoni kummerċjali tal-fabbrikant, 3.1.3. — in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. 3.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jinqraw sewwa u ma jitħassrux, anki meta s-sistema tkun imwaħħla mal-vettura. 4. L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE 4.1. Jekk applikazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta’ 2.1 tkun approvata, l-awtorità kompetenti għandha tħejji ċertifikat li jkun jikkorrespondi mal-mudell li jidher fl-Anness IV. In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandu jkun ippreċedut b’ittra(i) distintivi tal-pajjiż li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. 5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET 5.1. Speċifikazzjonijiet ġenerali 5.1.1. Is-sistemi ta' tibdil ta’ l-exhaust jew tal-komponenti tagħhom għandhom ikunu ddisinjati, maħduma u tajbin biex jitwaħħlu b’tali mod hekk li jassiguraw li l-vettura tkun konformi mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva f'kondizzjonijiet ta’ użu normali, minkejja kull vibrazzjoni li tista’ tkun esposta għaliha. OK 5.1.2. Is-sistema ta’ l-exhaust jew il-komponenti tagħha għandhom ikunu ddisinjati, maħduma u tajbin biex jitwaħħlu b’tali mod li jkunu jifilħu sew għal fenomenu tal-korrużżjoni li hija/huma esposta/i għalih filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet ta’ l-użu tal-vettura. 5.2. Speċifikazzjonijiet marbuta mal-livelli ta’ ħoss 5.2.1. L-effiċjenza akustika tas-sistema ta' tibdil ta’ l-exhaust jew tal-komponent tagħha għandhom jkunu spezzjonati permezz tal-metodi deskritti fis-sezzjonijiet 5.2.2.4 u 5.2.3.4 ta’ l-Anness I [2]. Meta s-sistema ta' tibdil ta’ l-exhaust jew tal-komponent tagħha titwaħħal fuq il-vettura msemmija fis-sezzjoni 2.3.3 ta’ dan l-Anness, il-livelli tal-ħoss miksuba biż-żewġ metodi (waqt li l-vettura tkun wieqfa u miexja) għandhom jissodisfaw waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin: 5.2.1.1. huma m’għandhomx jeċċedu l-valuri miksuba meta din it-tip ta’ vettura tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE; 5.2.1.2. huma m’għandhomx jeċċedu l-valuri tal-livell tal-ħoss imkejla fuq il-vettura, riferita fi 2.3.3., meta titwaħħal fuqha sistema ta’ l-exhaust ta’ l-istess tip bħal dik imwaħħla mal-vettura meta tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. 5.3. Il-kejl tal-prestazzjoni tal-vettura 5.3.1. Is-sistema ta' tibdil ta’ l-exhaust jew tal-komponenti tagħha għandhom jkunu tali li jassiguraw li l-prestazzjoni tal-vettura tkun kumparabbli ma' dik miksuba mit-tagħmir oriġinali tas-sistema ta’ l-exhaust jew tal-komponent tagħha. 5.3.2. Is-sistema ta' tibdil ta’ l-exhaust jew, skond l-għażla tal-fabbrikant, tal-komponenti ta’ din is-sistema, għandhom jitqabblu mat-tagħmir oriġinali tas-sistema ta’ l-exhaust jew tal-komponenti tagħha, li huma wkoll f’kondizzjoni ġdida, imwaħħla susegwentament mal-vettura msemmija f’2.3.3. 5.3.3. Il-verifika għandha ssir billi jitkejjel it-telf fil-pressa fil-kondizzjonijiet speċifikati f’5.3.4.1 jew 5.3.4.2. Il-valur imkejjel bis-sistema ta' tibdil ta’ l-exhaust m’għandux jeċċedi l-valur imkejjel bit-tagħmir oriġinali tas-sistema b’aktar minn 25% fil-kondizzjonijiet imsemmija hawn taħt. 5.3.4 Il-metodu tat-test 5.3.4.1. Il-metodu tat-test tal-magna Il-kejl għandu jitwettaq fuq il-magna riferita f’2.3.4 kif imqabbda ma’ dynamometer. Bit-throttle miftuħ kollu, il-bank għandu ikun aġġustat b’tali mod li tinkiseb il-veloċità tal-magna (S) li tikkorispondi mal-qawwa massima stabbilita tal-magna. Biex isir il-kejl tal-kontra-pressjoni, il-vit tal-pressjoni għandu jitqiegħed fid-distanza ‘l bogħod mill-exhaustmanifold kif speċifikat fil-Figuri 1, 2 u 3. 5.3.4.2. Il-metodu tat-test tal-vettura Il-kejl għandu isir fuq il-vettura msemmija fil-punt 2.3.3. It-test għandu jitwettaq: - jew fit-triq, jew - jew fuq dynamometer bir-rombli. Bit-throttle miftuħ kollu, il-magna għandha tkun mgħobbija b’tali mod li tinkiseb il-veloċità tal-magna (S) li tikkorispondi mal-qawwa massima stabbilita tal-magna. Biex isir il-kejl tal-kontra-pressjoni, il-vit tal-pressjoni għandu jitqiegħed fid-distanza ‘l bogħod mill-exhaustmanifold kif speċifikat fil-Figuri 1, 2 u 3. 5.4. Disposizzjonijiet addizzjonali fil-każ tas-sistemi ta’ l-exhaust jew tal-komponenti tagħhom li huma mimlija b’materjal fibruż Materjal fibruż ma għandux jintuża’ fil-fabbrikazzjoni tas-sistemi ta' tibdil ta’ l-exhaust jew tal-komponenti tagħhom sakemm ma jittieħdux il-miżuri xierqa waqt l-istadji tad-disinn u l-produzzjoni sabiex ikun assigurat li jintlaħaq livell ta’ effiċjenza li jkun jikkorrespondi mal-limiti stabbiliti fis-sezzjoni 5.2.2.1 ta’ l-Anness I. Dik is-sistema ta’ silencing titqies li tkun effettiva fit-traffiku jekk il-gassijiet ta’ l-exhaust ma jkunux f’kuntatt mal-materjal fibruż jew jekk, wara li jitneħħa l-materjal fibruż, il-livelli tal-ħoss ikunu konformi mal-ħtiġiet stabbiliti f’5.2.1, meta s-sistema ta’ l-exhaust tkun ittestjata fuq vettura skond il-metodi deskritti fis-sezzjonijiet 5.2.2 u 5.2.3 ta’ l-Anness I. Jekk din il-kondizzjoni ma tkunx imħarsa, is-sistema kollha ta’ l-exhaust għandha tkun suġġetta għal kondizzjonar. Dan għandu isir billi tintuża’ waħda mit-tliet metodi deskritti fis-sezzjonijiet 5.3.1.1, 5.3.1.2 u 5.3.1.3 ta’ l-Anness I. Wara li jsir il-kondizzjonar, il-livell tal-ħoss għandu ikun ivverifikat kif speċifikat f’5.2.1 t’hawn fuq. Meta tintuża’ l-proċedura deskritta fil-punt 5.2.1.2, l-applikant għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jista’ jitlob għall-ikkondizzjonar tat-tagħmir oriġinali tas-sistema ta’ l-exhaust jew jippreżenta waħda li tkun tbattlet. 6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI 6.1. Kull sistema ta' tibdil ta’ l-exhaust jew tal-komponent tagħha li jkollha n-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE permezz ta’ din id-Direttiva għandha tkun konformi mat-tip tas-sistema ta’ l-exhaust approvata u tkun konformi mal-ħtiġiet tas-sezzjoni 5. 6.2. Sabiex ikunu vverifikati li l-ħtiġiet tal-punt 6.1 jintlaħqu, għandha issir sorveljanza adekwata tal-produzzjoni. 6.3. Id-detentur ta’ l-approvazzjoni għandu b’mod partikolari: 6.3.1. jassigura l-eżistenza tal-proċeduri għal kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti; 6.3.2. ikollu aċċess għat-tagħmir ta’ l-ittestjar meħtieġ biex jivverifika l-konformità ta’ kull tip approvat; 6.3.3. jassigura li l-informazzjoni miġbura mir-riżultat tat-test tkun reġistrata u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu ikun stabbilit bi ftehim mas-servizz amministrattiv; 6.3.4. janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test, sabiex jivverifika u jassigura l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-prodott biex jingħata lok għal varjazzjoni fil-produzzjoni industrijali; 6.3.5. jassigura li għal kull tip ta’ prodott ikunu mwettqa ta’ l-anqas it-testijiet preskritti fl-Anness V (II); 6.3.6. jassigura li teħid ta' kampjuni jew biċċiet ta’ test li juru nuqqas ta’ konformità mat-tip tat-test in kwistjoni jagħtu lok għal teħid ta’ kampjun u test ieħor. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jerġa’ jkun hemm il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti. 6.4. L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ f'kull waqt tivverifika l-metodu tal-kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni. 6.4.1. F’kull spezzjoni l-kotba tat-test u r-reġistri tal-produzzjoni ta’ l-istħarriġ għandhom jintwerew lill-ispettur li jżurhom. 6.4.2. L-ispettur jista’ jieħu kampjuni saltwarjament biex ikunu ttestjati fil-laboratorju tal-fabbrikant. L-anqas numru ta’ kampjuni jista’ jkun iddeterminat skond ir-riżultati tal-verifika tal-fabbrikant stess. 6.4.3. Meta l-livell ta’ kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher meħtieġ li tkun ivverifikata l-validità tat-testijiet li jsiru fl-applikazzjoni ta’ 6.4.2, l-ispettur għandu jagħżel il-kampjuni li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li għamel it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip. 6.4.4. L-awtorità kompetenti tista' twettaq kull wieħed mit-testijiet preskritti fl-Anness I. 6.4.5. Il-frekwenza normali ta’ l-ispezzjonijiet li tagħmel l-awtorità kompetenti hija darba kull sentejn. Jekk ikun hemm riżultati mhux sodisfaċenti waqt waħda miż-żjarat, l-awtorità kompetenti għandha tassigura li l-passi kollha neċessarji jittieħdu sabiex terġa’ tkun stabbilita l-konformità tal-produzzjoni kemm jista’ jkun malajr. +++++ TIFF +++++ [1] Kif preskritt fil-verżjoni ta’ din id-Direttiva applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura. [2] Kif preskritt fil-verżjoni ta’ din id-Direttiva applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura. -------------------------------------------------- ANNEX III MUDELL Daqs massimu: A4 (210 × 297 mm) +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS IV MUDELL Daqs massimu: A4 (210 × 297 mm) +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS V VERIFIKI DWAR IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI I. VETTURI 1. Ġenerali Dawn il-ħtiġiet huma konsistenti mat-test li għandu isir għall-verifika tal-konformità tal-produzzjoni, permezz tas-sezzjonijiet 7.3.5 u 7.4.3 ta’ l-Anness I. 2. Proċeduri tat-testijiet Il-metodi tat-testijiet, l-istrumenti tal-kejl u l-interpretazzjoni tar-riżultati għandhom ikunu dawk deskritti fl-Anness I. Il-vettura(i) li jkun qiegħed isirilha t-test għall-kejl tal-ħoss tal-vettura miexja kif deskritta fis-sezzjoni 5.2.2.4 ta’ l-Anness I. 3. Teħid tal-kampjuni Vettura waħda għandha tintagħżel. Jekk wara t-test fil-punt 4.1 t’hawn taħt il-vettura titqies li mhix konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, żewġ vetturi oħra għandhom ikunu ttestjati. 4. Evalwazzjoni tar-riżultati 4.1. Jekk il-livell tal-ħoss tal-vettura ttestjata permezz tas-sezzjonijiet 1 u 2 ma jeċċedix b’aktar minn 1 dB (A) il-valuri tal-limitu preskritti fil-punt 5.2.2.1 ta’ l-Anness I, it-tip ta’ vettura għandu jun meqjus li jkun konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. 4.2. Jekk il-vettura ttestjata skond il-punt 4.1 ma tilħaqx il-ħtiġiet stabbiliti f’dik is-sezzjoni, żewġ vetturi oħra ta’ l-istess tip għandhom ikunu ttestjati skond is-sezzjonijiet 1 u 2. 4.3. Jekk il-livell tal-ħoss tat-tieni u/jew it-tielet vettura tal-punt 4.2 jeċċedi b’aktar minn 1 dB (A) il-valuri tal-limitu preskritti fil-punt 5.2.2.1 ta’ l-Anness I, it-tip ta’ vettura huwa meqjus li ma jkunx konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u l-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jerġa’ jkun hemm il-konformità. II. SISTEMI TA’ TIBDIL TA’ L-EXHAUST 1. Ġenerali Dawn il-ħtiġiet huma konsistenti mat-test li għandu jitwettaq biex jivverifika l-konformità tal-produzzjoni, permezz tas-sezzjonijiet 6.3.5 u 6.4.3 ta’ l-Anness II. 2. Proċeduri tat-testijiet Il-metodi tat-testijiet, l-istrumenti tal-kejl u l-interpretazzjoni tar-riżultati huma dawk deskritti fl-Anness II. Is-sistema ta’ l-exhaust jew il-komponent li jkun ittestjat għandhom ikunu ssuġġettati għat-test kif deskritt fl-Anness II, tas-sezzjoni 5. 3. Teħid tal-kampjuni Sistema ta’ l-exhaust jew il-komponent għandu jintgħażel. Jekk, wara t-test fil-punt 4.1, il-kampjun jitqies li mhux konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, żewġ kampjuni oħra għandhom ikunu ttestjati. 4. Evalwazzjoni tar-riżultati 4.1. Jekk il-livell tal-ħoss tas-sistema ta’ l-exhaust jew tal-komponent, ittestjati permezz tas-sezzjonijiet 1 u 2, imkejla skond is-sezzjoni 5.2 ta’ l-Anness II, ma jeċċedix b’aktar minn 1 dB (A) il-livell imkejjel waqt it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ din it-tip ta’ sistema ta’ l-exhaust jew tal-komponent, is-sistema ta’ l-exhaust jew it-tip ta’ komponent jitqies li jkun konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. 4.2. Jekk is-sistema ta’ l-exhaust ttestjata jew il-komponent ittestjat permezz tal-punt 4.1 ma jilħaqx il-ħtiġiet stabbiliti f’dik is-sezzjoni, żewġ sistemi oħra ta’ l-exhaust jew komponenti ta’ l-istess tip għandhom jkunu ttestjati permezz tas-sezzjonijiet 1 u 2 t’hawn fuq. 4.3. Jekk il-livell tal-ħoss tat-tieni u/jew it-tielet kampjun tal-punt 4.2 jeċċedi b’aktar minn 1 dB (A) il-livell imkejjel waqt it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ din it-tip ta’ sistema ta’ l-exhaust jew komponent, is-sistema ta’ l-exhaust jew it-tip tal-komponent jitqies li ma jkunx konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u l-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jerġa’ jġib il-konformità. -------------------------------------------------- ANNESS VI SPEĊIFIKAZZONIJIET TAL-KORSA TAT-TEST Dan l-Anness jistabilixxi l-ispeċifikazzjonijiet li jirrigwardjaw il-karatteristiċi fiżiċi tal-paviment u t-tqegħid tal-paviment tal-korsa tat-test. 1. KARATTERISTIĊI MEĦTIEĠA TAL-WIĊĊ Il-wiċċ jitqies li jkun konformi ma’ din id-Direttiva jekk il-materjal u l-kontenut vojt jew il-ko-effiċjent ta' l-assorbiment tal-ħoss ikunu tkejlu u nstabu li jilħqu l-ħtiġiet mogħtija fil-punti 1.1 sa 1.4 u dejjem jekk il-ħtiġiet tad-disinn (is-Sezzjoni 2.2) ikunu ntlaħqu. 1.1. Kontenut vojt tar-residwi Il-kontenut vojt tar-residwi, Vc, tat-taħlita tal-paviment tal-korsa tat-test m’għandux jeċċedi t- 8%. Ara s-sezzjoni 3.1 għall-proċedura tal-kejl. 1.2. Ko-effiċjenti ta' l-assorbiment tal-ħoss Jekk il-wiċċ ma jkunx konformi mal-ħtiġiet tal-kontenut vojt tar-residwi, il-wiċċ huwa aċċettabbli biss jekk il-koeffiċjent ta' l-assorbiment tal-ħoss tiegħu, a ≤ 0,10. Ara s-sezzjoni 3.2 għall-proċedura tal-kejl. Il-ħtiġiet tas-sezzjoni 1.1. u 1.2. jintlaħqu wkoll jekk ikun tkejjel biss l-assorbiment tal-ħoss u misjub li huwa: a ≤ 0,10. 1.3. Il-fond tal-materjal Il-fond tal-materjal (TD) imkejjel skond il-metodu volumetriku (ara s-sezzjoni 3.3) għandu jkun: TD ≥ 0,4 mm. 1.4. L-omoġenità tal-wiċċ Għandu jsir kull sforz prattiku biex ikun assigurat li l-wiċċ ikun magħmul omoġenju kemm jista’ jkun fiż-żona tat-test. Dan jinkludi l-materjal u l-kontenut vojt, iżda għandu jkun imħares ukoll li jekk il-proċess ta’ dawrien iwassal għal dawrien aktar effettiv f’xi postijiet milli f’oħrajn, il-materjal jista’ jkun differenti u l-inegwaljanzi jistgħu jwasslu għal ħotob. 1.5. Perjodu ta’ l-ittestjar Sabiex ikun ivverifikat jekk il-wiċċ jibqax konformi mal-materjal u l-kontenut vojt jew il-ħtiġiet tal-ħoss li jiġu assorbiti kif stipulat f’dan l-istandard, għandhom jsiru testijiet minn żmien għal żmien b’dawn l-intervalli li ġejjin: (a) għal kontenut vojt tar-residwi jew l-assorbiment tal-ħoss: - meta l-wiċċ ikun ġdid, - jekk il-wiċċ jilħaq il-ħtiġiet meta jkun ġdid, m’hemmx għalfejn isiru testijiet oħra minn żmien għal żmien. Jekk ma jilħaqx il-ħtiġiet meta jkun ġdid, jista’ jagħmel hekk aktar tard minħabba li l-uċuh għandhom tendenza li jsiru mgħaqqda u kompatti biż-żmien; (b) għall-fond tal-materjal (TD): - meta l-wiċċ ikun ġdid, - meta jibda t-test tal-ħoss (NB: mhux qabel erba’ ġimgħat wara t-tqegħid), - imbagħad kull tnax-il xahar. 2. DISINN TAL-WIĊĊ TAT-TEST 2.1. Żona Meta jkun iddisinjat il-pjan tal-korsa tat-test hu importanti li jkun assigurat li, bħala ħtieġa minima, iż-żona li jgħaddu minn fuqha l-vetturi li jiġru matul l-mogħdija tat-test tkun koperta b’materjal speċifiku tat-test li jkun fih marġini xierqa għas-sewqan bla periklu u prattiku. Dan jitlob li l-wisa’ tal-korsa jkun ta’ l-anqas 3m u li t-tul tal-korsa jestendi lil hinn mil-linji AA u BB b’ta’ l-anqas 10 m fuq kull tarf. Il-Figura 1 turi pjanta ta' sit tat-test adatt u tindika ż-żona minima li għandha titqiegħed bil-makkinarju għal dan l-iskop u li tkun imbattma bir-rombli bil-materjal speċifikat tat-test tal-wiċċ. +++++ TIFF +++++ Il-parti mħażża tissejjaħ ‘iż-żona tat-test’ 2.2. Ħtiġiet tad-disinn għall-wiċċ Il-wiċċ li fuqu għandu jsir test għandu jilħaq l-erba’ ħtiġiet tad-disinn: 1. għandu ikun konkos-asfaltat oħxon; 2. id-daqs minimu tal-biċċiet imkissra għandu jkun 8 mm (it-tolleranzi jippermettu 6,3 sa 10 mm); 3. il-ħxuna tal-korsa li tittiekel għandha tkun > 30 mm; 4. il-materjal li jorbot għandu jkun bitumen bi grad ta’ penetrazzjoni dritta mingħajr modifiki. Bħala gwida għal min jibni l-wiċċ tat-test, il-kurva aggregata ta' gradazzjoni li għandha tagħti l-karatteristiċi mixtieqa tidher fil-figura 2. B’żieda ma dan, it-tabella 3 tagħti xi linji gwida sabiex jinkiseb il-materjal mixtieq u s-saħħa tiegħu. Il-gradazzjoni tal-kurva tidħol f’din il-formula li ġejja: ½ meta d = daqs ta' l-għarbiel b'xibka kwadra, f’mm dmax = 8 mm għall-kurva medja dmax = 10 mm għal kurva ta’ tolleranza baxxa dmax = 10 mm għal kurva ta’ tolleranza għolja B’żieda ma dawn t’hawn fuq, ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin huma mogħtija: - il-frazzjoni tar-ramel (0,063 mm < daqs ta' l-għarbiel b'xibka kwadra < 2 mm) għandha tinkludi mhux aktar minn 55% ramel naturali u ta’ l-anqas 45% ramel misħuq, - il-bażi u s-sub-bażi għandhom jassiguraw stabbilità tajba u ċatta, skond l-aħjar prattika tal-kostruzzjoni tat-toroq, - il-biċċiet għandhom jkunu mgħaffġa (100% uċuh mgħaffġa) u ta’ materjal li jkun reżistenti ħafna għat-tgħaffiġ, - il-biċċiet użati fit-taħlita għandhom jinħaslu, - l-ebda biċċiet żejda m’għandhom jiżdiedu mal-wiċċ, - l-għebusija tal-materjal li jorbot espressa bħala valur tal-PEN għandha tkun 40 sa 60, 60 sa 80 jew anki 80 sa 100, jiddependi mill-kondizzjonijiet tal-klima tal-pajjiż. Ir-regola hija li jintuża’ materjal li jorbot iebes kemm jista’ jkun, dejjem jekk dan ikun konsistenti mal-prattika komuni, - it-temperatura tat-taħlita qabel l-irrumblar għandha tintagħżel sabiex tikiseb permezz tar-rumblar sussegwenti il-kontenut vojt kif meħtieġ. Sabiex tiżdied il-probabbiltà li jintlaħqu l-ispeċifikazzjonijiet tas-sezzjonijiet 1.1 sa 1.4, il-mod kif ikun kompatt għandu jkun studjat mhux biss permezz ta’ għażla xierqa tat-temperatura tat-taħlit, imma wkoll anki permezz ta’ numru xieraq ta’ romblaturi u l-għażla tal-vettura li tipressa. +++++ TIFF +++++ Tabella 3 Linji gwida tad-disinn | Valuri miri | Tolleranzi | Bil-massa totali tat-taħlita | Bil-massa taż- żrar | Massa tal-ġebel, Għarbiel B'Xibka Kwadra (SM) > 2 mm | 47,6% | 50,5% | ± 5 | Massa tar-ramel 0,063 < SM < 2mm | 38,0% | 40,2% | ± 5 | Massa ta’ dak li jimla SM < 0,063 mm | 8,8% | 9,3% | ± 2 | Massa ta’ dak li jgħaqqad (bitumen) | 5,8% | N.A. | ± 0,5 | Daqs massimu tat-tkissir f'biċċiet | 8 mm | 6,3–10 | Ebusija ta’ dak li jgħaqqad | (ara hawn taħt) | | Valur tal-ġebel mogħruk (PSV) (ara d-dok. 5 fil-bibljografija) | > 50 | | (Kompattività, relattiva għal kompattività Marshall | 98% | | 3. IL-METODI TAT-TESTIJIET 3.1. Kejl tal-kontenut vojt tar-residwi Għall-iskop ta’ dan il-kejl, il-qalba għandha tittieħed mill-korsa ta’ l-anqas f’erba’ posizzjonijiet differenti li jkunu mqassma b’mod ugwali fiż-żona tat-test bejn il-linji AA u BB (ara l-figura 1). Sabiex ikun evitat in-nuqqas ta’ l-omoġenità u inugwaljanzi fir-radd tar-roti, il-qlub m’għandhomx jittieħdu fir-radda tar-roti nfushom, imma qrib tagħhom. Żewġt iqlub (minn ta’ l-anqas) għandhom jittieħdu qrib ir-radda tar-roti u qalb waħda (ta’ l-anqas) għandha tittieħed madwar fin-nofs bejn ir-radda tar-roti u kull posizzjoni tal-mikrofonu. Jekk ikun hemm suspett li l-kondizzjoni ta’ l-omoġenità ma tkunx intlaħqet (ara s-sezzjoni 1.4), il-qlub għandhom jittieħdu minn iżjed postijiet fiż-żona tat-test. Il-kontenut vojt tar-residwi għandu jkun iddeterminat għal kull qalba. Imbagħad il-valur medju mill-qlub kollha għandu ikun ikkalkulat u mqabbel mal-ħtiġiet tas-sezzjoni 1.1. B‘żieda ma' dan, l-ebda qalba waħda m’għandha jkollha valur vojt li hu ogħla minn 10%. Min jibni l-wiċċ tat-test hu mfakkar dwar il-problema li tista’ tinħoloq meta ż-żona tat-test tissaħħan permezz ta’ pajpijiet jew fili ta' l-elettriku u l-qalba għandha tittieħdu minn din iż-żona. Dawk l-installazzjonijiet għandhom jkunu ppjanati sewwa fir-rigward ta’ postijiet ta’ tħaffir għal-qalba fil-ġejjieni. Huwa rrakkomandat li jitħallew xi ftit postijiet ta’ daqs ta’ bejn wieħed u ieħor 200 × 300 mm ta’ fejn ma jkunx hemm fili jew pajpijiet, jew fejn dawn ta’ l-aħħar ikun fil-fond biżżejjed biex ma jkunux mimsusa mil-qalba meħuda mis-saff tal-wiċċ. 3.2. Ko-effiċjent ta' l-assorbiment tal-ħoss Il-koeffiċjent ta' l-assorbiment tal-ħoss (inċidenza normali) għandu jkun imkejjel permezz tal-metodu tat-tubu li jimpedixxi permezz tal-proċedura speċifikata fil-ISO/DIS 10534: ‘Akustika - Id-determinazzjoni tal-ko-effiċjent ta' l-assorbiment tal-ħoss u t-tfixkil permezz ta' metodu tat-tubu’. Rigward il-kampjuni tat-test, l-istess ħtiġiet għandhom ikunu segwiti fejn jidħol il-kontenut vojt tar-residwi (ara s-sezzjoni 3.1). L-assorbiment tal-ħoss għandu jitkejjel fil-medda 400 sa 800 Hz u fil-medda 800 sa 1600 Hz (ta’ l-anqas fil-frekwenzi taċ-ċentru tal-medda tat-tielet ottava) u l-valuri massimi għandhom ikunu identifikati għal dawn iż-żewġ medded tal-frekwenza. Imbagħad dawn il-valuri, għal-qluba kollha tat-test, il-medja għandha tikkostitwixxi r-riżultat finali. 3.3. Kejl tal-materjal makro volumetriku Għall-iskopijiet ta’ dan l-istandard, il-kejl tal-fond tal-materjal għandu isir ta’ l-anqas f’10 posizzjonijiet imqassma b’mod ugwali fir-radda tar-roti ta’ l-istrixxa tat-test u l-valur medju meħud biex jitqabbel mal-fond tal-materjal minimu speċifikat. Ara l-Anness F ta’ l-Abbozz ta' l-Istandard ISO/DIS 10844 għad-deskrizzjoni tal-proċedura. 4. STABBILITÀ FIL-ĦIN U L-MANUTENZJONI 4.1. Influwenza taż-żmien Bħal ħafna uċuh oħra, hu mistenni li l-livelli tal-ħoss tat-tyre/triq imkejla fuq il-wiċċ tat-test jistgħu jiżdiedu xi ftit waqt l-ewwel sitta sa 12-il xahar wara l-kostruzzjoni. Il-wiċċ jilħaq il-karatteristiċi meħtieġa mhux qabel erba’ ġimgħat wara l-kostruzzjoni. L-influwenza taż-żmien fuq il-ħoss mit-trakkijiet hi ġeneralment anqas minn dik mill-karozzi. L-istabbilità maż-żmien hija determinata l-aktar permezz ta’ l-għarik u t-tgħaffiġ mill-vetturi li jkunu għaddejjin fuq il-wiċċ. Din għandha tkun spezzjonata perjodikament kif mistqarr fis-sezzjoni 1.5. 4.2. Manutenzjoni tal-wiċċ Xaħx jew trab sfuż li jista’ jnaqqas b’mod sinifikant l-fond effettiv tal-materjal għandu jitneħħa mill-wiċċ. F’pajjiżi bi klima tax-xitwa, il-melħ jintuża’ xi kultant biex ineħħi s-silġ. Il-melħ jista’ jbiddel il-wiċċ temporanjament jew anki b'mod permanenti b’tali mod li jiżdied il-ħoss u għalhekk mhux rakkomandat. 4.3. Pavimentar mill-ġdid taż-żona tat-test Jekk ikun meħtieġ li l-korsa tat-test tkun pavimentata mill-ġdid, normalment dan ma jkunx meħtieġ biex isir il-pavimentar aktar milli l-istrippa tat-test (ta’ 3 m wisa’ fil-figura 1) ta’ fejn il-vetturi jkunu jsuqu dejjem jekk iż-żona tat-test 'il barra mill-istrixxa tkun issoddisfat il-ħtieġa dwar il-kontenut vojt jew l-assorbiment tal- meta kienet imkejla. 5. DOKUMENTAZZJONI TAL-WIĊĊ U TAT-TESTIJIET MAGĦMULA FUQU 5.1. Dokumentazzjoni tal-wiċċ tat-test It-tagħrif li ġej għandu jingħata f’dokument li jiddeskrivi t-test tal-wiċċ: (a) Fejn tinsab il-korsa tat-test; (b) it-tip ta’ materjal li jorbot, l-għebusija ta’ l-irbit, it-tip ta’ l-aggregat, il-ħxuna massima teoretika tal-konkos (‘DR’), il-ħxuna tal-materjal li jitherra u l-kurva ta’ gradazzjoni imkejla mill-qalba mill-korsa tat-test; (c) metodu ta’ kif jitgħaffeġ (e.ż. tip ta’ romblu, il-massa tar-romblu, in-numru ta’ pasaġġi); (d) temperatura tat-taħlita, temperatura ta’ l-ambjent ta’ l-arja u l-veloċità tar-riħ waqt it-tqegħid tal-wiċċ; (e) id-data ta’ meta l-wiċċ tqiegħed u l-kuntrattur; (f) ir-riżultati kollha jew mill-anqas l-aħħar riżultat tat-test, inklużi: (i) il-kontenut vojt tar-residwi ta’ kull qalba; (ii) il-postijiet fiż-żona tat-test li minnha l-qalba għall-kejl vojt tkun meħudha; (iii) il-ko-effiċjent ta' l-assorbiment tal-ħoss ta’ kull qalba (jekk imkejjel). Speċifika r-riżultati għal kull qalba u għal kull medda ta’ frekwenza kif ukoll il-medja ġenerali; (iv) il-postijiet fiż-żona tat-test li minnha l-qalba għall-kejl ta’ l-assorbiment tkun ittieħdet; (v) fond tal-materjal, inkluż in-numru ta’ testijiet u d-devjazzjoni ta’ l-istandard; (vi) l-istituzzjoni responsabbli għat-testijiet (i) u (iii) u t-tip ta’ tagfħmir użat; (vii) id-data tat-test(ijiet) u d-data meta l-qalba tkun ittieħdet mill-korsa tat-test. 5.2. Id-dokumentazzjoni tat-testijiet tal-ħoss tal-vettura imwettqa fuq il-wiċċ Fid-dokument li jiddeskrivi t-test(ijiet) tal-ħoss tal-vettura għandu jkun mistqarr jekk il-ħtiġiet kollha jkunux intlaħqu jew le. Referenza għandha tingħata lil dokument skond is-sezzjoni 5.1. --------------------------------------------------