31987D0206



Official Journal L 080 , 24/03/1987 P. 0037 - 0038
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0005
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0005


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta’ Marzu 1987

li temenda, għat-tieni darba, id-Deċiżjoni 76/806/KEE li tistabbilixxi dispożizzjonijiet addizjonali rigward l-istħarriġ statistiku li għandu jsir mill-Istati Membri sabiex iġi stabbilit il-potenzjal produttiv ta’ pjantaġġuni ta’ ċerti speċi ta’ siġar tal-frott

(87/206/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/625/KEE ta’l-20 ta’ Lulju 1976 rigward l-isħarriġ statistiku li għandu jsir mill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-potenzjal produttiv tal-pjantaġġuni ta’ ċerti speċi ta’ siġar tal-frott [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/652/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 2 [3] tagħha,

Billi klassijiet ta’l-età u d-densità għandhom jiġu definiti għal speċi ġodda li se jiġu mistħarrġa

Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Istatisitiċi Agrikoli;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni Nru 76/806(KEE) qiegħed b’hekk jinbidel bl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Marzu 1987.

Għall-Kummissjoni

Alois Pfeiffer

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 218, tal-11.4.1976, p. 10.

[2] ĠU L 382, tal-31.12.1986, p. 16.

[3] ĠU L 285, tas-16.10.1976, p. 34.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

KLASSIJIET TA’ ETAàU DENSITà

(a) Il-klassijiet li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti:

| Tuffieħ, lanġas | Ħawħ, berquq | Larinġ, lumi u ċitru tal-frott żgħir |

Età tas-siġar (fi snin) | 0 – 4 5 – 9 10 – 14 15 – 24 25 u aktar | 0 – 4 5 – 9 10 – 14 15 – 19 20 u aktar | 0 – 4 5 – 9 10 – 14 15 – 24 25 – 39 40 u aktar |

Densità tal-pjantaġġuni (siġar/ha) | Anqas minn 400 400 – 799 800 – 1599 1600 u aktar | Anqas minn 300 300 – 399 400 – 599 600 – 799 800 u aktar | Anqas minn 250 250 – 374 375 – 499 500 – 624 625 – 749 750 u aktar |

(b) Għal imsaġar tat-tuffieħ u l-lanġas ta’ densità għolja, l-Istati Membri jistgħu jergħu jaqsmu l-klassi ta’ ’15 - 24 sena biex jiffurmaw dawn iż-żewġ klassijiet li ġejjin:

"15 - 19-il sena"

"20 - 24 sena"

--------------------------------------------------