|
19.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/638
tat-13 ta’ April 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Frar 2022, il-Federazzjoni Russa nediet aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata kontra l-Ukrajna, li l-Kunsill Ewropew ikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022. |
|
(2) |
Fl-24 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu ddikjara li “l-gwerra tar-Russja ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna tikser b’mod serju d-dritt internazzjonali u qed tikkawża telf kbir ta’ ħajjiet u ħsara lil persuni ċivili. Ir-Russja qed tidderieġi attakki kontra l-popolazzjoni ċivili u qed timmira fuq oġġetti ċivili, inkluż sptarijiet, faċilitajiet mediċi, skejjel u refuġji. Dawn id-delitti tal-gwerra jridu jieqfu minnufih. Dawk responsabbli, u l-kompliċi tagħhom, ser ikollhom iwieġbu għal għemilhom f’konformità mad-dritt internazzjonali.”. Il-Kunsill Ewropew barra minn hekk afferma mill-ġdid id-Dikjarazzjoni ta’ Versailles tal-11 ta’ Marzu 2022 li, b’mod partikolari, laqgħet id-deċiżjoni tal-prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali li jiftaħ investigazzjoni għad-delitti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2014/486 (1) stabbiliet l-EUAM Ukraine sabiex tassisti lill-Ukraina fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili, inkluż il-pulizija u l-istat tad-dritt. |
|
(4) |
EUAM Ukraine jenħtieġ li tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet Ukreni biex tiffaċilita l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati internazzjonali mwettqa fil-kuntest tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
|
(5) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/486/PESK tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
EUAM Ukraine ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2a huwa rinumerat bħala l-Artikolu 2b; |
|
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu segwenti: “Artikolu 2a Appoġġ lill-awtoritajiet Ukreni biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ delitti internazzjonali 1. EUAM Ukraine għandha tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet Ukreni, b’mod partikolari lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, lill-Uffiċċji tal-Prosekutur Pubbliku reġjonali u lill-Aġenziji tal-Infurzar tal-Liġi, sabiex tiffaċilita l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ kwalunkwe delitt internazzjonali mwettaq fil-kuntest tal-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. 2. Sabiex dak il-kompitu jiġi implimentat:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta’ Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).