|
22.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 80/2009
tat-3 ta' Lulju 2009
li temenda l-Anness II (Ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) u tal-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 (1). |
|
(2) |
L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2009 tad-29 ta' Mejju 2009 (2). |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/67/KE tat-30 ta' Ġunju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar tagħmir tal-baħar (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) tal-Kapitolu XXXII tal-Anness II li jinsab mal-Ftehim:
|
“— |
32008 L 0067: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/67/KE tat-30 ta' Ġunju 2008 (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 16).” |
Artikolu 2
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 56d (Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) tal-Anness XIII mal-Ftehim:
|
“— |
32008 L 0067: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/67/KE tat-30 ta' Ġunju 2008 (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 16).” |
Artikolu 3
It-testi tad-Direttiva 2008/67/KE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta' Lulju 2009, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni/Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 193, 31.7.2003, p. 14.
(2) ĠU L 232, 3.9.2009, p. 28.
(3) ĠU L 171, 1.7.2008, p. 16.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.