|
11.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/576
tal-10 ta' April 2019
li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' taħlitiet ta' urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fit-13 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni Ewropea bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' taħlitiet ta' urea u nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka (“il-pajjiżi kkonċernati”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament bażiku”). In-Notifika ta' Bidu (Notice of Initiation,“NoI”) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fid-29 ta' Ġunju 2018 minn Fertilizers Europe (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' taħlitiet ta' urea u nitrat tal-ammonju (“UAN”). L-ilment kien fih evidenza ta' dumping u ta' dannu materjali riżultanti li kien biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/455 tal-20 ta' Marzu 2019 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa (“Russja”), ta' Trinidad u Tobago (“TT”), u tal-Istati Uniti tal-Amerka (“Stati Uniti”), lill-importaturi u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li jirrappreżentaw l-interessi tal-utenti u lil assoċjazzjonijiet oħra magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjonijiet u jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u / jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(6) |
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-Russja u fl-Istati Uniti sostnew li l-ilmentaturi ma kellhom ebda dritt u li ma kienx hemm evidenza biżżejjed ta' dumping u ta' dannu biex titnieda l-investigazzjoni. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn iż-żewġ pretensjonijiet. Il-Kummissjoni kkontroverifikat u kkonfermat il-konklużjonijiet fin-Nota tal-fajl dwar il-pożizzjoni disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li l-ilment sar abbażi tal-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' UAN. Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet eżami tal-ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, u waslet għall-konklużjoni li r-rekwiżiti għall-bidu ta' investigazzjoni ġew issodisfati, jiġifieri li l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-evidenza ppreżentata mill-ilmentatur kienu suffiċjenti. Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku, ilment għandu jinkludi tali informazzjoni disponibbli b'mod raġonevoli għall-ilmentatur dwar il-fatturi indikati fih. Fuq il-bażi tal-evidenza pprovduta, kif ikkonfermat mill-valutazzjoni proprja tal-Kummissjoni, dan ir-rekwiżit kien issodisfat. |
1.4. Kampjunar
|
(8) |
Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.4.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(9) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni sostniet li kienet iddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li kienu se jiġu investigati billi tapplika l-kampjunar u li kienet għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun provviżorju fuq il-bażi tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-Unjoni rrapportati, mill-produtturi tal-Unjoni, fil-kuntest tal-analiżi tal-valutazzjoni ta' rappreżentattività ta' qabel il-bidu. Il-kampjun provviżorju stabbilit b'dan il-mod kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni li kienu responsabbli għal madwar 70 % tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni skont l-informazzjoni disponibbli. Id-dettalji ta' dan il-kampjun provviżorju kienu disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u l-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw. |
|
(10) |
Ftit wara l-bidu, wieħed mill-produtturi inklużi b'mod provviżorju fil-kampjun, Yara Sluiskil B.V., informa lill-Kummissjoni li ma riedx jikkoopera. Barra minn hekk, żewġ produtturi tal-Unjoni bagħtu tweġibiet bħala reazzjoni għall-valutazzjoni ta' rappreżentattività ta' qabel il-bidu wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu. Il-Kummissjoni kkunsidrat id-data tal-produtturi tal-Unjoni dwar il-produzzjoni u l-bejgħ sabiex tistabbilixxi l-kampjun finali. |
|
(11) |
Bosta partijiet interessati ppreżentaw aktar kummenti fir-rigward tal-kampjun provviżorju. Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti u spjegat fin-nota miżjuda mal-fajl miftuħ fit-5 ta' Settembru 2018 għalfejn dawk il-kummenti ma kellhomx impatt fuq l-għażla tal-kampjun finali. |
|
(12) |
L-approċċ tal-Kummissjoni li tapplika l-kampjunar, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament anti-dumping bażiku, fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni, għaldaqstant inżamm. |
|
(13) |
Billi Yara Sluiskil B.V. ma xtaqx jikkoopera, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwih b'OCI Nitrogen. Il-kampjun finali ta' produtturi tal-Unjoni, magħmul minn AB Achema, Grupa Azoty Zaklady Azotowe Pulawy S.A. u OCI Nitrogen B.V., kien responsabbli għal aktar minn 50 % tal-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ totali tal-Unjoni tal-prodott simili. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.4.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(14) |
Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. |
|
(15) |
Diversi importaturi mhux relatati ppreżentaw ruħhom bħala partijiet interessati, għalkemm tlieta biss ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta' tweġibiet li waslu, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. It-tliet importaturi kollha kienu mistiedna jwieġbu kwestjonarju. |
1.4.3. Kampjunar ta' produtturi esportaturi fir-Russja, fi TT u fl-Istati Uniti
|
(16) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufin kollha fir-Russja, fi TT u fl-Istati Uniti sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tal-Federazzjoni Russa għall-Unjoni Ewropea, lill-Missjoni ta' Trinidad u Tobago għall-Unjoni Ewropea, u lill-Missjoni tal-Istati Uniti tal-Amerka għall-Unjoni Ewropea biex jidentifikaw u / jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(17) |
Żewġ produtturi esportaturi fir-Russja, produttur esportatur wieħed fi TT, u produttur esportatur wieħed fl-Istati Uniti pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. |
|
(18) |
Fid-dawl tal-għadd baxx ta' reazzjonijiet mingħand il-produtturi esporataturi, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx neċessarju. |
|
(19) |
Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kumpaniji li għandhom jiġu investigati, permezz ta' nota bid-data tal-21 ta' Awwissu 2018. Ma wasal l-ebda kumment. |
1.5. It-tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(20) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lill-ilmentatur, lit-tliet importaturi mhux relatati li kienu ppreżentaw ruħhom, lill-erba' produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati u lill-assoċjazzjonijiet tal-utenti u l-operaturi ekonomiċi kollha li ppreżentaw ruħhom u talbu kwestjonarju. |
|
(21) |
Fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda evidenza suffiċjenti ta' distorsjonijiet fil-materja prima fir-Russja fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif tħabbar fin-Notifika ta' Bidu, l-investigazzjoni tkopri dawn id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-Russja. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju addizzjonali lill-Gvern tar-Russja (Government of Russia,“GOR”). |
|
(22) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, mingħand Fertilizers Europe, mingħand tliet importaturi mhux relatati, mingħand l-erba' produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati u mingħand sbatax-il operatur ekonomiku differenti, inklużi xi wħud li jirrappreżentaw l-interessi tal-utenti. |
|
(23) |
Waslet ukoll tweġiba għall-kwestjonarju mingħand il-GOR. Madankollu, din it-tweġiba kienet defiċjenti ħafna u kienet nieqsa mill-informazzjoni bażika meħtieġa mill-Kummissjoni biex teżamina l-allegazzjoni ta' distorsjonijiet fil-materja prima fir-Russja u biex tivvaluta jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx suffiċjenti biex jitneħħa d-dannu. Il-GOR ma weġibx għat-talba tal-Kummissjoni fir-rigward ta' verifika fil-post, tad-data pprovduta fit-tweġiba għall-kwestjonarju. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-GOR b'żewġ noti tat-22 ta' Ottubru u tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar id-defiċjenzi tat-tweġiba għall-kwestjonarju u n-nuqqas ta' tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni sabiex tivverifika d-data pprovduta. Il-Kummissjoni indikat li billi ma tipprovdix l-informazzjoni neċessarja, kienet se tagħmel is-sejbiet tagħha fir-rigward tal-eżistenza ta' distorsjonijiet fil-materja prima fir-Russja fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Il-GOR naqas milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa bħala reazzjoni għal dawk in-noti. |
1.6. Iż-żjarat ta' verifika
|
(25) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għal determinazzjoni provviżorja ta' dumping, distorsjonijiet fil-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fir-Russja, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.7. Il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
|
(26) |
L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 (“il-perjodu ta' investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-evalwazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2015 u t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
|
(27) |
Il-prodott ikkonċernat huwa taħlitiet ta' urea u ta' nitrat tal-ammonju f'soluzzjoni milwiema jew ammonijakali li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago, u fl-Istati Uniti tal-Amerka, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 80 00 (“il-prodott ikkonċernat” jew “UAN”). |
|
(28) |
L-UAN huwa fertilizzant tan-nitroġenu likwidu. |
|
(29) |
Il-kontenut tan-nitroġenu huwa l-aktar karatteristika sinifikanti tal-prodott ikkonċernat. Dan jista' jvarja bejn 28 % u 32 % ta' UAN. Varjazzjoni bħal din ġeneralment tinkiseb billi jiġi miżjud aktar jew anqas ilma mas-soluzzjoni. Il-biċċa l-kbira tas-soluzzjonijiet importati għandhom tendenza li jkollhom kontenut ta' nitroġenu ta' 32 %. L-UAN b'kontenut ta' nitroġenu ta' 32 % huwa aktar ikkonċentrat mill-UAN b' 30 % jew anqas, u għalhekk irħas għat-tbaħħir. Madankollu, ikun xi jkun il-kontenut tan-nitroġenu tagħhom, is-soluzzjonijiet kollha ta' urea u nitrat tal-ammonju huma kkunsidrati li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u għalhekk jikkostitwixxu prodott uniku. |
2.2. Prodott simili
|
(30) |
L-UAN huwa prodott ta' komodità pur, u l-kwalità u l-karatteristiċi fiżiċi bażiċi tiegħu huma l-istess ikun xi jkun il-pajjiż tal-oriġini. Il-produtturi tal-Unjoni joffru l-UAN b'kontent ta' nitroġenu li jvarja minn 28 sa 32 %. |
|
(31) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(32) |
F'dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.3. Pretensjonijiet rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott
|
(33) |
Produttur wieħed tal-Unjoni ssottolinja li ż-żieda ta' sustanzi oħra (“addittivi”, b'mod partikolari s-sulfat tal-ammonju iżda potenzjalment ukoll sustanzi oħra) mal-UAN xorta kienet tfisser li t-taħlita li tirriżulta hija UAN u taqa' taħt il-kodiċi NM 3102 80 00. L-investigazzjoni wriet li hija prattika komuni li jiżdiedu addittivi fi kwantitajiet żgħar u li s-suq xorta jqis il-prodott li jirriżulta bħala UAN. |
|
(34) |
Għalhekk, f'dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkjarifika li l-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni jinkludi taħlitiet ta' urea u nitrat tal-ammonju f'soluzzjoni milwiema jew ammonijakali, li jistgħu jkollhom l-addittivi, sakemm l-addittivi ma jkunux tat-tip li jwassal biex it-taħlita tiġi kklassifikata taħt kodiċi NM differenti. |
3. DUMPING
3.1. Ir-Russja
3.1.1. Produtturi esportaturi
|
(35) |
Skont is-sejbiet tal-investigazzjoni, kien hemm tliet gruppi ta' kumpaniji fir-Russja li pproduċew l-UAN fil-PI: Acron Group, Eurochem Group u Kuibyshev Azot. Minn dawn, l-ewwel żewġ gruppi esportaw l-UAN lill-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Iż-żewġ gruppi kkooperaw fl-investigazzjoni. |
|
(36) |
Fil-każ ta' Acron Group, kien hemm produttur wieħed tal-UAN fil-grupp li kien jopera fir-Russja. Il-bejgħ domestiku tal-prodott simili fil-PI sar direttament lil klijenti mhux relatati u anki indirettament permezz ta' kummerċjant domestiku wieħed relatat. Il-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni fil-PI sar direttament lil klijenti indipendenti jew indirettament permezz ta' esportatur relatat fl-Iżvizzera jew permezz ta' importatur relatat fi Franza. |
|
(37) |
Fil-każ ta' Eurochem Group, kien hemm żewġ produtturi tal-UAN fil-grupp li kienu joperaw fir-Russja. Il-bejgħ domestiku tal-prodott simili fil-PI sar kollu permezz ta' wieħed miż-żewġ kummerċjanti domestiċi relatati. Il-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-UE fil-PI sar biss permezz ta' esportatur relatat fl-Iżvizzera u suċċessivament permezz ta' importatur relatat fil-Ġermanja. L-importatur relatat Ġermaniż imbagħad kien qiegħed ibigħ ulterjorment jew direttament lil klijenti mhux relatati jew permezz ta' wieħed minn tliet kummerċjanti relatati fil-Bulgarija, Franza u Spanja. Il-kumpanija tal-aħħar xorta kienet tagħmel xi parti mill-bejgħ tagħha permezz ta' kummerċjant relatat ieħor li wkoll kien jinsab fi Spanja. |
3.1.2. Il-valur normali
|
(38) |
Biex tikkalkula l-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni sabet li Acron kien qed jipproduċi, ibigħ fis-suq domestiku, u jesporta lejn l-Unjoni UAN b'kontenut ta' nitroġenu ta' 32 % biss fil-PI. Il-bejgħ domestiku jitqies rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur jkun jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali tiegħu għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(39) |
Fuq din il-bażi, il-bejgħ ta' Acron tal-prodott simili fis-suq domestiku nstab li ma kienx rappreżentattiv. |
|
(40) |
Peress li l-prodott simili ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal Acron skont l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. |
|
(41) |
Il-valur normali għalhekk inħadem biż-żieda ta' dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta' investigazzjoni:
|
|
(42) |
Il-kostijiet tal-manifattura li ntużaw sabiex jinħadem il-valur normali ġew aġġustati kif spjegat fil-premessi minn (52) sa (55) u minn (59) sa (60). |
|
(43) |
Fil-każ ta' Eurochem, fuq il-bażi tat-test tar-rappreżentattività deskritt fil-premessa (38), instab li l-prodott simili nbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku. L-investigazzjoni sabet li fil-PI, Eurochem kien qed jipproduċi, ibiegħ fis-suq domestiku u jesporta lejn l-Unjoni tip wieħed ta' prodott biss, UAN b'kontenut ta' nitroġenu ta' 32 %. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kellhiex għalfejn teżamina jekk il-kwantitajiet ta' bejgħ domestiku għal kull tip ta' prodott identiku jew komparabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kinux rappreżentattivi. |
|
(44) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku reali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(45) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għat-tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ ikunx profittabbli jew le, jekk:
|
|
(46) |
F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dan it-tip ta' prodott matul il-PI. |
|
(47) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku profitabbli biss tat-tipi ta' prodotti matul il-PI, jekk:
|
|
(48) |
L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li anqas minn 15 % tal-bejgħ domestiku kollu ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien aktar baxx mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss. |
|
(49) |
Il-kostijiet tal-manifattura, billi huma parti mill-kost tal-produzzjoni użat għat-test tal-andament normali tal-kummerċ (“OCOT”, ordinary course of trade test) deskritt fil-premessi minn (45) sa (48), ġew aġġustati kif spjegat fil-premessi minn (52) sa (55) u minn (59) sa (60). |
|
(50) |
Eurochem sostna li fil-kalkolu tal-prezz tal-bejgħ domestiku nett, jenħtieġ li jiġi applikat kumpens addizzjonali għall-kostijiet SG&A tal-kummerċjant domestiku relatat u għal parti mill-kostijiet SG&A taż-żewġ produtturi fl-istess grupp. Huwa sostna li dawn il-kostijiet irriżultaw minn livell differenti ta' kummerċ tal-bejgħ domestiku meta mqabbel mal-bejgħ għall-esportazzjoni, jiġifieri mill-fatt li, permezz tal-kummerċjanti relatati tiegħu, il-maġġoranza tal-bejgħ domestiku jinbiegħ direttament lill-bdiewa. |
|
(51) |
Madankollu, kumpens bħal dan ma jkunx jirrifletti sew il-prezz ta' bejgħ domestiku nett meta normalment il-kostijiet SG&A tal-kummerċjanti domestiċi relatati u dawk tal-produtturi ma jintaqqsux biex jirriflettu sew il-prezz imħallas jew li għandu jitħallas, f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, fis-suq domestiku. Għalhekk din it-talba ma ntlaqgħetx. |
|
(52) |
Il-gass naturali huwa l-materja prima prinċipali fil-proċess ta' manifattura tal-UAN u jirrappreżenta proporzjon sinifikanti, aktar minn 50 % (4), tal-kost totali tal-produzzjoni. Wara l-pretensjoni mill-ilmentatur u s-sejbiet tal-investigazzjonijiet preċedenti dwar fertilizzanti li joriġinaw mir-Russja, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-kostijiet tal-gass naturali assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat kinux riflessi b'mod raġonevoli fir-rekords tal-produtturi esportaturi Russi, skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(53) |
L-investigazzjoni sabet li l-prezzijiet tal-gass naturali fir-Russja huma regolati mill-Istat permezz ta' liġijiet federali u huma bbażati fuq objettivi ta' politika. Il-prezzijiet tal-gass naturali fir-Russja ma jirriflettux kundizzjonijiet normali tas-suq. Skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq, il-prezzijiet jiġu normalment stabbiliti mill-kostijiet tal-produzzjoni u mill-aspettativi ta' profitt. B'kuntrast ma' dan, fir-Russja, il-prezzijiet stabbiliti mill-Istat huma direttament applikabbli għal Gazprom, il-fornitur tal-gass Russu tal-istat. Gazprom huwa l-akbar fornitur tal-gass fil-pajjiż b'sehem mis-suq li jaqbeż il-50 % u għalhekk jaġixxi bħala entità li tistabbilixxi l-prezzijiet. L-investigazzjoni kkonfermat din l-imġiba ta' stabbiliment tal-prezzijiet, fejn il-fornituri tal-gass l-oħra kollha jbigħu bi prezzijiet baxxi simili. Barra minn hekk, Gazprom huwa s-sid tal-gassdotti li permezz tagħhom il-gass kollu, inkluż dak fornut mill-produtturi indipendenti, jiġi trasportat b'tariffi li huma regolati wkoll. |
|
(54) |
Rigward l-aġġustament tal-gass, il-GOR u żewġ produtturi esportaturi Russi li kkooperaw sostnew li:
|
|
(55) |
Bi tweġiba għal dawn il-kummenti, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li:
|
|
(56) |
Fl-aħħar nett, il-GOR u l-produtturi esportaturi Russi li kkooperaw invokaw deċiżjoni reċenti tal-bord tad-WTO fit-tilwima bejn ir-Russja u l-Ukrajna fid-“DS493 - Ukrajna - Miżuri Anti-Dumping dwar in-Nitrat tal-Ammonju” li ma aċċettax l-aġġustament għall-gass magħmul mill-Ukrajna. |
|
(57) |
Jenħtieġ li jiġi nnotat li r-rapport tal-bord tad-WTO fid-DS493 jirrigwarda tilwima bejn ir-Russja u l-Ukrajna li fiha r-Russja kkontestat id-determinazzjonijiet milħuqa mill-Ukrajna. L-Unjoni ma kinitx involuta f'dan il-każ. Kif innutat mill-Bord f'dan il-każ, il-kwistjoni dwar jekk ir-rekords tal-esportaturi jew tal-produtturi jirriflettux b'mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi kkunsidrat “hija kwistjoni li jeħtieġ tiġi evalwata fuq bażi ta' każ b'każ, waqt li jitqiesu l-evidenza quddiem l-awtorità investigattiva, u d-determinazzjoni li din turi” (11). Filwaqt li dan fih innifsu diġà juri l-irrelevanza tar-rapport tal-bord għall-investigazzjoni preżenti, il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-rapport tal-bord attwalment jinsab taħt appell. Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx il-kumment marbut mar-rapport tal-bord. |
|
(58) |
Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn il-pretensjonijiet u qieset l-aġġustament għall-gass bħala ġustifikat skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja (12). |
|
(59) |
Wara dawn is-sejbiet, il-Kummissjoni, bħalma għamlet f'investigazzjonijiet preċedenti li jikkonċernaw fertilizzanti li joriġinaw mir-Russja, aġġustat il-prezz Russu tal-gass naturali billi ssostitwiet il-prezz domestiku Russu mgħawweġ bi prezz referenzjarju internazzjonali mhux mgħawweġ (“aġġustament għall-gass”). Bħala prezz referenzjarju, il-Kummissjoni użat l-hekk imsejjaħ prezz ta' Waidhaus, li huwa l-prezz tal-gass Russu esportat fil-fruntiera Ġermaniża / Ċeka. Il-prezz ġie aġġustat kif dovut għal-livell tal-fabbrika tal-produtturi Russi. |
|
(60) |
Hemm erba' inputs intermedji sekwenzjali fil-produzzjoni tal-UAN (l-ammonijaka, l-aċidu nitriku, is-soluzzjoni tan-nitrat tal-ammonju u l-urea). Il-gass naturali jintuża biex tiġi manifatturata l-ammonijaka. Wara li aġġustat il-kost tal-gass naturali fil-kost tal-manifattura tal-ammonijaka, il-Kummissjoni ssostitwiet il-kost aġġustat tal-manifattura tal-ammonijaka bil-kost tal-manifattura tat-tieni prodott intermedju, l-aċidu nitriku, li tiegħu l-ammonijaka hija materja prima diretta. Dan l-“effett ta' kaskata” baqa' għaddej, waqt li ppermetta l-aġġustament għall-gass jiġi mgħoddi għas-soluzzjoni tan-nitrat tal-ammonju, imbagħad għall-urea u fl-aħħar nett għall-UAN. |
|
(61) |
Minħabba l-profittabbiltà għolja tal-bejgħ domestiku ta' Acron, l-aġġustament għall-gass ma affettwax il-valur normali kkalkulat għal Acron. It-tranżazzjonijiet domestiċi kollha tal-kumpanija Acron xorta baqgħu profittabbli wara l-aġġustament għall-gass. Għalhekk, fil-ħidma tal-valur normali għal Acron, kif deskritt fil-premessa (41), iż-żieda fil-kost tal-manifattura ġiet ikkontrobilanċjata eżattament minn tnaqqis fil-profitt li rriżulta mill-bejgħ domestiku profittabbli. |
3.1.3. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(62) |
Kif spjegat fil-premessi minn (36) sa (37), il-produtturi esportaturi Russi li kkooperaw kienu jesportaw lejn l-Unjoni jew direttament lill-klijenti indipendenti jew permezz ta' kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi, esportaturi jew kummerċjanti. |
|
(63) |
Fejn il-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li tħallas attwalment jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(64) |
Meta l-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta' kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa' nbiegħ għall-ewwel darba lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ, l-aġġustamenti fil-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A u l-kostijiet tad-dilwizzjoni; u għal profitt raġonevoli. |
|
(65) |
Rigward il-kostijiet tad-dilwizzjoni, speċifiċi għal dan il-każ, il-produtturi esportaturi Russi esportaw biss UAN b'kontenut ta' nitroġenu ta' 32 % matul il-PI. L-importaturi relatati, madankollu, biegħu lill-klijenti indipendenti UAN b'kontenut ta' nitroġenu ta' 32 % jew anqas. Għalhekk, fejn il-prodott ikkonċernat ġie dilwit bl-ilma sabiex jinkiseb kontenut aktar baxx ta' nitroġenu, l-aġġustament imsemmi fil-premessa (64) kien jinkludi wkoll il-kostijiet addizzjonali tad-dilwizzjoni mġarrba mill-importatur relatat. |
3.1.4. Tqabbil
|
(66) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fuq bażi ta' prezz mill-fabbrika. |
|
(67) |
Fejn ġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ħlasijiet fuq l-importazzjoni u t-taxxi indiretti; ir-roħs, ir-ribassi u d-differenzi fil-kwantitajiet; il-kostijiet tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġar, tat-tagħbija u l-kostijiet anċillari; il-kost tal-kreditu; il-kostijiet SG&A tal-esportaturi relatati, inkluża ż-żieda fuq il-prezz. |
3.1.5. Marġni tad-dumping
|
(68) |
Għall-produtturi esportaturi Russi, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku. |
|
(69) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping medji ponderati provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej: 31,9 % għal Acron u 34,0 % għal Eurochem. |
|
(70) |
Il-prezz CIF użat biex jiġu kkalkulati l-marġnijiet tad-dumping inħadem għal kull tranżazzjoni (abbażi tal-prezzijiet tat-trasferiment fil-każ ta' bejgħ mill-ġdid mill-importaturi relatati) fil-fruntiera fejn seħħ l-iżdoganar, li tista' ma tkunx l-istess fruntiera fejn l-oġġetti jkunu qasmu fiżikament il-fruntiera tal-Unjoni. |
|
(71) |
Għall-produtturi esportaturi potenzjali l-oħrajn kollha fir-Russja, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Russi. Il-livell ta' kooperazzjoni huwa l-volum ta' esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-volum totali ta' esportazzjoni — kif irrapportat fl-istatistika tal-importazzjonijiet tal-Eurostat — mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni. |
|
(72) |
L-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Russi li kkooperaw kienu jikkonstitwixxu 100 % tal-esportazzjonijiet totali mir-Russja lejn l-Unjoni matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġni residwu ta' dumping fil-livell tal-kumpanija li kkooperat mal-ogħla marġni tad-dumping, jiġifieri l-Eurochem Group. |
|
(73) |
Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.2. Trinidad u Tobago
3.2.1. Il-valur normali
|
(74) |
MHTL, il-produttur esportatur li kkoopera, kien l-uniku produttur apparenti tal-prodott ikkonċernat fi TT matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(75) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' MHTL kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(76) |
Billi ma kien hemm ebda bejgħ ta' prodott simili fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) u 2(6)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(77) |
Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-perjodu ta' investigazzjoni:
|
|
(78) |
Fis-sottomissjoni ta' wara l-verifika tat-12 ta' Diċembru 2018, MHTL sostna li jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-SG&A applikabbli għall-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-istess kategorija ġenerali ta' prodotti, imġarrba fis-suq domestiku ta' TT. Billi MHTL ipprovda biżżejjed ġustifikazzjoni li tali approċċ ikun konformi mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni aċċettat din il-pretensjoni. |
|
(79) |
Skont l-Artikolu 2(3) u 2(6)(b), il-Kummissjoni użat ukoll il-profitt realizzat minn MHTL fuq il-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-istess kategorija ta' prodott kif imsemmi fil-premessa (78). |
3.2.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(80) |
MHTL esporta lejn l-Unjoni biss permezz ta' kumpaniji relatati li kienu jaġixxu bħala importaturi fil-perjodu ta' investigazzjoni. Il-bejgħ kollu lejn l-Unjoni twettaq permezz ta' importatur relatat fil-Ġermanja. Dan l-importatur relatat kien ibigħ il-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti fil-Ġermanja jew lil kumpaniji relatati fi Franza u Spanja, li min-naħa tagħhom kienu jbigħu l-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti fis-swieq nazzjonali rispettivi tagħhom. |
|
(81) |
Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa' nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ, l-aġġustamenti fil-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A u l-kostijiet tad-dilwizzjoni u t-taħlit; u għal profitt raġonevoli. |
|
(82) |
Rigward il-kostijiet tad-dilwizzjoni u t-taħlit, speċifiċi għal dan il-każ, MHTL esporta biss UAN b'kontenut ta' nitroġenu ta' 32 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni. L-importaturi relatati, madankollu, kienu jbigħu lill-klijenti indipendenti UAN b'kontenut ta' nitroġenu jew ta' 32 % jew anqas. Għalhekk, fil-każ li fih il-prodott ikkonċernat ġie dilwit bl-ilma jew tħallat bil-kubrit sabiex jinkiseb kontenut aktar baxx ta' nitroġenu, l-aġġustament imsemmi fil-premessa (81) kien jinkludi wkoll il-kostijiet addizzjonali tad-dilwizzjoni u t-taħlit imġarrba mill-importatur relatat. |
3.2.3. Tqabbil
|
(83) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ta' MHTL fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(84) |
Fejn ġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u / jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għar-roħs, ir-ribassi u d-differenzi fil-kwantitajiet; it-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, kostijiet tat-tagħbija u dawk anċillari, u kostijiet tal-kreditu. |
3.2.4. Marġni tad-dumping
|
(85) |
Għal MHTL, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(86) |
Fuq din il-bażi, il-marġni medju ponderat ta' dumping provviżorju, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, jammonta għal 55,9 %. |
|
(87) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fi TT, f'każ li jkun hemm oħrajn barra MHTL, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta' kooperazzjoni huwa l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera, lejn l-Unjoni, espress bħala proporzjon tal-volum totali ta' esportazzjoni — kif irrapportat fl-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjoni — minn TT lejn l-Unjoni. |
|
(88) |
Il-livell ta' kooperazzjoni f'dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera, jiġifieri ta' MHTL, kienu jammontaw għal 100 % tal-esportazzjonijiet totali minn TT lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġni residwu tad-dumping fil-livell ta' MHTL. |
|
(89) |
Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.3. L-Istati Uniti tal-Amerka
3.3.1. Il-valur normali
|
(90) |
Fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda informazzjoni li hemm mill-anqas żewġ produtturi tal-UAN fl-Istati Uniti. L-investigazzjoni kkonfermat li hemm aktar produtturi tal-prodott ikkonċernat mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, CFI. Madankollu, kien apparenti wkoll li CFI biss esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(91) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' CFI kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun mill-inqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali tiegħu għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Abbażi ta' dan, il-bejgħ totali ta' CFI tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv. |
|
(92) |
Il-Kummissjoni ddeterminat li CFI kien jesporta biss tip wieħed ta' prodott ta' UAN lejn l-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni, jiġifieri UAN b'kontenut ta' nitroġenu ta' 32 %. Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta' prodott mibjugħa lokalment minn CFI li kienu identiċi jew komparabbli mat-tip ta' prodotti mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
|
(93) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' CFI fis-suq domestiku tagħha għat-tip ta' prodott li huwa identiku jew paragunabbli mat-tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' dak it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b'esportazzjoni tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-bejgħ domestiku tat-tip ta' prodott identiku jew paragunabbli mat-tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, kien rappreżentattiv matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(94) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għat-tip ta' prodott inkwistjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku reali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(95) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profitabbli jew le, jekk:
|
|
(96) |
F'dan il-każ, il-valur normali huwa medju ponderat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dan it-tip ta' prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(97) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tipi ta' prodotti matul il-perjodu ta' investigazzjoni, jekk:
|
|
(98) |
L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li 60 sa 80 % (13) tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip ta' prodott li huwa identiku jew paragunabbli mat-tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kien profittabbli u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss. |
3.3.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
|
(99) |
CFI esporta lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. |
|
(100) |
F'dan il-każ, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz realment imħallas jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.3.3. Tqabbil
|
(101) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali ta' CFI u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(102) |
Fejn ġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u / jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ħlasijiet fuq l-importazzjoni u t-taxxi indiretti; ir-roħs, ir-ribassi u d-differenzi fil-kwantitajiet; il-kostijiet tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġar, tat-tagħbija u l-kostijiet anċillari u l-kost fuq il-kreditu. |
3.3.4. Marġni tad-dumping
|
(103) |
Għal CFI, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat tat-tip rispettiv tal-prodott simili mal-medja ponderata tal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(104) |
Fuq din il-bażi, il-marġni medju ponderat ta' dumping provviżorju, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, jammonta għal 37,3 %. |
|
(105) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-Istati Uniti, jekk ikun hemm oħrajn minbarra l-uniku produttur esportatur apparenti li qiegħed jikkoopera fl-investigazzjoni (CFI), il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta' kooperazzjoni huwa l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, lejn l-Unjoni, espress bħala proporzjon tal-volum totali ta' esportazzjoni — kif irrapportat fl-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjoni — mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni. |
|
(106) |
Il-livell ta' kooperazzjoni f'dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet ta' CFI kienu jikkostitwixxu 100 % tal-esportazzjonijiet totali mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġni residwu tad-dumping fil-livell tal-produttur esportatur li kkoopera, jiġifieri CFI. |
|
(107) |
Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-Industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(108) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn 20 produttur magħruf fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(109) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni waqt il-perjodu ta' investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 3,9 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, jiġifieri l-istħarriġ dwar il-produzzjoni ta' Fertilizers Europe u Fertecon (Fertecon huwa fornitur rikonoxxut ta' intelliġenza dwar is-swieq globali tal-fertilizzanti). Kif indikat fil-premessa (12), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li kienu jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Il-konsum fl-Unjoni
|
(110) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha kif irreġistrati fil-Eurostat. |
|
(111) |
Il-konsum fl-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||
|
(112) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni varja bi tnaqqis globali ta' 5 %. Fl-2016 u fil-perjodu ta' investigazzjoni, nixfa fis-swieq ewlenin tal-UAN kienet tfisser li l-użu mill-bdiewa naqas b'konsegwenza ta' dan. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.3.1. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(113) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-UAN li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu vvalutati b'mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(114) |
Din id-dispożizzjoni tistipula li l-importazzjonijiet minn aktar minn pajjiż wieħed għandhom jiġu vvalutati b'mod kumulattiv biss jekk ikun iddeterminat li:
|
|
(115) |
Il-marġnijiet tad-dumping stabbiliti fir-rigward tal-importazzjonijiet minn kull wieħed mit-tliet pajjiżi kkonċernati kienu ogħla mil-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ikkonċernat ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, l-ismha mis-suq fil-perjodu ta' investigazzjoni kienu ta' 13,4 % fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Russja, 8,1 % minn TT u 16,2 % mill-Istati Uniti. |
|
(116) |
Il-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet l-oġġett ta' dumping mir-Russja, minn TT u mill-Istati Uniti u bejn l-importazzjonijiet l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-prodott simili tal-Unjoni, kienu simili. B'mod aktar speċifiku, il-prodotti importati kienu f'kompetizzjoni ma' xulxin u mal-UAN prodott fl-Unjoni minħabba li jinbiegħu bl-istess mezzi ta' bejgħ u lil kategoriji simili ta' klijenti. Il-prodott ikkonċernat huwa komodità omoġenju u l-kompetizzjoni li kien hemm kienet ibbażata fil-biċċa l-kbira fuq il-prezz waħdu. |
|
(117) |
Għalhekk, il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet mir-Russja, minn TT u mill-Istati Uniti kienu eżaminati b'mod kumulattiv għall-iskopijiet ta' determinazzjoni tad-dannu. |
|
(118) |
F'seduta ta' smigħ, MHTL sostna li l-importazzjonijiet minn TT m'għandhomx jiġu akkumulati minħabba li i) il-prezzijiet minn TT kienu konsistentement ogħla mill-prezzijiet mill-Istati Uniti u r-Russja, ii) il-volumi tal-importazzjonijiet naqsu matul il-perjodu kkunsidrat (b'differenza minn dawk mill-Istati Uniti u r-Russja), iii) MHTL huwa parti minn grupp Ewropew, iv) MHTL isegwi l-prezzijiet u v) TT huwa pajjiż li qiegħed jiżviluppa, Membru tad-WTO. |
|
(119) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn il-pretensjonijiet. Id-deċiżjoni dwar jekk l-importazzjonijiet għandhomx jiġu valutati b'mod kumulattiv jew le trid tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, li f'dan il-każ ġew issodisfati kif sottolinjat fil-premessi minn (114) sa (117). L-ebda wieħed mill-aspetti mqajma mill-MHTL ma jista' jqajjem dubji dwar l-adegwadezza tal-eżaminar ta' importazzjonijiet minn TT flimkien ma' dawk mir-Russja u mill-Istati Uniti (14). |
4.3.2. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(120) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi l-volum tal-importazzjonijiet ġie mqabbel mal-konsum tal-Unjoni. |
|
(121) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Volum ta' importazzjoni (tunnellati) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(122) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'64 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda fis-sehem mis-suq kienet saħansitra aktar evidenti hekk kif is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati żdied bi 72 %, minn 21,9 % fl-2015 għal 37,7 % fil-perjodu ta' investigazzjoni. Billi l-konsum naqas b'5 % matul l-istess perjodu, iż-żieda qawwija fis-sehem mis-suq mill-pajjiżi kkonċernati kienet b'mod ċar għad-detriment ta' parteċipanti oħra fis-suq. |
4.3.3. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(123) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Huwa importanti li jiġi ċċarat li l-livell ta' dawn il-prezzijiet statistiċi jista' jkun differenti mill-prezzijiet verifikati, għall-produtturi esportaturi bħala tali li kooperaw, billi l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati jsiru permezz ta' importaturi relatati. |
|
(124) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppa hekk: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(125) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati naqsu b'medja ta' 32 %. Fil-fatt, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-tliet pajjiżi kkonċernati kollha naqsu bejn 30 % u 34 % skont il-pajjiż. Dan it-tnaqqis kien partikolarment evidenti fl-2016 meta l-prezzijiet tal-materja prima (prinċipalment il-gass) naqsu. Madankollu, fil-perjodu ta' investigazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet naqsu b'4 %, b'differenza mill-prezzijiet tal-materja prima, li għolew. |
|
(126) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(127) |
Il-Kummissjoni normalment tqabbel il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, tal-produtturi esportaturi, mal-prezz mill-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni minħabba li tali approċċ ġeneralment jipprovdi tqabbil ġust. Madankollu l-investigazzjoni żvelat li hemm ċirkustanzi eċċezzjonali f'dan il-każ billi, għal madwar terz tat-tranżazzjonijiet ta' bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-użu tal-prezz tal-bejgħ fil-livell tal-prezz mill-fabbrika jirriżulta fi prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni li ma jkunux f'livell komparabbli mal-prezzijiet tal-importazzjoni f'termini ta' kompetizzjoni. |
|
(128) |
Fil-fatt, għal dak il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li kien jinvolvi trasport bil-baħar għall-konsenja f'portijiet bħal Rouen (Franza) u Ghent (il-Belġju), instab xieraq li jintużaw il-prezzijiet għall-konsenja f'dak il-port minflok jiġu kkalkulati l-prezzijiet mill-fabbrika għal dak il-bejgħ. Dak il-bejgħ kien jirrappreżenta madwar 40 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Approċċ bħal dan kien jitqies bħala aktar bir-reqqa mill-użu tal-prezzijiet mill-fabbrika għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(129) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, biex teżamina jekk hemmx twaqqigħ tal-prezz, huwa xieraq li jiġi aġġustat madwar terż tat-tranżazzjonijiet ta' bejgħ ta' żewġ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun sabiex dan il-bejgħ ikun jista' jitqabbel f'dak li għandu x' jaqsam mal-kompetizzjoni reali tagħhom, mal-importazzjonijiet ikkonċernati. Għaż-żewġ terzi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, li ma kienx jinvolvi trasport bil-baħar, inżammet il-metodoloġija normali CIF vs ex-works. |
|
(130) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati kif dovut fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat ta' twaqqigħ tal-prezz ta' 3,4 % għall-importazzjonijiet mir-Russja, 6,2 % għall-importazzjonijiet minn TT u 9,9 % għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti. Meta wieħed jikkunsidra li l-prodott ikkonċernat huwa komodità u li l-kompetizzjoni hija bbażata fil-biċċa l-kbira fuq il-prezz waħdu, u li l-prezzijiet tiegħu huma trasparenti ħafna (jiġifieri magħrufa fis-suq), marġni bħal dan huwa meqjus bħala sinifikanti. Differenza baxxa fil-prezz hija biżżejjed biex iġġiegħel lix-xerrej ibiddel il-fornituri. Dan kien ikkonfermat ukoll mit-tweġibiet tar-rappreżentattivi tal-utenti. |
|
(131) |
Fil-perjodu ta' investigazzjoni, jekk wieħed iqabbel il-prezzijiet tal-bejgħ fuq bażi ta' tip b'tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 6,8 %. |
4.4. Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
|
(132) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt li għandhom l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(133) |
Kif imsemmi fil-premessa (13), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(134) |
Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data misjuba fit-tweġiba għall-kwestjonarju ta' Fertilizers Europe. Din id-data hija marbuta mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(135) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġni tad-dumping. |
|
(136) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-unità, il-kost tal-unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità ta' ġbir ta' kapital. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(137) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat: Tabella 4 Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(138) |
Fl-Unjoni, l-UAN normalment jiġi prodott f'siti kimiċi integrati. Dawn is-siti jikkonvertu l-gass u n-nitroġenu f'fertilizzanti bbażati fuq in-nitroġenu u prodotti industrijali simili oħra bħall-melamina. Il-proċess tal-produzzjoni jinvolvi diversi stadji bħall-produzzjoni tal-ammonijaka u tal-aċidu nitriku u għalhekk jiddependi ħafna fuq l-aċċess għas-sorsi tal-gass (il-materja prima finali prinċipali) permezz ta' gassdotti jew terminals u jinvolvi użu intensiv ta' kapital. Il-produtturi jistgħu jibdlu l-produzzjoni bejn il-prodotti finali iżda din l-abbiltà hija limitata u tvarja bejn il-produtturi. Din tiddependi fuq il-konfigurazzjoni tas-sit integrat u fuq il-bażi ta' klijenti tal-produttur. Kull kumpanija tfittex li timmassimizza l-profittabbiltà tas-sit kollu kemm hu. Madankollu, din l-investigazzjoni tiffoka biss fuq l-UAN. |
|
(139) |
B'mod ġenerali, il-produzzjoni tal-UAN naqset bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni naqset b'mod qawwi fl-2016, meta l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'50 % meta mqabbla mas-sena ta' qabel u d-domanda kienet affettwata minn nixfa fis-swieq ewlenin tal-UAN. Għalkemm is-sitwazzjoni tjiebet fl-2017, it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-UAN u fil-profittabilità wassal lil xi produtturi tal-Unjoni biex jaqilbu l-produzzjoni għal fertilizzanti oħra bbażati fuq in-nitroġenu fil-perjodu ta' investigazzjoni. Fejn din il-bidla fil-produzzjoni ma kinitx possibbli fuq bażi ekonomika, il-produtturi tal-Unjoni sofrew għeluq tal-produzzjoni. |
|
(140) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b'4 % filwaqt li l-użu tal-kapaċità naqas bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kif innotat fil-premessa (138), il-kapaċità tal-produzzjoni kif ukoll l-użu tal-kapaċità għal dan it-tip ta' produzzjoni u l-industrija jistgħu jiġu affettwati mill-produzzjoni ta' prodotti oħra li jistgħu jiġu mmanifatturati bl-istess tagħmir tal-produzzjoni u dan huwa fil-fatt rifless f'dawn ix-xejriet. |
4.4.2.2. Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(141) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta' analiżi: Tabella 5 Il-volum ta ' bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(142) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ġie kkalkulat fuq bażi makro tal-bejgħ lil partijiet mhux relatati u lil partijiet relatati. Madankollu, kwantità żgħira minn dan il-bejgħ (madwar 3 % tat-total) kienet tikkonsisti minn bejgħ mill-ġdid tal-produzzjoni minn importazzjonijiet ta' diversi sorsi. Dan it-tip ta' bejgħ huwa eskluż miċ-ċifri tal-volum tal-bejgħ mogħtija hawn fuq billi jenħieġ li dawn jinkludu biss il-bejgħ tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, dan il-bejgħ mill-ġdid ġie eskluż ukoll miċ-ċifri tal-konsum fil-premessa (114). Fuq din il-bażi, il-volum tal-bejgħ fl-Unjoni, tal-industrija tal-Unjoni, naqas b'21 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ mitluf matul dan il-perjodu huwa qrib il-volum taż-żieda fil-bejgħ mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(143) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan l-iżvilupp kien riżultat tal-kundizzjonijiet ħżiena tas-suq, speċjalment il-prezzijiet baxxi, li kien ifisser li l-volum tal-bejgħ tal-Unjoni ntilef għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
4.4.2.3. Tkabbir
|
(144) |
Iċ-ċifri ta' hawn fuq fir-rigward tal-produzzjoni, tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq juru li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tikber, f'termini assoluti jew fir-rigward tal-konsum, matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.4.2.4. Impjiegi u produttività
|
(145) |
Matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej: Tabella 6 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(146) |
Fid-dawl tad-deterjorament fiċ-ċirkustanzi tas-suq, l-għadd ta' impjegati tal-industrija tal-Unjoni naqas b'7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, billi l-produzzjoni naqset saħansitra aktar, il-produttività xorta naqset b'1 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.4.2.5. Il-kobor tal-marġni tad-dumping
|
(147) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta tqies il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(148) |
Il-prezzijiet medji ponderati ta' bejgħ għal kull unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej fil-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Prezzijiet ta' bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(149) |
Il-prezzijiet ta' bejgħ naqsu bi 28 % matul il-perjodu kkunsidrat u l-kost ta' produzzjoni għal kull unità naqas bi 11 %. L-akbar tnaqqis fil-prezzijiet seħħ fl-2016, meta l-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'50 % u d-domanda kienet daqsxejn aktar dgħajfa. Ix-xejra tal-kost tal-produzzjoni kienet determinata prinċipalment mill-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-gass. Madankollu, iż-żidiet fil-kostijiet fl-2017 u fil-perjodu ta' investigazzjoni ma kinux pariġġati minn żidiet korrispondenti fil-prezzijiet ta' bejgħ għall-prodott simili li għalhekk kienu soppressi aktar. |
4.4.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(150) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(151) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedu b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kostijiet lavorattivi għal kull impjegat żdiedu speċjalment fl-2017 meta żdiedu l-produzzjoni u l-produttività. |
4.4.3.3. Inventarji
|
(152) |
Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(153) |
L-istokk tal-għeluq u l-istokk bħala perċentwal tal-produzzjoni naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, billi l-istokk bħala perċentwal tal-produzzjoni huwa baxx matul il-perjodu sħiħ u l-istokkijiet tal-għeluq huma soġġetti għal varjazzjonijiet staġjonali, dan il-fattur mhuwiex meqjus bħala indikatur siewi tad-dannu f'din l-investigazzjoni. |
4.4.3.4. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital
|
(154) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej fil-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(155) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà naqset b'mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat minħabba l-iżviluppi fil-prezzijiet medji tal-bejgħ u l-kostijiet tal-produzzjoni deskritti fil-premessa (152). Iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni mill-2017 u l-prezzijiet tal-bejgħ soppressi minħabba l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati wasslu biex l-industrija tal-Unjoni tagħmel it-telf fil-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(156) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-flussi tal-flus netti żviluppat b'mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(157) |
Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b'mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat, li jirrifletti x-xejriet deskritti qabel għall-profittabbiltà u l-flussi tal-flus. |
|
(158) |
L-industrija tal-Unjoni kompliet tinvesti fil-perjodu kkunsidrat. L-investimenti saru sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-produzzjoni, jitnaqqas il-konsum tal-enerġija, u għat-titjib ambjentali. Madankollu, l-investimenti kienu sostanzjalment aktar baxxi fl-2017 u fil-perjodu ta' investigazzjoni milli fl-2015 u fl-2016. It-tnaqqis fil-livelli ta' investiment kien ikkawżat mit-tnaqqis fil-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital kif muri mid-deterjorament fis-sitwazzjoni tal-flussi tal-flus. |
4.4.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(159) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni sofriet waqgħat kbar fil-prezzijiet tal-bejgħ (28 %) li flimkien maż-żieda fil-kostijiet fl-2017 u fil-perjodu ta' investigazzjoni wasslu biex livell ta' profitt ta' 14 % fl-2015 jinbidel f'telf fil-perjodu ta' investigazzjoni. Din ix-xejra wasslet għal tnaqqis simili fil-flussi tal-fluss, fir-redditu fuq l-investiment u għal tnaqqis fl-investiment. Inħassu effetti negattivi sinifikanti wkoll f'indikaturi tal-volum bħall-produzzjoni, li naqset bi 8 %, il-volum tal-bejgħ, li naqas b'21 %, u s-sehem mis-suq, li niżel minn 69,7 % fl-2015 għal 57,9 % fil-perjodu ta' investigazzjoni. Dawn l-iżviluppi ħallew lill-industrija tal-Unjoni f'sitwazzjoni vulnerabbli. |
|
(160) |
Ftit ħafna mill-indikaturi eżaminati wrew żvilupp pożittiv. Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat iżda l-produzzjoni niżlet kif intqal fil-premessa ta' qabel. Barra minn hekk, l-istokkijiet naqsu iżda l-livell tal-istokkijiet huwa baxx matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat. |
|
(161) |
Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni f'dan l-istadju għalhekk ikkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(162) |
Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. Fost l-oħrajn, dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, it-tnaqqis fil-konsum, l-iżviluppi fis-suq (dinji) tal-urea, iż-żidiet fil-prezzijiet tal-gass fl-2017 u fil-perjodu ta' investigazzjoni, il-prestazzjoni fl-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kostijiet ogħla għall-produtturi tal-Unjoni u ċertu xiri u bejgħ ta' UAN mill-produtturi tal-Unjoni. |
5.1. L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping
|
(163) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'64 % matul il-perjodu kkunsidrat, biex żiedu s-sehem mis-suq tagħhom bi 72 % kif muri fit-tabella 2. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja tnaqqis ta' 5 % fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(164) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati naqsu b'medja ta' 32 %. Fil-fatt, il-prezzijiet tat-tliet pajjiżi kkonċernati kollha naqsu b'bejn 30 % u 34 % skont il-pajjiż. Dan it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ kien partikolarment evidenti fl-2016 meta, fl-istess ħin, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdied b'50 % meta mqabbel mal-2015. Fil-perjodu ta' investigazzjoni, jekk wieħed iqabbel il-prezzijiet tal-bejgħ fuq bażi ta' tip b'tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 6,8 %. |
|
(165) |
Huwa ċar li ż-żieda kbira fl-importazzjonijiet bi tnaqqis fil-prezzijiet kellha rwol sostanzjali fid-deterjorament rapidu tal-indikaturi ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni. Żewġ fatturi speċifiċi għall-prodott aggravaw dan l-impatt. L-ewwel nett, l-UAN huwa komodità mibjugħa lill-klijenti kważi esklussivament abbażi tal-prezz. Għalhekk, differenza żgħira biss fil-prezz jista' jkollha konsegwenza sinifikanti. It-tieni, l-UAN huwa prodott likwidu li jirrikjedi tankijiet speċjali għall-ħażna li jfisser li l-prezzijiet tas-suq iridu jiġu aċċettati ftit wara l-waqt tal-produzzjoni, ikun xi jkun il-kost tal-produzzjoni applikabbli f'dak il-waqt. |
|
(166) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ baxxi mill-pajjiżi kkonċernati kienu l-aktar dannużi fl-2017 u fil-perjodu ta' investigazzjoni meta l-kostijiet kienu qegħdin jiżdiedu minħabba l-prezzijiet ogħla tal-gass. Il-prezzijiet tal-bejgħ imnaqqsa tal-industrija tal-Unjoni, li ma setgħux jiġu miżjuda f'konformità maż-żieda fil-kostijiet minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet, wasslu għad-deterjorament tal-indikaturi tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li rriżulta f'telf sal-perjodu ta' investigazzjoni. Fl-2017 u fil-perjodu ta' investigazzjoni, diversi produtturi għalhekk ma setgħux jevitaw waqfiet tal-produzzjoni u l-livelli ta' investiment naqsu b'mod sinifikanti. Dan min-naħa tiegħu kompla jaggrava d-dannu minħabba li l-investiment kontinwu f'impjant kimiku integrat huwa essenzjali għas-sopravivenza fit-tul. |
|
(167) |
Xi partijiet invokaw nuqqas ta' korrelazzjoni bejn il-livell tal-importazzjonijiet u l-prezzijiet tal-bejgħ u l-profitti tal-industrija tal-Unjoni fis-sens li l-prezzijiet tal-bejgħ u l-profitti tal-industrija tal-Unjoni kienu għoljin matul perjodi meta kien hemm importazzjonijiet sinifikanti u viċi versa. Madankollu, il-punti magħmula aktar 'il fuq f'din it-taqsima u l-inabilità tal-industrija tal-Unjoni li tieħu vantaġġ mis-suq domestiku tagħha daqs il-produtturi mill-pajjiżi kkonċernati huma evidenza tal-eżistenza tad-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. |
5.2. Effetti ta' fatturi oħra
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(168) |
Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(169) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (prinċipalment mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq, mis-Serbja u mill-Alġerija) naqsu b'50 % matul il-perjodu kkunsidrat u fil-perjodu ta' investigazzjoni kellhom sehem mis-suq biss ta' 4,1 %. |
|
(170) |
Għalhekk ġie konkluż b'mod provviżorju li dawn l-importazzjonijiet seta' kellhom biss impatt marġinali fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
5.2.2. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(171) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(172) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-bejgħ tagħha fis-swieq tal-esportazzjoni b'madwar 280 000 tunnellata. Għalhekk, iż-żieda fil-bejgħ fis-suq tal-esportazzjoni tagħha kkumpensat biss għal parti żgħira mit-telf ta' madwar 700 000 tunnellata fis-suq tal-Unjoni. Il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu simili għall-prezzijiet tagħha fis-suq tal-Unjoni. |
|
(173) |
Għalhekk ġie konkluż b'mod provviżorju li dawn l-esportazzjonijiet ma kkontribwewx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.3. Konsum
|
(174) |
Matul l-investigazzjoni, xi partijiet irreferew għall-konsum varjabbli u / jew għall-kundizzjonijiet avversi tat-temp fis-swieq ewlenin bħala xpruni tas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. It-Tabella 1 turi li l-konsum fis-suq tal-Unjoni fil-fatt varja matul il-perjodu kkunsidrat u naqas b'5 % b'mod ġenerali. Madankollu, minkejja dawn il-varjazzjonijiet u t-tnaqqis ġenerali, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b'mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, għad-dannu ta' importazzjonijiet oħra u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(175) |
Għalhekk ġie provviżorjament konkluż li l-iżvilupp tad-domanda ma kkontribwiex għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.4. Il-prezz (dinji) tal-urea
|
(176) |
Xi partijiet sostnew li s-sitwazzjoni dannuża tal-produtturi tal-Unjoni kienet attribwibbli għall-prezz dinji tal-urea billi dan tal-aħħar imbotta 'l isfel il-prezzijiet tal-UAN tal-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li ma hemm ebda prezz dinji għall-urea li seta' influwenza s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Hemm atturi indipendenti li jippubblikaw prezzijiet spot għall-urea f'diversi postijiet madwar id-dinja. Dawn il-prezzijiet juru varjazzjonijiet fil-prezzijiet minn post għall-ieħor matul il-perjodu kkunsidrat (15). Barra minn hekk, filwaqt li madwar id-dinja, l-urea tirrappreżenta 56 % tal-fertilizzanti kollha kkunsmati, l-urea mhijiex il-fertilizzant preferut fl-Unjoni, fejn hija tirrappreżenta xi 19 % tal-fertilizzanti użati. |
|
(177) |
Għalhekk ġie konkluż b'mod provviżorju li l-prezz (dinji) tal-urea ma setax ikollu impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sitwazzjoni dannuża tagħha. |
5.2.5. Kostijiet ogħla fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni
|
(178) |
Diversi partijiet semmew iż-żidiet fl-ispejjeż tal-bejgħ, amministrattivi u ġenerali fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni u / jew qalu li xi produtturi tal-Unjoni li lmentaw jinsabu f'sitwazzjoni dannuża minħabba li jħallsu prezz għoli għall-gass tagħhom. |
|
(179) |
L-investigazzjoni ma wriet l-ebda evoluzzjoni anormali tal-ispejjeż tal-bejgħ, amministrattivi u ġenerali fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Rigward il-livell tal-prezzijiet tal-gass matul il-perjodu kkunsidrat, l-evoluzzjoni tiegħu ma tispjegax it-tnaqqis fil-profitti f'dan il-każ. Il-prezzijiet għoljin tal-gass jistgħu jispjegaw l-inabilità kontinwa li jintlaħqu livelli adegwati ta' profittabbiltà, li mhijiex is-sitwazzjoni hawnhekk billi fl-2015 u fl-2016, il-livelli ta' profittabbiltà kienu 14 % u 10 % rispettivament. |
|
(180) |
Għalhekk huwa meqjus li l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-gass kienet fattur aggravanti tad-dannu mġarrab minn xi produtturi tal-Unjoni. Madankollu, la l-gass u l-ebda żieda oħra fil-kostijiet ma kienu l-kawża prinċipali tad-dannu. Kienet il-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati li ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni tgħaddi ż-żidiet fil-kostijiet permezz tal-prezzijiet tal-bejgħ. |
5.2.6. Ċertu UAN mixtri u mibjugħ minn produtturi tal-Unjoni
|
(181) |
Diversi partijiet qalu li d-dannu eventwalment imġarrab minn xi produtturi tal-Unjoni kkawżawh huma stess minħabba li xi produtturi tal-Unjoni xtraw l-UAN. |
|
(182) |
L-investigazzjoni wriet li xi produtturi tal-Unjoni jew il-fergħat kummerċjali tagħhom xtraw xi UAN mingħand importaturi jew kummerċjanti fl-Unjoni sabiex jissodisfaw ċerti ordnijiet jew għal raġunijiet loġistiċi. Minħabba li UAN minn diversi sorsi jitħallat fit-tankijiet u l-fatt li xi drabi dawn it-tankijiet jiġu kondiviżi minn diversi atturi fis-suq, ma jistax jiġi eskluż li l-produtturi tal-Unjoni fil-fatt reġgħu xraw xi UAN preċedentement mibjugħ minnhom. Fi kwalunkwe każ, ix-xiri tal-UAN mill-produtturi tal-Unjoni kien negliġibbli f'termini ta' volumi meta mqabbla mal-bejgħ ġenerali tal-Unjoni. |
|
(183) |
Il-pretensjoni magħmula minn produttur esportatur Russu li xi produtturi tal-Unjoni jbigħu l-UAN fl-Unjoni bi prezzijiet imnaqqsa taħt il-prezz tas-suq ma kienet issostanzjata b'ebda evidenza. |
|
(184) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż b'mod provviżorju li l-ebda waħda mill-operazzjonijiet hawn fuq imsemmija ma kellha impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. |
5.2.7. Fatturi oħra
|
(185) |
Matul l-investigazzjoni, xi partijiet irreferew għal fatturi oħra bħala xpruni tas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. Dawn il-fatturi l-oħra jinkludu i) l-istaġjonalità tal-prezzijiet tal-UAN, ii) il-kapaċitajiet ta' varjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, iii) il-provvisti irregolari minn xi produtturi tal-Unjoni u iv) pjattaforma diġitali li tbigħ il-fertilizzanti fuq il-web bi prezzijiet aggressivi. |
|
(186) |
L-investigazzjoni madankollu wriet li i) billi l-analiżi saret fuq il-bażi ta' perjodu ta' 12-il xahar, l-effett ta' kwalunkwe staġjonalità fil-prezzijiet tal-UAN huwa kkumpensat, li ii) il-produtturi tal-Unjoni jirrikorru għall-kapaċitajiet ta' varjazzjoni bħala miżura protettiva, li iii) ċerti provvisti irregolari minn xi produtturi tal-Unjoni kienu minħabba operazzjonijiet normali ta' manutenzjoni u li iv) il-bejgħ online tal-UAN, limitat, sar bi prezzijiet simili tas-suq. |
|
(187) |
Għalhekk ġie konkluż b'mod provviżorju li l-ebda wieħed minn dawn il-fatturi ma kien xprun tas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(188) |
Matul il-perjodu kkunsidrat u fl-isfond tat-tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-ishma tagħhom mis-suq żdiedu b'mod sinifikanti filwaqt li l-prezzijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqsu b'medja ta' 33 %. Iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ħabtet ma' tnaqqis simili fis-sehem mis-suq għall-industrija tal-Unjoni. Meta wieħed jiftakar li l-UAN huwa komodità sensittiva għall-prezzijiet, li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kien ta' 37,7 % fil-perjodu ta' investigazzjoni, u li dawk l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, tali importazzjonijiet ipproduċew effetti dannużi sostanzjali. Il-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fuq il-produtturi tal-Unjoni kienet partikolarment dannuża fl-2017 u fil-perjodu ta' investigazzjoni meta l-kostijiet kienu qegħdin jiżdiedu. Pressjoni bħal din ikkawżat id-deterjorament tal-indikaturi tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u wasslet għal telf fil-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(189) |
L-analiżi fil-premessi minn (171) sa (188) hawn fuq sabet li l-ebda fattur ieħor ma kellu impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(190) |
Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li l-ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat u l-fatturi l-oħra, meta kkunsidrati separatament jew flimkien, ma kinux jiksru r-rabta ta' kawżalità. |
|
(191) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. L-effett tal-biċċa l-kbira ta' dawn il-fatturi prattikament ma kienx jeżisti, filwaqt li l-effett tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-gass fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f'termini ta' tnaqqis fil-profitti kien limitat. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(192) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx suffiċjenti biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(193) |
Fil-każ preżenti, l-ilmentaturi allegaw l-eżistenza ta' distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-rigward ta' wieħed mill-pajjiżi investigati, jiġifieri r-Russja. Il-valutazzjoni li tikkonċerna r-Russja tinsab fit-Taqsima 6.3 hawn taħt. |
|
(194) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi Russi li kkooperaw sostna li l-applikazzjoni potenzjali tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-Russja tkun diskriminatorja, billi d-distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira ta' dan l-Artikolu japplikaw ukoll għas-swieq tal-gass naturali f'TT u fl-Istati Uniti. |
|
(195) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawn il-pretensjonijiet u kkonkludiet b'mod provviżorju li:
|
|
(196) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet provviżorjament il-pretensjoni ta' trattament diskriminatorju fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-Russja. |
6.1. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija ta' Unjoni għal Trinidad u Tobago u għall-Istati Uniti tal-Amerka
|
(197) |
Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta' dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta' distorsjonijiet fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ, id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, inklużi dawk il-kostijiet li jirriżultaw minn Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli taħthom, li tagħhom l-Unjoni hija parti, u mill-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku, u tikseb profitt raġonevoli (“profitt fil-mira”). |
|
(198) |
Skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta' profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż li qed jiġi investigat, il-livell ta' profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta' profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni. |
|
(199) |
Kif jidher fit-Tabella 2, fl-2016 l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati bdew jiżdiedu. Kwalunkwe marġni ta' profitt għal dan l-għan għalhekk jeħtieġ li jkun ġej mis-snin ta' qabel. Sabiex jiġi evitat li tintuża sena ta' profitt eċċezzjonali, ġie deċiż li jintuża l-profitt medju ponderat miksub mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu 2013-2015. Il-profitt fil-mira miksub b'dan il-mod, li kien jammonta għal 10 %, tqies li jirrappreżenta profitt tajjeb f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni. |
|
(200) |
Produttur tal-Unjoni wieħed fil-kampjun sostna li l-Kummissjoni għandha żżid mal-profitt fil-mira l-investimenti ppjanati li ma ġewx implimentati matul il-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni investigat din il-pretensjoni skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-kumpanija kkonċernata ma kinitx kapaċi tipprovdi evidenza dokumentarja biex issostni din il-pretensjoni, li għalhekk, provviżorjament ma ntlaqgħetx. |
|
(201) |
Skont l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw minn Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli taħthom, li għalihom l-Unjoni hija parti, u mill-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku, li se ġġarrab l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali ta' 3,7 % li ġie miżjud mal-prezz mhux dannuż. Nota għal-fajl dwar kif il-Kummissjoni stabbiliet dan il-kost addizzjonali tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. |
|
(202) |
Dawn il-kostijiet kienu jinkludu l-kostijiet futuri addizzjonali sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (EU ETS). L-EU ETS hija pedament tal-politika tal-UE għall-konformità mal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali. Tali kostijiet addizzjonali ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-Kwoti tal-UE addizzjonali medji stmati ta' Emissjonijiet (EUA) li jridu jinxtraw matul il-ħajja tal-miżuri. L-EUAs użati fil-kalkolu kienu netti mill-kwoti riċevibbli mingħajr ħlas u, bħall-kostijiet kollha tal-produzzjoni, kienu vverifikati sabiex jiġi żgurat li kienu allokati korrettement għall-prodott ikkonċernat. Il-kostijiet tal-EUAs ġew estrapolati sabiex jittieħed kont tal-varjazzjoni mistennija fil-prezzijiet matul il-ħajja tal-miżuri. Is-sors ta' dawn il-prezzijiet proġettati hija estrazzjoni minn Bloomberg New Energy Finance bid-data tat-8 ta' Frar 2019 Il-prezz medju proġettat għall-EUAs għal dan il-perjodu huwa ta' EUR 24,14 / tunnellata ta' CO2 iġġenerat. |
|
(203) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(204) |
Il-Kummissjoni mbagħad stabbiliet il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi f'TT u fl-Istati Uniti li kkooperaw, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. Ir-riżultati ta' dawn il-kalkoli huma mniżżla fit-tabella li ġejja:
|
6.2. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni għar-Russja
6.2.1. Tqabbil bejn il-marġni tad-dumping u l-marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa'
|
(205) |
Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat fir-rigward tar-Russja, jekk il-marġni tad-dumping stabbilit provviżorjament, ikunx ogħla mill-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Għal dan l-għan, sar tqabbil bejn il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi fir-Russja li kkooperaw, u l-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni kif spjegat fit-Taqsima 6.1 hawn fuq. Ir-riżultat ta' dawn il-kalkoli jidher fit-tabella ta' hawn taħt.
|
|
(206) |
Billi l-marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa' hekk ikkalkolat kien aktar baxx mill-marġni tad-dumping, il-Kummissjoni ġiet eżaminata kif meħtieġ skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
6.3. Distorsjonijiet fil-materja prima
|
(207) |
Fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda evidenza suffiċjenti li hemm distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fir-Russja. Skont l-evidenza fl-ilment, il-gass naturali, li jammonta għal ferm aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, huwa suġġett għal ipprezzar doppju fir-Russja. |
|
(208) |
Għalhekk, kif tħabbar fin-notifika ta' bidu, skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-livell xieraq tal-miżuri fir-rigward tar-Russja, il-Kummissjoni eżaminat l-allegata distorsjoni u kull distorsjoni oħra koperta mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, fir-Russja. |
|
(209) |
Il-Kummissjoni l-ewwel identifikat il-materja prima prinċipali użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn kull produttur esportatur li kkoopera. Bħala materja prima prinċipali ġiet ikkunsidrata dik il-materja prima li hija probabbli li tirrappreżenta mill-anqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(210) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-gass naturali huwa l-materja prima prinċipali għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni kkonfermat li huwa jammonta għal aktar minn 17 % mill-kost tal-produzzjoni tal-UAN għaż-żewġ produtturi esportaturi Russi li kkooperaw, kif mitlub mill-Artikolu 7(2a). Għaż-żewġ kumpaniji, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minnhom, il-kost tal-gass fil-kost totali tal-produzzjoni tal-UAN kien jammonta għal aktar minn 50 %, bil-prezzijiet tal-gass kif irrappurtati mill-kumpaniji. Bl-aġġustament għall-gass kif deskritt fil-premessi minn (52) sa (55) u minn (59) sa (60), il-kost tal-gass fil-kost totali tal-produzzjoni tal-UAN huwa fil-medda ta' 70 % sa 85 %. |
|
(211) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-gass naturali użat fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat huwiex mgħawweġ b'waħda mill-miżuri elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku: skemi ta' pprezzar doppju, taxxi fuq l-esportazzjoni, soprataxxi fuq l-esportazzjoni, kwoti fuq l-esportazzjoni, projbizzjoni tal-esportazzjoni, taxxa fiskali fuq l-esportazzjoni, rekwiżiti ta' liċenzjar, prezz minimu tal-esportazzjoni, tnaqqis jew irtirar tar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), restrizzjoni fuq il-punt tal-iżdoganar għall-esportaturi, lista ta' esportaturi kwalifikati, obbligu tas-suq domestiku, estrazzjoni ristretta. Għal dan l-għan il-Kummissjoni eżaminat ir-Regolamenti rilevanti tal-Federazzjoni Russa, is-sottomissjonijiet tal-partijiet interessati, inklużi mill-GOR, rapporti u studji pubblikament disponibbli (16), il-kontijiet annwali awditjati tal-fornituri tal-gass Russi u dokumenti strateġiċi tal-GOR (17). |
|
(212) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li waħda mill-miżuri elenkati bħala distorsjonijiet fil-materja prima fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 7(2a), jiġifieri t-taxxa fuq l-esportazzjoni (ta' 30 %) (18), kienet teżisti u affettwat il-bejgħ tal-gass naturali fir-Russja matul il-PI. |
|
(213) |
Barra minn hekk, il-proprjetarju tas-Sistema Unifikata tal-Provvista tal-Gass (“UGSS”) huwa mogħti d-dritt esklużiv għall-esportazzjoni tal-gass fi stat gassuż. Il-liġi tistipula wkoll li l-proprjetarju tal-UGSS jista' jkun biss entità kkontrollata mill-Istat. Għalhekk, Gazprom tgawdi l-unika liċenzja għall-esportazzjoni tal-gass naturali. Is-sitwazzjoni kif deskritta tista' tikkwalifika jew bħala miżura ta' “rekwiżiti ta' liċenzjar” jew bħala miżura ta' “lista ta' esportaturi kwalifikati”. |
|
(214) |
Fl-aħħar nett, l-ilmentatur irrefera għall-ipprezzar doppju tal-gass naturali bħala distorsjoni potenzjali fil-materja prima. L-investigazzjoni fil-fatt sabet evidenza li tindika l-eżistenza ta' pprezzar doppju fir-rigward tal-gass naturali fir-Russja għall-bejgħ domestiku u għall-bejgħ għall-esportazzjoni fuq il-bażi tal-formula għall-prezz tal-gass użata fid-determinazzjoni tal-prezzijiet domestiċi regolati. |
|
(215) |
F'dan ir-rigward, il-prezz domestiku fir-Russja huwa regolat għall-fornitur tal-gass tal-Istat, Gazprom, u mhux regolat għall-fornituri l-oħra. Fornituri oħra għajr Gazprom, madankollu, isegwu mill-qrib il-prezz stabbilit mill-GOR għal Gazprom kif osservat fil-produtturi esportaturi investigati iżda wkoll minn informazzjoni pubblikament disponibbli (19). Jiddependi mis-sena, il-prezz domestiku jiġi stabbilit bl-użu ta' formula għall-prezz tal-gass jew jiġi stabbilit permezz ta' indiċjar. L-indiċi li għandu jintuża jiġi ppubblikat b'mod regolari fi previżjoni tal-iżvilupp soċjoekonomiku mill-Ministeru Russu tal-Iżvilupp Ekonomiku (20). Il-formula għall-prezz tal-gass tikkalkula l-livell xieraq tal-prezz domestiku billi tnaqqas it-taxxa fuq l-esportazzjoni, il-kostijiet tat-trasport internazzjonali u domestiku u l-hekk imsejjaħ koeffiċjent tat-tnaqqis minn prezz internazzjonali tal-gass naturali. Il-Kummissjoni qieset li l-effett tal-ipprezzar doppju jista' jiġi attribwit lill-koeffiċjent tat-tnaqqis li huwa indipendenti mill-effett tat-taxxa fuq l-esportazzjoni. |
|
(216) |
Il-Kummissjoni qabblet il-prezz tal-gass naturali mal-prezz fis-suq internazzjonali rappreżentattiv. L-investigazzjoni kkonfermat li l-prezz domestiku tal-gass naturali fir-Russja huwa b'mod sinifikanti aktar baxx, jiġifieri inqas min-nofs, meta mqabbel mal-prezz ta' Waidhaus ikkalkulat kif spjegat fil-premessa minn (59) sa (60). |
|
(217) |
Kif spjegat fil-premessa (55) il-punt d), il-Kummissjoni qieset il-prezz ta' Waidhaus bħala parametru referenzjarju xieraq għall-prezz tas-suq internazzjonali rappreżentattiv sabiex tivvaluta d-distorsjoni fil-prezz tas-suq domestiku tal-gass naturali fir-Russja. |
|
(218) |
Wieħed mill-produtturi Russi li kkooperaw sostna li l-gass naturali mhuwiex il-materja prima għall-produzzjoni tal-UAN u għalhekk ma jistax ikun soġġett għall-analiżi skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-parti interessata inkwistjoni sostniet li mhuwiex ċar mill-ilment li l-kost tal-gass naturali laħaq il-limitu ta' 17 % fil-kost totali tal-produzzjoni tal-UAN. |
|
(219) |
Kif spjegat fil-premessa (52), il-gass naturali huwa responsabbli għal aktar minn 50 % mill-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-fatt li jintuża għall-manifattura tal-ammonijaka, wieħed mill-ewwel passi fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, kif spjegat fil-premessa (60), ma jbiddilx in-natura tiegħu bħala materja prima neċessarja għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Iż-żewġ produtturi Russi tal-UAN huma impjanti kimiċi kompletament integrati u għalhekk it-tnejn li huma jieħdu vantaġġ mid-distorsjonijiet identifikati għall-gass naturali meta jsir il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, din il-pretenzjoni provviżorjament ma ntlaqgħetx. |
|
(220) |
Wara li qieset il-valutazzjoni tagħha kif spjegat fil-premessi minn (205) sa (215), il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li l-gass naturali huwa soġġett għal distorsjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
6.4. L-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku
|
(221) |
Wara li kkonkludiet li hemm distorsjonijiet fil-materja prima kif previst fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fil-każ tar-Russja, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b'mod ċar li kien fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont tad-dazji provviżorji skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tal-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, inklużi l-kapaċitajiet żejda fil-pajjiż esportatur, il-kompetizzjoni għall-materja prima u l-effett fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku. Sabiex twettaq din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni daħħlet mistoqsijiet speċifiċi fil-kwestjonarji għall-partijiet interessati kollha. L-ilmentatur u xi produtturi li lmentaw ipprovdew tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet. Xi ftit partijiet oħra pprovdew tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet iżda l-biċċa l-kbira tat-tweġibiet ta' dawn il-ftit partijiet ma kinux kompluti. |
6.4.1. Kapaċitajiet żejda fil-pajjiż esportatur
|
(222) |
Fir-rigward tal-UAN, kif innotat fil-premessi (141) u (143), l-UAN normalment jiġi prodott f'siti kimiċi integrati. Għalhekk, il-kapaċità żejda hija dipendenti prinċipalment fuq il-konfigurazzjoni ta' dawn is-siti integrati u fuq il-bażi tal-klijenti tal-produttur. Kull kumpanija tfittex li timmassimizza l-profittabbiltà tas-sit kollu kemm hu u għalhekk huwa diffiċli tiġi stabbilita l-kapaċità żejda preċiża. |
|
(223) |
Fid-dawl ta' dan il-fatt u fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li l-kapaċità żejda fir-Russja tvarja bejn 330 000 u 750 000 tunnellata fis-sena, li tikkostitwixxi bejn 7 % u 16 % tal-UAN ikkonsmat fl-Unjoni. Dawn l-ammonti ġew stabbiliti abbażi tal-informazzjoni vverifikata dwar il-kapaċità taż-żewġ produtturi esportaturi Russi li kkooperaw, magħmula għall-biċċa l-kbira tal-produzzjoni fir-Russja (kapaċità żejda reali, li tinjora l-“kapaċità ta' varjazzjoni”) u l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentaturi (kapaċità żejda potenzjali, li tikkunsidra l-“kapaċità ta' varjazzjoni”). |
|
(224) |
Is-suq Russu tal-UAN (21) huwa relattivament żgħir meta mqabbel mal-kapaċità tal-produzzjoni Russa tal-UAN (22). Bi produzzjoni li taqbeż b'mod sinifikanti l-konsum domestiku, ir-Russja hija esportatur nett tal-UAN. |
|
(225) |
Fl-2017, ir-Russja esportat 'il fuq minn 100 000 tunnellata ta' UAN lejn l-Ukrajna. Wara l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping fuq l-UAN li joriġina fir-Russja mill-Ukrajna f'Mejju 2017, dawn l-esportazzjonijiet saru disponibbli biex jiġu diretti lejn swieq oħra aktar interessanti, inkluż is-suq tal-Unjoni. |
|
(226) |
Il-potenzjal ta' esportazzjoni tar-Russja huwa evidenti. Anki kieku l-“kapaċitajiet ta' varjazzjoni” tal-produtturi Russi kienu meqjusa bħala limitati, huwa innegabbli li minn Awwissu 2018, il-volumi tal-importazzjonijiet tal-UAN fl-Unjoni mir-Russja komplew bix-xejra 'l fuq murija fit-tabella 2 (ara wkoll it-Tabella 1 tar-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni). Ta' min jinnota wkoll li fil-paġna 9 tas-sottomissjoni tiegħu tad-19 ta' Settembru 2018, Eurochem ippreveda żieda fl-esportazzjonijiet Russi ta' UAN fl-2018 u fl-2019. |
6.4.2. Kompetizzjoni għal materja prima
|
(227) |
Kif sottolinjat fil-premessa (54) aktar 'il fuq, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-gass fir-Russja kienu regolati mill-Istat permezz ta' liġijiet federali u ma kinux jirriflettu l-kundizzjonijiet normali tas-suq, fejn il-prezzijiet jiġu stabbiliti prinċipalment mill-kostijiet tal-produzzjoni u l-aspettattivi ta' profitt. |
|
(228) |
Acron issottometta preżentazzjoni dwar il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass fir-Russja (notevolment dwar l-ipprezzar tal-gass, il-profittabbiltà tal-prezzijiet regolati u tal-prezzijiet mhux regolati u s-sorsi tal-provvista) imħejjija fl-2016 mill-GOR barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-investigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ma qisitx li din il-preżentazzjoni, li hija indirizzata fil-premessi (56)-(57) aktar 'il fuq, kienet timmina s-sejbiet imsemmija fil-premessa ta' hawn fuq. |
|
(229) |
Ir-regolamentazzjoni tas-suq tal-gass fir-Russja twassal għal vantaġġ inġust għall-produtturi tal-UAN Russi billi dawn għandhom aċċess għal prezzijiet tal-gass artifiċjalment baxxi fis-suq domestiku minħabba r-regolamenti domestiċi spjegati fil-premessi minn (209) sa (217) aktar 'il fuq. Fl-istess ħin, il-produtturi tal-Unjoni huma affettwati b'mod negattiv mid-diskriminazzjoni fil-prezzijiet ikkawżata minn dawn ir-regolamenti fir-Russja, li ġġegħelhom iħallsu prezzijiet konsiderevolment ogħla minn dawk imħallsa mill-produtturi Russi għall-istess gass. |
|
(230) |
Il-Kummissjoni tqis li din is-sitwazzjoni mhijiex probabbli li tinbidel fil-futur qrib (23). |
6.4.3. L-effett fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni
|
(231) |
Skont is-sejbiet tal-investigazzjoni, l-impatt mistenni fuq il-ktajjen tal-provvista huwa limitat. Fil-fatt, ħafna mill-partijiet, inklużi l-importaturi, qalu li l-utenti aħħarin tal-UAN, jiġifieri l-bdiewa, jkunu l-uniċi partijiet affettwati miż-żidiet fil-prezzijiet li jirriżultaw mill-miżuri billi ma hemm l-ebda partijiet intermedji fil-katina tal-provvista li tista' tassorbi d-dazji. Billi huwa komodità likwida u pjuttost omoġenja, l-UAN minn diversi oriġini jitħallat f'tankijiet u l-biċċa l-kbira tal-atturi fil-katina tal-provvista jinjoraw l-oriġini tal-UAN mixtri / użat. Għalhekk, b'mod ġenerali, il-ktajjen tal-provvista mhumiex mistennija li jinbidlu b'mod sinifikanti jekk jiġu imposti miżuri. Il-produtturi tal-Unjoni se jkomplu jipproduċu l-UAN, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-Russja (kif ukoll mill-pajjiżi l-oħra investigati) huma mistennija li jkomplu fid-dawl tat-tkabbir previst fid-domanda għall-UAN u l-fatt li l-produtturi tal-Unjoni jistgħu jibdlu l-prodotti sa ċertu punt limitat. |
|
(232) |
Skont is-sejbiet tal-investigazzjoni, l-effetti fuq il-bdiewa tal-Unjoni b'mod globali jkunu żgħar. Il-Kummissjoni sabet li l-UAN jirrappreżenta anqas minn 1 % tal-kostijiet totali tal-biedja fl-Unjoni. Għalhekk, żieda fil-prezzijiet derivata mill-miżuri, jekk ikun hemm, m'għandhiex ikollha impatt sinifikanti fuq is-settur tal-biedja fl-Unjoni b'mod ġenerali. |
|
(233) |
Minħabba li l-UAN bħala fertilizzant ikopri realtajiet differenti ħafna u l-użu tiegħu jvarja ħafna minn għalla għall-oħra, minn reġjun għall-ieħor, eċċ., il-Kummissjoni vvalutat l-impatt fuq l-azjendi agrikoli speċjalizzati fil-qamħ komuni (l-għalla prinċipali li tuża l-UAN) fi Franza (il-pajjiż produttur prinċipali tal-qamħ fl-Unjoni) li jużaw l-UAN bħala l-uniku sors ta' fertilizzant tan-nitroġenu separatament. |
|
(234) |
F'azjendi agrikoli speċjalizzati bħal dawn, il-fertilizzanti kollha kienu jirrappreżentaw 21,94 % tal-kostijiet tagħhom, fl-2013 (24). Il-Kummissjoni stmat li fil-kampanja 2017/2018, l-UAN kien jirrappreżenta sa 10 % tal-kostijiet totali tagħhom tal-produzzjoni (25). Meta wieħed jikkunsidra l-ogħla dazju anti-dumping provviżorju impost, dan ikun jirrappreżenta massimu ta' żieda ta' 3 % (26) fil-kost tal-produzzjoni, jekk il-miżuri jiġu mgħoddija fl-istess proporzjon. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ma jkollhomx impatt sproporzjonat anki għal dawn l-azjendi agrikoli. Barra minn hekk, ħafna azjendi agrikoli fl-Unjoni (inkluż fi Franza) jiddependu fuq bosta għelejjel. |
6.4.4. Konklużjoni
|
(235) |
Wara li vvalutat l-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li, għar-Russja, huwa fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-ammont ta' dazji provviżorji skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
|
(236) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet li hemm distorsjonijiet fuq il-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fir-Russja. It-tieni, il-Kummissjoni sabet li r-Russja għandha kapaċità żejda li tista' tintuża sabiex iżżid l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi Russi għandhom vantaġġ inġust vis-à-vis l-produtturi tal-Unjoni fir-rigward tal-gass naturali minħabba r-regolamentazzjoni fis-suq Russu. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ma jaffettwawx b'mod negattiv il-katina tal-provvista fl-Ewropa. B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni sabet li, għalkemm għadd limitat ta' bdiewa fl-Unjoni jistgħu potenzjalment jiġu affettwati mill-miżuri, kwalunkwe impatt ikun limitat u b'mod ġenerali mhux sproporzjonat. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset li l-importazzjonijiet tal-UAN se jkomplu u, għalhekk, il-provvista mhux se tiġi mfixkla bil-miżuri. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, li kellhom sehem mis-suq ta' aktar minn 37 % fil-perjodu ta' investigazzjoni, huma mistennija li jkomplu fid-dawl tat-tkabbir previst fid-domanda għall-UAN u l-fatt li l-produtturi tal-Unjoni jistgħu jibdlu l-prodotti sa ċertu punt limitat. Fi kwalunkwe każ, il-produtturi tal-Unjoni, b'kapaċitajiet żejda, jistgħu jipproduċu volumi sinifikanti ta' UAN. |
|
(237) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, fil-każ tar-Russja, dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ma jkunx biżżejjed biex jitneħħa d-dannu mill-industrija tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni mhumiex biss qed iġarrbu dannu minħabba fid-dumping, iżda qed ibatu wkoll mit-tgħawwiġ addizzjonali tal-kummerċ meta mqabbla mal-produtturi esportaturi tar-Russja. Għalhekk, sabiex il-kummerċ ikun protett b'mod adegwat, il-livell tal-miżuri għar-Russja jrid ikun ekwivalenti għall-marġni tad-dumping kif stabbilit b'mod provviżorju. |
7. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(238) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx b'mod ċar tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f'dan il-każ fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Russja, minn Trinidad u Tobago u mill-Istati Uniti tal-Amerka, minkejja d-determinazzjoni ta' dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u ta' operaturi ekonomiċi rilevanti oħra. |
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(239) |
Hemm 20 produttur magħruf ta' UAN madwar l-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni li jkopru 80 % tal-volum tal-produzzjoni tal-Unjoni kkooperaw fl-investigazzjoni. Żewġ kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji li jirrappreżentaw 30 % tal-produzzjoni tal-UAN fl-Unjoni kienu kontra l-każ. |
|
(240) |
In-nuqqas ta' miżuri huwa probabbli li jkollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni f'termini ta' volumi aktar baxxi tal-bejgħ u aktar tnaqqis fil-prezzijiet, u b'hekk inaqqas il-profittabilità u l-investimenti. Il-miżuri jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tisfrutta l-potenzjal tagħha f'suq tal-Unjoni li joffri kundizzjonijiet ekwi, tirkupra s-sehem mitluf mis-suq, u ttejjeb il-profittabbiltà għal livelli meqjusa bħala sostenibbli. |
7.2. L-interess tal-importaturi mhux relatati
|
(241) |
Tliet importaturi mhux relatati ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju. Tnejn biss minnhom qablu li jikkooperaw aktar fl-investigazzjoni. |
|
(242) |
L-attivitajiet relatati mal-UAN kienu jirrappreżentaw sehem żgħir mill-attivitajiet ta' wieħed miż-żewġ importaturi li kkooperaw, li fil-fatt huwa junjin ta' kooperattivi li taġixxi f'isem il-membri tagħha. L-importatur l-ieħor, aktar dipendenti fuq l-UAN, jadatta l-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu skont l-evoluzzjoni tas-suq tal-UAN. Iż-żewġ importaturi li kkooperaw joffru firxa wiesgħa ta' servizzi u / jew prodotti u għandhom diversi sorsi ta' provvista. |
|
(243) |
Kwalunkwe konsegwenza negattiva għall-importaturi fl-Unjoni li tirriżulta mill-miżuri ma tistax tegħleb il-konsegwenzi pożittivi ta' dawn tal-aħħar fuq l-industrija tal-Unjoni. Il-miżuri huma maħsuba biex joħolqu kundizzjonijiet ekwi li l-partijiet kollha jistgħu jibbenefikaw minnhom. Barra minn hekk, l-importaturi b'mod ġenerali joffru firxa wiesgħa ta' fertilizzanti u/ jew servizzi u għandhom diversi sorsi ta' provvista. Il-biċċa l-kbira tal-partijiet, inklużi ż-żewġ importaturi li kkooperaw, sostnew li l-utenti finali tal-UAN, jiġifieri, il-bdiewa, ikunu l-partijiet affettwati miż-żidiet fil-prezzijiet (jekk ikun hemm) li jirriżultaw mill-miżuri fl-aħħar. |
7.3. L-interess tal-utenti
|
(244) |
Ħdax-il parti li jirrappreżentaw l-interessi tal-utenti ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju għalkemm b'data verifikabbli limitata. |
|
(245) |
L-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-kooperattivi u / jew il-bdiewa rilevanti fl-Unjoni (COPA-COGECA), Franza (COOP de France), l-Irlanda (l-Assoċjazzjoni tal-bdiewa Irlandiżi) u l-Finlandja (MTK) sostnew li l-miżuri jkollhom impatt negattiv fuq l-utenti tal-UAN, jiġifieri l-bdiewa. Għadd sinifikanti ta' kooperattivi, junjins / gruppi ta' kooperattivi u pjattaformi tax-xiri Franċiżi li jixtru l-provvisti agrikoli f'isem il-bdiewa kkummentaw dwar l-impatt negattiv li l-miżuri jista' jkollhom fuq il-bdiewa Franċiżi. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw, sensiela ta' importaturi mhux relatati u operaturi ekonomiċi differenti fi Franza u Spanja esprimew fehma simili. |
|
(246) |
Intermedjarju wieħed kbir Franċiż, attiv fil-prodotti ta' u l-fertilizzanti agroalimentari, stqarr li kwalunkwe miżuri anti-dumping “iridu jkunu ħfief”. |
|
(247) |
Xi partijiet sostnew li hemm prodotti limitati/ l-ebda prodott sostituttiv għall-bdiewa (u / jew għal operaturi ekonomiċi oħra) minħabba li ma hemmx biżżejjed produzzjoni ta' fertilizzanti tan-nitroġenu fl-Unjoni. Madankollu xejn fil-fajl ma jissuġġerixxi nuqqas ta' fertilizzanti tan-nitroġenu fl-Unjoni; hemm għadd ta' sorsi ta' provvista ta' fertilizzazzjoni tan-nitroġenu, bħan-nitrat tal-ammonju tal-kalċju, in-nitrat tal-ammonju jew l-urea. |
|
(248) |
Xi kummenti kienu jirrigwardaw l-importanza tal-kostijiet tal-UAN f'azjenda agrikola (għalkemm il-kwantifikazzjoni kienet tvarja b'mod sinifikanti minn parti għall-oħra) u / jew indikaw li l-bdiewa kienu ilhom ibatu s-snin għal diversi raġunijiet (bħas-sena ħażina għall-għelejjel fl-2016, il-prezzijiet baxxi tal-bejgħ, it-temp ħażin jew il-kompetittività għolja fis-suq) u l-impjiegi involuti. Skont dawn il-partijiet, il-miżuri anti-dumping jisfurzaw lil xi bdiewa jwaqqfu l-produzzjoni u / jew ikomplu jiddeterjoraw settur li ma jistax jgħaddi l-kostijiet u l-ħtiġijiet biex jibqa' kompetittiv f'suq globalizzat. Għal xi partijiet, il-miżuri anti-dumping ikunu kompromess mal-Politika Agrikola Komuni u din tal-aħħar ma tibqax suffiċjenti biex tiggarantixxi d-dħul u l-kompetittività tal-azjendi agrikoli. |
|
(249) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti. Filwaqt li tirrikonoxxi li l-impatt jista' jvarja skont it-tip ta' azjenda agrikola jew il-prattika agrikola, il-Kummissjoni skopriet li l-UAN jirrappreżenta inqas minn madwar 1 % tal-kostijiet ġenerali tal-biedja fl-Unjoni. Għalhekk, żieda fil-prezzijiet derivata mill-miżuri, jekk ikun hemm, m'għandhiex ikollha impatt sinifikanti fuq is-settur tal-biedja fl-Unjoni b'mod ġenerali. |
|
(250) |
Minħabba li l-UAN bħala fertilizzant ikopri realtajiet differenti ħafna u l-użu tiegħu jvarja ħafna minn għalla għall-oħra, minn reġjun għall-ieħor, eċċ., il-Kummissjoni eżaminat l-impatt potenzjali tal-miżuri għall-azjendi agrikoli speċjalizzati fil-qamħ komuni (l-għalla prinċipali li tuża l-UAN) fi Franza (il-pajjiż produttur prinċipali tal-qamħ fl-Unjoni) li jużaw l-UAN bħala l-uniku sors ta' fertilizzant tan-nitroġenu. |
|
(251) |
F'azjendi agrikoli speċjalizzati bħal dawn, l-UAN kien jirrappreżenta 15,4 % tal-kostijiet tagħhom, fl-2013 (27). Il-Kummissjoni stmat li fil-kampanja 2017/2018, l-UAN kien jirrappreżenta sa 10 % tal-kostijiet totali tagħhom tal-produzzjoni (28). Meta wieħed jikkunsidra l-ogħla dazju anti-dumping provviżorju impost, dan ikun jirrappreżenta bejn wieħed u ieħor żieda ta' 3 % (29) fil-kost tal-produzzjoni, jekk il-miżuri jiġu mgħoddija fl-istess proporzjon. Għalhekk żieda fil-prezz derivata mill-miżuri imposti, jekk ikun hemm, mhijiex mistennija li jkollha impatt kbir sproporzjonat fuq l-azjendi agrikoli fl-“agħar xenarju possibbli”, fid-dawl, fost l-oħrajn, tal-għodod għad-dispożizzjoni tal-bdiewa biex jakkwistaw UAN bi prezzijiet raġonevoli (eż. l-ippuljar tax-xiri permezz ta' pjattaformi tax-xiri jew assigurazzjonijiet għall-iħħeġġjar tal-marġnijiet). Barra minn hekk, hafna azjendi agrikoli fl-Unjoni jiddependu fuq bosta għelejjel. |
|
(252) |
Rigward il-pretensjoni dwar l-impatt fuq l-impjiegi fl-azjendi agrikoli, ta' min wieħed jinnota li f'dawn l-aħħar snin, il-biedja fl-Unjoni qed issir / se ssir aktar teknoloġikament intensiva, u esperjenzat tnaqqis fil-forza tax-xogħol li hija mbassra li se tkompli (30). L-impatt tal-miżuri anti-dumping huwa mistenni li jkun limitat meta mqabbel ma' dawn ix-xejriet għaddejjin bħalissa. |
|
(253) |
Minkejja s-sejbiet provviżorji ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-partijiet li għadhom ma pprovdewx fehmiethom biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet dwar l-interessi tal-utenti. Dawn l-osservazzjonijiet flimkien ma' l-elementi kollha li jinġiebu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni mill-partijiet interessati wara miżuri provviżorji fil-limiti ta' żmien stipulati se jiġu analizzati bir-reqqa fi stadju definittiv. |
7.4. Fatturi oħra
|
(254) |
Din it-taqsima tqis kummenti oħra li kienu komuni fost diversi partijiet interessati. Dawn il-partijiet huma produtturi esportaturi, importaturi, assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-kooperattivi u / jew il-bdiewa rilevanti fl-Unjoni, Franza u l-Irlanda; Kooperattivi, junjins / gruppi ta' kooperattivi u pjattaformi tax-xiri Franċiżi li jixtru provvisti agrikoli f'isem il-bdiewa, u operaturi ekonomiċi differenti fi Franza, Spanja u ċ-ċentru tal-Unjoni. |
|
(255) |
Xi partijiet kienu kontra l-miżuri fuq il-bażi li l-importazzjonijiet huma neċessarji, li ma hemmx biżżejjed produzzjoni tal-UAN fl-Unjoni u li d-differenza bejn id-domanda u l-provvista tiżdied u li l-produtturi tal-UAN tal-Unjoni jiffavorixxu prodotti oħra ta' valur miżjud. Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti. B'mod ġenerali hemm biżżejjed sorsi ta' provvista tal-UAN. Il-fatt li hemm produzzjoni limitata ta' UAN fl-Unjoni, iż-żidiet fid-domanda għall-UAN fl-Unjoni u l-għajbien ta' xi sorsi tradizzjonali ta' provvista tal-UAN fl-Unjoni (eż. kumpanija waħda li qabel kienet tipproduċi l-UAN fi Franza qalbet kompletament għal fertilizzanti oħra) ma jiġġustifikawx il-prattiki ta' dumping. L-investigazzjoni wriet il-benefiċċji tal-preservazzjoni ta' diversi sorsi ta' provvista fl-Unjoni (31), inklużi l-produtturi lokali tal-UAN, aktar milli ż-żieda tad-dipendenza tal-UAN fuq pajjiżi terzi bi prattiki kummerċjali inġusti u / jew distorsjonijiet fil-materja prima u / jew impronta akbar tal-karbonju (32). Hija wriet ukoll li l-produtturi tal-UAN tal-Unjoni għandhom il-kapaċità / possibbiltà li jżidu l-produzzjoni tal-UAN f'kundizzjonijiet ekwi. |
|
(256) |
Xi partijiet sostnew li l-miżuri se jnaqqsu l-użu tal-UAN, fertilizzant li għandu effetti ambjentali anqas negattivi minn fertilizzanti oħra, li jinvolvi kompromess mal-politiki dwar il-ħarsien tal-ambjent. Il-Kummissjoni ċaħdet dan il-punt. Anki jekk l-UAN għandu bosta vantaġġi agronomiċi, huwa mhuwiex newtrali għall-ambjent u fil-prinċipju jikkawża telf akbar mill-volatilizzazzjoni tal-ammonja milli l-fertilizzanti bbażati fuq in-nitrati. |
|
(257) |
Xi partijiet sostnew li operaturi ekonomiċi oħra se jbatu, li hemm anqas impjiegi fil-produtturi tal-UAN tal-Unjoni milli f'setturi oħra, li s-sigurtà alimentari hija fil-periklu (billi l-miżuri se jġiegħlu lill-bdiewa jużaw anqas UAN, li se jnaqqas ir-rendiment u, bħala konsegwenza, il-produzzjoni agrikola) u li l-fertilizzanti kollha tan-nitroġenu se jsiru aktar għaljin (u b'hekk tibqa' d-differenza normali bejn it-tipi differenti ta' fertilizzanti). Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti. Ma hemm ebda stima affidabbli tal-għadd ta' impjiegi relatati mal-UAN fl-operaturi ekonomiċi rilevanti filwaqt li, skont iċ-ċifri verifikati, hemm aktar minn 1 000 impjieg relatat mal-UAN fil-produtturi tal-Unjoni. Sitt partijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta' operaturi ekonomiċi differenti ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju għalkemm b'data verifikabbli limitata. Dwar is-sigurtà alimentari, l-għan tal-miżuri huwa li joħolqu kundizzjonijiet ekwi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-partijiet kollha. Xejn fil-fajl ma jissuġġerixxi li żieda fil-prezz tal-UAN, jekk ikun hemm, se jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta' fertilizzanti oħra. |
7.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(258) |
Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-UAN li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati f'dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI
|
(259) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex ikun evitat dannu ulterjuri għall-industrija tal-Unjoni minn importazzjonijiet oġġett ta' dumping. |
|
(260) |
Għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta' taħlitiet ta' urea u nitrat tal-ammonju f'soluzzjoni milwiema jew ammonijakali li joriġinaw fi Trinidad u Tobago, u fl-Istati Uniti tal-Amerka skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet ta' dannu u l-marġnijiet tad-dumping (il-premessa (208) aktar 'il fuq). L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu. |
|
(261) |
Għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta' taħlitiet ta' urea u nitrat tal-ammonju f'soluzzjoni milwiema jew ammonijakali li joriġinaw mir-Russja skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu. Wara li sabet distorsjonijiet fil-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fis-sens tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fil-forma, fost l-oħrajn, ta' taxxa ta' 30 % fuq l-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li jkun fl-interess tal-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 7(2b) tar-Regolament Bażiku, li tistabbilixxi l-ammont tad-dazji fil-livell tal-marġni tad-dumping, billi dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ma jkunx biżżejjed biex jindirizza d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(262) |
Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rati tad-dazju provviżorju antidumping, espressi fil-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, id-dazju doganali mhux imħallas, għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(263) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni. Gћaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u li jipproduċuh l-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Huma ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi rata individwali ta' dazju anti-dumping. |
|
(264) |
Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati individwali ta' dazju anti-dumping jekk sussegwentement hija tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (33). It-talba għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li t-tibdil ma jaffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk it-tibdil tal-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar it-tibdil tal-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(265) |
Biex jiġu mminimizzati kemm jista' jkun ir-riskji ta' ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati ta' dazju, jenħtieġu miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b'dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn din il-fattura jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(266) |
Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma jkunux ikkooperaw f'din l-investigazzjoni, iżda anki għall-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(267) |
Kif imsemmi fit-Taqsima 1.2, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta' taħlitiet ta' urea u nitrat tal-ammonju f'soluzzjoni milwiema jew ammonijakali soġġetti għar-reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bl-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b'mod retroattiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(268) |
Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju provviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tieqaf / ma titkompliex. |
|
(269) |
F'dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli ta' miżuri anti-dumping. Deċiżjoni bħal din se tittieħed fi stadju definittiv. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU
|
(270) |
Skont l-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta' dazji provviżorji. Din l-informazzjoni kienet disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali permezz tas-sit web tad-DĠ KUMMERĊ. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem tax-xogħol biex jipprovdu kummenti dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli divulgati speċifikament lilhom. |
|
(271) |
Waslu kummenti mingħand Fertilizers Europe u mingħand l-erba' produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni qieset il-kummenti li kienu kkunsidrati bħala li huma ta' natura klerikali u kkoreġiet il-marġni kif xieraq. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(272) |
Fl-interessi ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati biex iressqu kummenti bil-miktub fi żmien 15-il jum u / jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u / jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali fi żmien 5 ijiem. |
|
(273) |
Il-konklużjonijiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta' dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' taħlitiet ta' urea u nitrat tal-ammonju f'soluzzjoni milwiema jew ammonijakali, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 80 00 u li joriġinaw mir-Russja, Trinidad u Tobago, u l-Istati Uniti tal-Amerka.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping provviżorju (%) |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Russja |
PJSC Acron |
31,9 |
C500 |
|
Ir-Russja |
Novomoskovsky Azot JSC |
34,0 |
C501 |
|
Ir-Russja |
Nevinnomyssky Azot JSC |
34,0 |
C504 |
|
Ir-Russja |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
34,0 |
C999 |
|
Trinidad u Tobago |
Methanol Holdings (Trinidad) Limited |
16,3 |
C502 |
|
Trinidad u Tobago |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
16,3 |
C999 |
|
L-Istati Uniti tal-Amerka |
CF Industries Holdings, Inc. |
22,6 |
C503 |
|
L-Istati Uniti tal-Amerka |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
22,6 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta' dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b'ismu / isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea kopert b'din il-fattura, ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġi ppreżentata ebda fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta' depożitu ta' garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
5. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali fis-seħħ.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti bil-miktub tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum tal-kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem tal-kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem tal-kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta għandu jeżamina t-talbiet ippreżentati barra dan il-limitu taż-żmien u jista' jiddeċiedi dwar l-aċċettazzjoni tagħhom jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/455 tal-20 ta' Marzu 2019 (34) (“Ir-Regolament ta' reġistrazzjoni”).
2. Id-data miġbura fir-rigward ta' prodotti li daħlu fl-Unjoni għall-konsum mhux aktar minn 3 ġimgħat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament għandha tinżamm sakemm jiddaħħlu fis-seħħ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta' sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Notifika ta' bidu ta' proċediment anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' taħlitiet ta' urea u ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw fir-Russja, fi Trinidad u Tobago u fl-Istati Uniti tal-Amerka. ĠU C 284, 13.8.2018, p. 9.
(4) Fuq il-bażi tal-kontijiet oriġinali tal-kostijiet tal-kumpaniji Russi qabel l-“aġġustament għall-gass”.
(5) L-Artikolu 11 u 14 tar-Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 1021 tad-29 ta' Diċembru 2000
(6) Is-sottomissjoni ta' Acron tat-22 ta' Ottubru 2018 kienet il-verżjoni aġġornata tal-preżentazzjoni tal-GOR imħejjija għall-Investigazzjoni tad-Dazju Kumpensatorju tal-Istati Uniti rigward Prodotti Ċatti tal-Azzar Illaminati fil-Kiesaħ li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa
(7) Fil-prattika, dawn huma l-gassdotti kollha fir-Russja ħlief ċerti konnessjonijiet lokali żgħar bejn il-fabbrika u l-gassdott prinċipali
(8) Ara r-Rapport Annwali Awditjat tal-2017 ta' Novatek (paġna 71) – l-Esebit miftuħ C-9-2 l-Anness O tat-tweġiba għall-Kwestjonarju minn Eurochem (NAK)
(9) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tas-7 ta' Frar 2013, - EuroChem Mineral u Chemical Company OAO (EuroChem MCC) v Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea T- 84/07, ECLI:EU:T:2013:64, u s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tas-7 ta' Frar 2013, - Acron OAO v il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-118/10, ECLI:EU:T:2013:67.
(10) Ara l-BP Statistical Review of World Energy 2018
(11) Ir-Rapport tal-Bord, Ukraine – Anti-dumping measures on Ammonium Nitrate, WT/DS493/R, il-para. 7.85.
(12) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tas-7 ta' Frar 2013, - EuroChem Mineral u Chemical Company OAO (EuroChem MCC) v Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T118/10, ECLI:EU:T:2013:67; Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tas-7 ta' Frar 2013, - Acron OAO v Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T- 84/07, ECLI:EU:T:2013:64.
(13) Iċ-ċifra eżatta mhijiex ipprovduta billi din hija data speċifika tal-kumpanija.
(14) Ara wkoll ir-Rapport tal-Bord, EU – Footwear (WT/DS405/R), il-para. 7.403.
(15) Ara pereżempju l-islide 8 tal-preżentazzjoni ta' Yara mill-11 ta' Settembru 2018 disponibbli fis-sit https://www.yara.com/siteassets/investors/057-reports-and-presentations/conferencesrs/2018/2018-09-11-yar-handelsbanken-presentation.pdf/
(16) BP Statistical Review of World Energy 2018;
Russian Oil and Gas Sector Regulatory Regime: Legislative Overview (King and Spalding 2017).
(17) Previżjonijiet tal-iżvilupp soċjoekonomiku għas-snin 2016 – 2036 (Il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tal-Federazzjoni Russa).
(18) Id-Digriet tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa tat-30 ta' Awwissu 2013 Nru 754 dwar l-approvazzjoni tar-rati tad-dazji doganali tal-esportazzjoni fuq oġġetti esportati mill-Federazzjoni Russa barra mill-Istati li huma partijiet għall-ftehimiet dwar l-Unjoni Doganali.
(19) Fir-Rapport Annwali għall-2017, Novatek (produttur u fornitur indipendenti tal-gass naturali) identifika r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet bħala riskju fil-konsiderazzjonijiet tiegħu dwar il-ġestjoni tar-riskju, waqt li sostna li “bħala produttur indipendenti tal-gass naturali, Novatek mhuwiex suġġett għar-regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-gass naturali mill-Istat. Madankollu, il-prezzijiet tal-Kumpanija huma influwenzati b'mod qawwi mill-prezzijiet stabbiliti minn korp Federali.”
(20) Disponibbli fuq http://economy.gov.ru/minec/activity/sections/macro/prognoz/ (aċċessat l-aħħar fl-4 ta' Marzu 2019).
(21) Il-paġna 9 tal-verżjoni miftuħa tal-ilment tinkludi graff bit-titlu “Is-suq dinji tal-UAN (2015)”. Is-suq tal-UAN tar-Russja huwa biss frazzjon fis-sehem “oħrajn” (1 705 000 tunnellata).
(22) 3 280 000 tunnellata fl-2018 skont il-paġna 94 tal-verżjoni miftuħa tal-ilment.
(23) Pereżempju, il-paġna 45 tar-rapport tad-diretturi ta' Grupa Azoty Zaklady Azotowe Pulawy S. A. għall-2018 tipprevedi prezzijiet pjuttost stabbli tal-gass naturali fl-Unjoni sal-2020: Dan ir-rapport huwa disponibbli fil-fajl miftuħ (t18.010219).
(24) Fid-dawl tar-“Rapport dwar l-azjendi agrikoli taċ-ċereali tal-UE bbażat fuq id-data tal-FADN tal-2013”, DĠ AGRI, p. 44, f'azjenda agrikola speċjalizzata fil-qamħ komuni fi Franza, fl-2013, il-fertilizzanti (it-tipi kollha) kienu jirrappreżentaw EUR 286/ettaru. 21,94 % huwa r-riżultat miksub meta wieħed jiddividi 286 EUR bis-somma tal-kostijiet operattivi (1 003 EUR/ettaru) u tad-deprezzament (298 EUR/ettaru).
(25) Fid-dawl tar-“Rapport dwar l-azjendi agrikoli taċ-ċereali tal-UE bbażat fuq id-data tal-FADN tal-2013”, DĠ AGRI, p. 44, f'azjenda agrikola speċjalizzata fil-qamħ komuni fi Franza, fl-2013, il-fertilizzanti (it-tipi kollha) kienu jirrappreżentaw EUR 286/ettaru. Għalhekk ġie preżunt li f'azjenda agrikola bħal din, l-UAN kien jirrappreżenta sa EUR 200/ettaru (70 % ta' EUR 286/ettaru, billi l-fertilizzanti tan-nitroġenu jammontaw għal 70 % tal-użu totali ta' fertilizzanti fl-UE), li huwa 13 % tal-kostijiet totali tal-produzzjoni fl-2013. Dan il-perċentwal naqas wara l-2013. Minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-fertilizzanti tan-nitroġenu fi Franza mill-2013 kif ippubblikat fl-“Agreste Bilan conjoncturel 2017 – Décembre 2017” (ara http://agreste.agriculture.gouv.fr/conjoncture/bilans-annuels-conjoncturels/), wieħed jista' raġonevolment jassumi li fil-kampanja 2017/2018 f'azjenda agrikola speċjalizzata fil-qamħ komuni fi Franza li kienet tuża l-UAN bħala l-uniku sors ta' fertilizzant tan-nitroġenu, l-UAN kien jirrappreżenta sa 10 % tal-kostijiet totali tal-produzzjoni.
(26) Dan il-perċentwal ikun ta' 5 % jekk jiġi kkalkolat bid-data fin-nota ta' qiegħ il-paġna 24.
(27) Fid-dawl tar-“Rapport dwar l-azjendi agrikoli taċ-ċereali tal-UE bbażat fuq id-data tal-FADN tal-2013”, DĠ AGRI, p. 44, f'azjenda agrikola speċjalizzata fil-qamħ komuni fi Franza, fl-2013, il-fertilizzanti (it-tipi kollha) kienu jirrappreżentaw EUR 286/ettaru. 15,4 % huwa r-riżultat miksub meta wieħed jiddividi 286 EUR bis-somma tal-kostijiet operattivi (1 003 EUR/ettaru) u tad-deprezzament (298 EUR/ettaru).
(28) Fid-dawl tar-“Rapport dwar l-azjendi agrikoli taċ-ċereali tal-UE bbażat fuq id-data tal-FADN tal-2013”, DĠ AGRI, p. 44, f'azjenda agrikola speċjalizzata fil-qamħ komuni fi Franza, fl-2013, il-fertilizzanti (it-tipi kollha) kienu jirrappreżentaw EUR 286/ettaru. Għalhekk ġie preżunt li f'azjenda agrikola bħal din, l-UAN kien jirrappreżenta sa EUR 200/ettaru (70 % ta' EUR 286/ettaru, billi l-fertilizzanti tan-nitroġenu jammontaw għal 70 % tal-użu totali ta' fertilizzanti fl-UE), li huwa 13 % tal-kostijiet totali tal-produzzjoni fl-2013. Dan il-perċentwal naqas wara l-2013. Minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-fertilizzanti tan-nitroġenu fi Franza mill-2013 kif ippubblikat fl-“Agreste Bilan conjoncturel 2017 – Décembre 2017” (ara http://agreste.agriculture.gouv.fr/conjoncture/bilans-annuels-conjoncturels/), wieħed jista' raġonevolment jassumi li fil-kampanja 2017/2018 f'azjenda agrikola speċjalizzata fil-qamħ komuni fi Franza li kienet tuża l-UAN bħala l-uniku sors ta' fertilizzant tan-nitroġenu, l-UAN kien jirrappreżenta sa 10 % tal-kostijiet totali tal-produzzjoni.
(29) Dan il-perċentwal ikun ta' 5 % jekk ikkalkolat bid-data fin-nota ta' qiegħ il-paġna 23.
(30) “EU Agricultural Outlook for the Agricultural markets and Income 2017-2030, il-Kummissjoni Ewropea, 2017, p. 68, fost l-oħrajn.
(31) L-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa Irlandiżi tirrikonoxxi li l-bdiewa Irlandiżi jħallsu fost l-ogħla prezzijiet fid-dinja għall-fertilizzanti tagħhom (t18.010593). Ir-rikorrent jorbot dan il-fatt mal-għajbien, snin ilu, tal-produttur lokali tal-fertilizzanti (t18.011682).
(32) L-impronta tal-karbonju tan-nitrat tal-ammonju fl-UE hija 1,1 tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 / tunnellata tal-prodott, 2.3 fl-Istati Uniti tal-Amerka u 2.6 fir-Russja. Sors: “Growing together”, Fertilizers Europe, 2018.
(33) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, Il-Belġju.