2003L0097 — MT — 19.04.2005 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETIVA 2003/97/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-10 ta’ Novembru dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni skond it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi, li temenda d-Direttiva 70/156/KEE u tħasar id-Direttiva 71/127/KEE (ĠU L 025, 29.1.2004, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
Direttiva tal-Kummissjoni 2005/27/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE tad-29 ta' Marzu 2005 |
L 81 |
44 |
30.3.2005 |
|
ID-DIRETIVA 2003/97/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Novembru dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni skond it-tip tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi, li temenda d-Direttiva 70/156/KEE u tħasar id-Direttiva 71/127/KEE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),
Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),
Billi:|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 71/KEE ta’ l-1 ta’ Marzu 19871 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mirja li juru lura tal-vetturi bilmutur ( 4 ) kienet adottata bħala waħda mid-direttivi separati tal-proċeduri għall-approvazzjoni skond it-tip li kienet stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni skond it-tip tal-vetturi bil-mutur u tal-karrijiet tagħhom ( 5 ). B’konsegwenza ta’ dan, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE li għandha x’taqsam mas-sistemi, il-kompnenti u l-unitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għad-Direttiva 71/127/KE. |
|
(2) |
Id-dispożizzjonijiet eżistenti, b’mod partikolari fil-każ tal-kategoriji N2, N3, M2 u M3, ġew ippruvati inadegwati rigward il-firxa esterjuri tal-viżjoni rigward il-ġenb, il-quddiem u l-wara tal-vettura. Sabiex jiġi rrimedjat dan in-nuqqas, huwa meħtieġ li ssir estensjoni għall-firxa tal-viżjoni. |
|
(3) |
Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba u l-istat preżenti l-iktar avvanzat, huwa issa possibbli li jiġu amplifikati ċerti ħtiġiet tad-Direttiva 71/127/KEE bil-ħsieb li tittejjeb is-sigurtà fuq it-triq u jiġi permess li l-użu tal-mirja jiġi ssupplimentat b’teknoloġiji oħra. |
|
(4) |
Meta jitqiesu n-natura u n-numru tal-bidliet meħtieġa għall-ħtiġiet fis-seħħ illum, huwa tal-parir li titħassar id-Direttiva 71/127/KEE u tinbidel mill-ġdid b’din id-Direttiva. Ġaladarba l-approvazzjoni skond it-tip u l-konformità tal-proċedura tal-produzzjoni huma pprovvduti fid-Direttiva 70/156/KEE, mhux meħtieġ li jiġu mtennija f’din id-Direttiva. |
|
(5) |
L-Annessi mad-Direttiva 70/156/KEE għandhom jiġu emendati kif jixraq, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Il-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jarmonizza r-regoli li għandhom x’jaqsmu ma l-approvazzjoni skond it-tip tal-mezzi tal-viżjoni indiretta u tal-vetturi mgħammra b’dawn il-mezzi.
Dawn ir-regoli jinsabu fl-Annessi ma’ din id-Direttiva.
Għall-għan ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur kif iddefdinita fit-Taqsima A ta’ l-Anness II mad-Direttiva 70/156/KEE.
Artikolu 2
1. B’effett mis-26 ta’ Jannar 2005, l-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mad-direttivi rigward il-viżjoni indiretta,
— jirrifjutaw li jikkonċedu approvazzjon KE skond it-tip jew approvazzjoni nazzjonali skond it-tip lil vettura jew mezz tal-viżjoni indiretta,
— jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz lill-vetturi jew lill-mezzi tal-viżjoni indiretta,
1. jekk il-vetturi jew il-mezzi tal-viżjoni indiretta jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.
2. B’effett mis-26 ta’ Jannar 2005, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jikkonċedu approvazzjoni KE skond it-tip lil kull tip ta’ vettura għar-raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-mezz tal-viżjoni indiretta jew lil kull tip ġdid ta’ viżjoni indiretta, jekk ma jitwettqux il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.
Madankollu, din id-data għandha tiġi posposta bi 12-il xahar rigward il-ħtiġiet li jirrgwardaw mera ta’ quddiem tal-klassi VI bħala komponent fuq il-vetturi u l-istallazzjoni tagħha.
3. B’effett mis-26 ta’ Jannar 2005, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-approvazzjoni nazzjonali skond it-tip lil kull tip ġdid ta’ vettura għar-raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-mezz tal-viżjoni indiretta, jekk ma jitwettqux il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.
Madankollu, din id-data għandha tiġi posposta bi 12-il xahar rigward il-ħtiġiet li jirrigwardaw mera ta’ quddiem tal-klassi VI bħala komponent fuq il-vetturi u l-istallazzjoni tagħha.
4. B’effett mis-26 ta’ Jannar 2010 għall-vetturi tal-kategorji M1 u N1, u b’effett mis-26 ta’ Jannar 2007 għall-vetturi tal-kategorija l-oħra, l-Istati Membri:
— (a) għandhom jikkunsidraw illi ċ-ċertrifikati tal-konformità li jakkupanjaw il-vetturi l-ġodda skond id-Direttiva 70/156/KEE ma jkunux iktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 7(1) ta’ din id-Direttiva,
— għandhom jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz tal-vetturi,
4. għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-mezz tal-viżjoni indiretta li ma jikkonformawx mal-ħiġiet ta’ din id-Direttiva.
5. B’effett mis-26 ta’ Jannar 2010 għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, u b’effett mis-26 ta’ Jannar 2007, għall-vetturi kollha tal-kategoriji l-oħra, għandhom japplikaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li għandhom x’jaqsmu mal-mezz tal-viżjoni indiretta bħala komponent għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE.
6. Minkejja l-paragrafi 2 u 5, għall-għanijiet tal-partijiet tal-bdil, l-Istati Membri għandhom jissoktaw jikkonċedu l-appovazzjoni KE skond it-tip u jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tal-komponenti jew ta’ unitajiet tekniċi separati maħsuba għalbiex jintużaw fuq tipi ta’ vetturi li kienu ġew approvati qabel is-26 ta’ Jannar 2007, skond id-Direttiva 71/127/KEE u, meta japplikaw, l-estenzjonijiet sossgwenti għal dawn l-approvazzjonijiet.
7. Minkejja l-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jissoktaw jikkonċedu approvazzjoni nazzjonali skond it-tip għal-kull tip ġdid ta’ vettura artikolata tal-kategoriji M2 u M3, klassi I, kif iddefinit fil-punt 2,1,1 ta’ l-Anness I mad-Direttiva 2001/85/KE ( 6 ), komposta minn mill-inqas tliet partijiet riġidi artikolati, li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sakemm jiġu rrispettati l-ħtiġiet rigward il-firxa tal-viżjoni tas-sewwieq kif riferit fil-punt 5 ta’ l-Anness III ma’ din id-Direttiva.
8. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jikkontribwixxu wkoll sabiex jistabbilixxu livell għoli ta’ protezzjoni fil-kuntest ta’ l-armonizzazzjoni internazzjonali tal-leġislazzjoni f’din iż-żona. Għalhekk, malajr kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni ghandha tissottometti proposta lill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Ewropa bil-għan li jiġu allineati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament 46 ta’ l-UNECE mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
Sas-26 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni għandha twettaq studju ddettaljat għalbiex taċċerta jekk l-emendi introdotti b’din id-Direttiva ikunx qiegħed ikollhom effett pożittiv fuq is-sigurtà fuq it-triq, b’mod partikolari rigward il-pedestrijani, iċ-ċiklistu u utenti oħra vulnerabbli tat-triq. Fuq il-bażi ta’ dawn is-sejbiet, il-Kummissjoni għandha tipproponi, jekk meħtieġa, miżuri addizjonali leġislattivi għal-iktar titjib fil-kamp tal-viżjoni indiretta.
Artikolu 4
Id-Direttiva 70/156/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:
1. fl-Anness I, il-punt 9.9 jiġi mibdul b’dan li ġej:
“9.9. Il-Mezzi tal-viżjoni indiretta
|
9.9.1. |
Il-Mirja (iddikjara għal kull mera): … 9.9.1.1. Il-Għamla: … 9.9.1.2. Il-Marka KE ta’ l-approvazzjoni skond it-tip: … 9.9.1.3. Il-Varjant: … 9.9.1.4. Tpinġija/iet għall-identifikazzjoni tal-mera li turi/juru l-pożizzjoni tal-mera relattiva għall-istruttura tal-vettura: … 9.9.1.5. Id-dettalji rigward il-metodu tat-twaħħil inkluża dik il-parti ta’ l-istruttura tal-vettura li magħha tkun imwaħħla: … 9.9.1.6. It-tagħmir bil-għażla li jista’ jaffettwa l-firxa tal-vista fuq in-naħa ta’ wara: … 9.9.1.7. Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettriċi (jekk ikun hemm minnhom) tas-sistema ta’ l-aġġustament: … |
|
9.9.2. |
Mezzi oħra tal-viżjoni indiretta għajr il-mirja: … 9.9.2.1. It-tip u l-karatteristiċi (bħalma hija deskrizzjoni kompleta tal-mezz): … 9.9.2.1.1. Fil-każ ta’ mezz li jimmonitorja bil-camera, id-distanza tal-wiri tal-vista (mm), il-kuntrast, il-firxa tad-dawl rifless, il-korrezzjoni tal-leħħ qawwi tad-dawl, it-twettiq tax-xogħol tal-wiri (iswed u abjad/bil-kulur), il-frekwenza tat-tennija tad-dehra, kemm ilaħħaq id-dawl tal-monitor … 9.9.2.1.2. Tpinġijiet iddetaljati biżżejjed għalbiex jidentifikaw il-mezz komplet, inklużi l-istruzzjonijiet ta’ l-istallazzjoni; il-pożizzjoni tal-marka KE ta’ l-approvazzjoni skond it-tip trid tiġi identifikata fuq it-tpinġijiet: …” |
2. fl-Anness III, il-punt 9.9 jiġi mibdul b’dan li ġej:
“9.9. Il-Mezzi tal-viżjoni indiretta
|
9.9.1. |
Il-Mirja (iddikjara għal kull mera): … 9.9.1.1. Il-Għamla: … 9.9.1.2. Il-Marka KE ta’ l-approvazzjoni skond it-tip: … 9.9.1.3. Il-Varjant: … 9.9.1.4. Tpinġija/iet għall-identifikazzjoni tal-mera li turi/juru l-pożizzjoni tal-mera relattiva ma’ l-istruttura tal-vettura: … 9.9.1.5. Id-dettalji rigward il-metodu tat-twaħħil inkluża dik il-parti ta’ l-istruttura tal-vettura li magħha tkun imwaħħla: … 9.9.1.6. It-tagħmir bil-għażla li jista’ jaffettwa l-firxa tal-vista fuq in-naħa ta’ wara: … 9.9.1.7. Deskrizzjoni qasira tal-komponenti elettriċi (jekk ikun hemm minnhom) tas-sistema ta’ l-aġġustament: … |
|
9.9.2. |
Mezzi oħra tal-viżjoni indiretta għajr il-mirja: … 9.9.2.1. It-tip u l-karatteristiċi (bħalma hija deskrizzjoni kompleta tal-mezz): … 9.9.2.1.1. Fil-każ ta’ mezz li jimmonitorja bil-camera, id-distanza tal-wiri tal-vista (mm), il-kuntrast, il-firxa tad-dawl rifless, il-korrezzjoni tal-leħħ qawwi tad-dawl, it-twettiq tax-xogħol tal-wiri (iswed u abjad/bil-kulur), il-frekwenza tat-tennija tad-dehra, kemm ilaħħaq id-dawl tal-monitor … 9.9.2.1.2. Tpinġijiet iddetaljati biżżejjed għalbiex jidentifikaw il-mezz komplet, inklużi l-istruzzjonijiet ta’ l-istallazzjoni; il-pożizzjoni tal-marka KE ta’ l-approvazzjoni skond it-tip trid tiġi identifikata fuq it-tpinġijiet: …” |
3. L-Anness 1V huwa hawnhekk emendat kif ġej:
— il-punt 8 tal-Part I tat-tabella I għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
—
|
“Is-Suġġett |
In -Numru tad-Direttiva |
Ir-riferenza fil-Ġurnal Uffiċjali |
L-applikabbiltà |
|||||||||
|
M1 |
M2 |
M3 |
N1 |
N2 |
N3 |
O1 |
O2 |
O3 |
O4 |
|||
|
… |
||||||||||||
|
8. Il-Mezzi tal-viżjoni indiretta |
2003/97/KE |
L 25 tad- tad-29.1.2004 |
X |
X |
X |
X |
X |
X’” |
||||
— fil-punt 8 tal-Parti I, il-frażi “mirja li juru fuq wara” għandha tiġi mibdula bil-frażi “mezzi tal-viżjoni indiretta”,
— fil-punt 8 tal-Parti II, il-frażi “mirja li juru fuq wara” għandha tiġi mibdula bil-frażi “mezzi tal-viżjoni indiretta”,
4. fil-punt 8 ta’ l-Appendiċijiet 1 u 2 ma’ l-Anness XI, il-frażi “mirja li juru fuq wara” għandha tiġi mibdula bil-frażi “mezzi tal-viżjoni indiretta”,
Artikolu 5
1. L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-24 ta’ Jannar 2005. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewliena fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 6
Id-Direttiva 71/127/KEE għandha tiġi mħassra b’effett mill-24 ta’ Jannar 2010.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala li jkunu magħmula għal din id-Direttiva u għandhom jiġu moqrija skond il-tabella tal-korrelazzjoni ddikjarata fl-Anness IV.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
IL-LISTA TA' L-ANNESSI
|
L-Anness I |
Id-Definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-approvazzjoni KE skond it-tip |
|
|
L-Appendiċi 1 |
Id-dokument tat-tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-approvazzjoni KE skond it-tip ta' mezz tal-viżjoni indiretta |
|
|
L-Appendiċi 2 |
Iċ-Ċertifikat ta' l-approvazzjoni skond it-tip ta' komponent Mudell KE rigward mezz tal-viżjoni indiretta |
|
|
L-Appendiċi 3 |
Id-dokument tat-tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-approvazzjoni KE skond it-tip rigward vettura |
|
|
L-Appendiċi 4 |
Iċ-Ċertrifikat ta' l-approvazzjoni skond it-tip rigward vettura fejn tidħol l-istallazzjoni tal-mezz tal-viżjoni indiretta |
|
|
L-Appendiċi 5 |
Il-Marka KE ta' l-approvazzjoni skond it-tip lill-kompenent |
|
|
L-Appendiċi 6 |
Il-Proċedura sabiex jiġi stabbilit il-punt H u sabiex jiġu vverifikati l-posizzjonijiet relattiva tal-punti R u H |
|
|
L-ANNESS II |
L-Ispeċifikazzjonijiet tad-disinni u t-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni KE skond it-tip lill-kompenent rigward mezz tal-viżjoni indiretta |
|
|
L-Appendiċi 1 |
Il-Proċedura għalbiex jiġi stabbilit ir-raġġ tal-kurvatura 'r' tal-wiċċ ta' mera li jirrifletti |
|
|
L-Appendiċi 2 |
Il-Metodu tat-testijiet għalbiex jistabbilixxu r-riflettività |
|
|
L-Anness III |
Il-Ħtiġiet li jirrigwardaw it-twaħħil tal-mirja u mezzi oħra tal-viżjoni indiretta mal-vetturi |
|
|
L-Appendiċi |
Il-kalkolu tal-kxif tad-distanza. |
|
|
l-Anness IV: |
It-Tabella tal-korrelazzjoni pprovvduta fl-Artikolu 6 |
|
L-ANNESS I
ID-DEFINIZZJONIJIET U D-DISPOSIZZJONIJIET AMMININISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI KE SKOND IT-TIP
1. ID-DEFINIZZJONIJIET
|
1.1. |
“Mezzi tal-viżjoni indiretta” tfisser il-mezzi għalbiex tiġi osservata ż-żona tat-traffiku li tmiss mal-vettura li ma tistax tiġi osservata bil-viżjoni diretta. Dawn jistgħu jkunu mirja konvenzjonali, monitors tal-cameras jew mezzi oħra kapaċi jippreżentaw tagħrif dwar il-firxa indiretta tal-viżjoni lis-sewwieq.
|
|
1.2. |
“Vetturi tal-kategoriji M1, M2, M3, N1, N2, N3” ifissru dawk iddefiniti fil-Parti A ta' l-Anness II mad-Direttiva 70/156/KEE.
|
2. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI KE SKOND IT TIP TAL-KOMPONENT GĦAL MEZZ TA' VIŻJONI INDIRETTA
|
2.1. |
L-applikazzjoni għal approvazzjoni KE skond it-tip ta' komponent għal tip ta' mezz ta' viżjoni indiretta għandha ssir mill-fabbrikant. |
|
2.2. |
Id-dokument tat-tagħrif dwar il-mudell huwa riprodott fl-Appendiċi 1 ma' dan l-Anness. |
|
2.3. |
Għal kull tip ta' mezz ta' viżjoni indiretta l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn: 2.3.1. Fil-każ tal-mirja, erba' kampjuni: tlieta sabiex jintużaw fit-testijiet u waħda sabiex tinżamm fil-laboratorju għal kull eżami ieħor li jista' jiġi ppruvat meħtieġ sossegwentement. Jista' jkun hemm il-ħtieġa ta' kampjuni addizzjonali fuq it-talba tal-laboratorju. 2.3.2. Fil-każ ta' mezzi oħra tal-viżjoni indiretta, kampjun tal-partijiet kollha. |
3. L-ISKRIZZJONIJIET
Kampjuni oħra ta' mera jew mezz ta' viżjoni indiretta għajr mera ssottomessa għall-approvazzjoni KE skond it-tip għal komponent iridu jġorru l-marka tal-fabbrika jew l-isem ta' l-applikant li jkunu jidhru biċ-ċar u ma jitħassrux u jistgħu jippermettu spazju biżżejjed għall-iskrizzjoni tal-marka KE ta' l-approvazzjoni skond it-tip lill-kompenent; dan l-ispazju jrid jiġi indikat fid-disinni riferiti fil-punt 1.2.1.2 ta' l-Appendiċi 1 ma' dan l-Anness.
4. L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI KE SKOND IT-TIP TA' VETTURA RIGWARD L-INSTALLAZZJONI TAL-MEZZI TA' VIŻJONI INDIRETTA
|
4.1. |
L-applikazzjoni għal approvazzjoni KE skond it-tip ta' vettura rigward il-mezzi ta' viżjoni indiretta għandha ssir mill-fabbrikant. |
|
4.2. |
Id-dokument tat-tagħrif dwar il-mudell huwa riprodott fl-Appendiċi 3 ma' dan l-Anness. |
|
4.3. |
Għal kull tip ta' vettura l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn: 4.3.1. Vettura rappreżentattiva tat-tip, bil-vettura tkun, jekk meħtieġ, stabbilita bi ftehim mad-dipartiment tekniku responsabbli mill-kondotta tat-testijiet. |
5. L-APPROVAZZJONI KE SKOND IT-TIP LILL-KOMPENENT
5.1. Ġaladarba jkunu ġew sodisfatti l-ħtiġiet, għandha tiġi konċessa l-approvazzjoni KE skond it-tip lill-kompenent u numru ta' l-approvazzjoni skond it-tip lill-komponnt, skond l-Anness VII mad-Direttiva 70/156/KEE, maħruġa rigward kull mera jew mezz ta' viżjoni indiretta għajr mera.
5.2. In-numru ma għandu jiġi assenjat lill-ebda tip ieħor ta' mezz ta' viżjoni indiretta.
5.3. Iċ-ċertifikat mudell ta' l-appovazzjoni KE skond it-tip huwa riprodott fl-Appendiċi 2 ma' dan l-Anness.
6. IL-GĦOTI TAL-MARKA
Kull mezz ta' viżjoni indiretta li jikkonforma ma' tip li rigward tiegħu tkun ġiet konċessa l-approvazzjoni skond it-tip għall-kompenent skond din id-Direttiva għandu jġorr marka KE ta' l-approvazzjoni skond it-tip għall-kompenent kif speċifikat fl-Appendiċi 5.
7. L-APPROVAZZJONI KE SKOND IT-TIP TAL-VETTURA
7.1. Ġaladarba jkunu ġew sodisfatti l-ħtiġiet, għandha tiġi konċessa l-approvazzjoni KE skond it-tip tal-vettura rigward kull tip ta' vettura.
7.2. Iċ-ċertifika mudell ta' l-appovazzjoni KE skond it-ip huwa riprodott fl-Appendiċi 4 ma' dan l-Anness.
7.3. Għandu jiġi assenjat numru għall-approvazzjoni skond it-tip skond l-Anness VII mad-Direttiva 70/156/KEE lil kull tip ta' vettura. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura.
8. IL-MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONI
8.1. Meta jsiru modifiki tait-tip f'tip ta' vettura jew tip ta' mezz ta' viżjoni indiretta approvati skond din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE.
9. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI (IL-VETTURI U L-KOMPONENTI)
9.1. Għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.
L-Appendiċi 1
Id-dokument tat-tagħrif Nru… li għandu x'jaqsam ma' l-approvazzjoni KE skond it-tip ta' mezz tal-viżjoni indiretta
Id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
It-tagħrif li ġej, jekk japplika, irid jiġi fornit fi tliet kopji u jrid jinkludi lista tal-kontenut. Kull disinn/tpinġija trid tiġi fornita skond l-iskala approprjata u f'dettal biżżejjed fuq daqs tal-karta A4 fuq folder tal-format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm minnhom, iridu juru biżżejjed dettal.
0. ĠENERALI
0.1. Il-Għamla (l-isem kummerċjali tal-fabbrikant): …
0.2. It-Tip: …
0.3. Il-mezz ta' l-idenifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-mezz: …
0.4. Il-Kategorija tal-vettura li għalija hu maħsub il-mezz: …
0.5. Isem u l-indirizz tal-fabbrikant: …
0.7. Il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka KE ta' l-approvazzjoni skond it-tip: …
0.8. L-Indirizz/i ta' l-impjant/i tal-produzzjoni: …
1. ILMEZZ TAL-VIŻJONI INDIRETTA
|
1.1. |
Il-Mirja (iddikjara għal kull mera) 1.1.3. Il-Varjant: … 1.1.4. It-Tpinġija/iet għall-identifikazzjoni tal-mera: … 1.1.5. Id-dettalji tal-metodu tat-twaħħil: … |
|
1.2. |
Il-mezzi tal-viżjoni indiretta għajr il-mirja
|
L-Appendiċi 2
Iċ-Ċertifikat ta' l-approvazzjoni skond it-tip ta' komponent Mudell KE għal mezz tal-viżjoni indiretta
L-Appendiċi 3
Id-dokument tat-tagħrif Nru.… li għandu x'jaqsam ma' l-approvazzjoni KE skond it-tip tal-vettura
Id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
It-tagħrif li ġej, jekk japplika, irid jiġi fornit fi tliet kopji u jrid jinkludi lista tal-kontenut. Kull disinn/tpinġija trid tiġi fornita skond l-iskala approprjata u f'dettal biżżejjed fuq daqs tal-karta A4 fuq folder tal-format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm minnhom, iridu juru biżżejjed dettal.
0. ĠENERALI
|
0.1. |
Il-Għamla (l-isem kummerċjali tal-fabbrikant): … |
|
0.2. |
It-Tip: … 0.2.1. Commercial description (if applicable): … 0.2.1. Id-Deskrizzjoni kummerċjali (jekk tapplika): … |
|
0.3. |
Il-mezz ta' l-idenifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura: … 0.3.1. Il-Post ta' din il-marka: … |
|
0.4. |
Il-Kategorija tal-vettura ( 8 ): … |
|
0.5. |
Isem u l-indirizz tal-fabbrikant: … |
|
0.8. |
L-Indirizz/i ta' l-impjant/i tal-produzzjoni: … |
1. IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA
|
1.1. |
Ritratti u/jew tpinġijiet ta' vettura rappreżentattiva: … |
|
1.7. |
Il-kamra tas-sewqan (kontroll minn quddiem jew imsaqqfa) ( 9 ): … |
|
1.8. |
Il-pożizzjoni tas-sewqan: fuq ix-xellug/fuq il-lemin ( 10 ): … 1.8.1. Il-vettura hija mgħammra sabiex tiġi minsjuqa fit-traffiku fuq ix-xellug/fuq il-lemin ( 11 ): … |
|
2.4. |
Il-firxa tal-qisien tal-vettura (ġenerali): …
|
|
9. |
IL-BODY
|
L-Appendiċi 4
Iċ-Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni skond it-tip rigward vettura fejn tidħol l-istallazzjoni tal-mezz tal-viżjoni indiretta
L-Appendiċi 5
Il-Marka KE ta’ l-approvazzjoni skond it-tip lill-kompenent
1. ĠENERALI
1.1. Il-marka KE ta' l-approvazzjoni skond it-tip għandha tikkonsisti f'rettangolu li jdawwar l-ittra “e” tal-kaxxa ta' isfel tat-tipi segwita min-numru li jiddistingwiha ta' l-Istat Membru li jkun ikkonċeda l-approvazzjoni skond it tip tal-komponent: 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, ►M1 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, ◄ 9 għal Spanja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għall-Lussemburgu, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, ►M1 20 għall-Polonja, ◄ 21 għall-Porrtugall, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, ►M1 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 29 għall-Estonja, 32 għal-Latvja, 36 għal-Litwanja, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta ◄ . Trid tinkludi wkoll qrib ir-rettangolu, in-numu ta' l-approvazzjoni KE skond it-tip lill-kompenent. Dan in-numru għandu jikkonsisti min-numru ta' l-approvazzjon skond it-tip tal-kompenent muri fuq iċ-ċertifikat ikkompletat għat-tip (ara l-Appendiċi 3), ippreċedut minn żewġ ċifri li jindikaw in-numu tas-sekwenza ta' l-aħħar emenda għal din id-Direttiva fid-data li fiha tkun ġiet konċssa l-approvazzjoni skond it-tip tal-kompenent. In-numru tas-sekwenza ta' l-emenda u n-numru ta' l-approvazzjoni skond it-tip murija fuq iċ-ċertifikat għandhom ikunu mifruda minn xulxin b'asterisk (*). F'din id-Direttiva in-numru tas-sekwenza huwa 03.
1.2. Il-marka ta' l-approvazzjoni skond it-tip tal-komponent għandha tiġi kkompletata biż-żieda tas-simbolu I jew II jew III jew IV jew V jew VI, li jispeċifika l-klassi li għaliha tappartjieni l-mera jew is-simbolu S fil-każ ta' kull mezz ieħor tal-viżjoni indiretta għajr mera. Is-simbolu addizzjonali għandu jitqiegħed f'kull pożizzjoni konvenjenti qrib irrettangolu li jkun fihl l-ittra “e”.
1.3. Il-marka KE ta' l-approvazzjoni skond it-tip tal-komponnt u s-simbolu addizzjonali għandhom jiġu miktuba b'mod li ma jitħassarx fuq parti integrali tal-mera jew kull mezz ieħor ta' viżjoni indiretta għajr mera hekk illi tkunu tidher biċ-ċar saħansitra wara li l-mera jew mezz ieħor tal-viżjoni indiretta jkunu ġew immontati fuq il-vettura.
2. EŻEMPJI TAL-MARKA KE TA' L-APPROVAZZJONI SKOND IT-TIP TAL-KOMPONENT
|
2.1. |
Qegħdin jingħataw hawn taħt ħames eżempji tal-marki KE ta' l-approvazzjoni skond it-tip tal-komponent, ikkompletati bis-simbolu addizzjonali. |
|
L-Eżempju 1:
Il-mera li ġġorr il-marka KE ta' l-approvazzjoni skond it-tip tal-komponent murija hawn fuq hija mera tal-Klassi I (vista interjuri fuq in-naħa ta' wara), li ġiet approvata fi Franza (e2) bin-numru 03*3500. L-Eżempju 2:
Il-mera li ġġorr il-marka KE ta' l-approvazzjoni skond it-tip tal-komponent murija hawn fuq hija mera tal-Klassi II (vista interjuri fuq in-naħa ta' wara), li ġiet approvata fl-Olanda (e4) bin-numru 03*1870. L-Eżempju 3:
Il-mera li ġġorr il-marka KE ta' l-approvazzjoni skond it-tip tal-komponent murija hawn fuq hija mera tal-Klassi V (prossimità mill-qrib), li ġiet approvata fil-Greċja (e25) bin-numru 03*3901. L-Eżempju 4:
Il-mera li ġġorr il-marka KE ta' l-approvazzjoni skond it-tip tal-komponent murija hawn fuq hija mera tal-Klassi IV (vista interjuri fuq in-naħa ta' wara - angolu wiesa'), li ġiet approvata fl-Italja (e3) bin-numru 03*1248. L-Eżempju 5:
Spjega: Il-mera li ġġorr il-marka KE ta' l-approvazzjoni skond it-tip tal-komponent murija hawn fuq hija mezz ieħor tal-viżjoni indiretta (S), għajr mera, li ġie approvat fl-Olanda (e4) bin-numru 03*3002. |
L-Appendiċi 6
Il-Proċedura sabiex jiġi stabbilit il-punt H u sabiex jiġu vverifikati l-posizzjonijiet relattivi tal-punti R u H
Japplikaw il-partijiet rilevanti ta' l-Anness III mad-direttiva 77/649/KEE.
Appendiċi 7
Determinazzjoni tal-punti okulari għal seat li għandu dahar bl-angolu fiss
1. Il-pożizzjoni tal-punti okulari b’relazzjoni mal-punt R għandha tkun aġġustata kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt b’koordinati X mill-grada ta’ referenza tridimensjonali. It-tabella tindika l-koordinati bażiċi għal seat li għandu dahar bl-angolu fiss ta’ 25 grad. Il-grada ta’ referenza tridimensjonali għall-koordinati hija kif definita f’punt 2.3 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 77/649/KEE kif emendata.
|
L-angolu tad-dahar tas-seat |
Koordinati orizzontali |
|
(fi gradi) |
ΔX |
|
25 |
68 mm |
2. Aktar korrezzjoni għall-seats li għandhom dahar bl-angolu fiss li m’humiex ta’ 25 grad
It-tabella ta’ hawn taħt tindika aktar korrezzjonijiet, mill-pożizzjoni okulari ta’ seat b’dahar bl-angolu fiss ta’ 25 grad, li ssir għall-koordinati X u Z tal-punti okulari meta d-disinn tas-seat b’dahar bl-angolu ma jkunx ta’ 25 grad.
|
L-angolu tad-dahar tas-seat |
Koordinati orizzontali |
Koordinati vertikali |
|
(fi gradi) |
ΔX |
ΔZ |
|
5 |
– 186 mm |
28 mm |
|
6 |
– 177 mm |
27 mm |
|
7 |
– 167 mm |
27 mm |
|
8 |
– 157 mm |
27 mm |
|
9 |
– 147 mm |
26 mm |
|
10 |
– 137 mm |
25 mm |
|
11 |
– 128 mm |
24 mm |
|
12 |
– 118 mm |
23 mm |
|
13 |
– 109 mm |
22 mm |
|
14 |
– 99 mm |
21 mm |
|
15 |
– 90 mm |
20 mm |
|
16 |
– 81 mm |
18 mm |
|
17 |
– 72 mm |
17 mm |
|
18 |
– 62 mm |
15 mm |
|
19 |
– 53 mm |
13 mm |
|
20 |
– 44 mm |
11 mm |
|
21 |
– 35 mm |
9 mm |
|
22 |
– 26 mm |
7 mm |
|
23 |
– 18 mm |
5 mm |
|
24 |
– 9 mm |
3 mm |
|
25 |
0 mm |
0 mm |
|
26 |
9 mm |
– 3 mm |
|
27 |
17 mm |
– 5 mm |
|
28 |
26 mm |
– 8 mm |
|
29 |
34 mm |
– 11 mm |
|
30 |
– 43 mm |
– 14 mm |
|
31 |
51 mm |
– 18 mm |
|
32 |
59 mm |
– 21 mm |
|
33 |
67 mm |
– 24 mm |
|
34 |
76 mm |
– 28 mm |
|
35 |
84 mm |
– 32 mm |
|
36 |
92 mm |
– 35 mm |
|
37 |
100 mm |
– 39 mm |
|
38 |
108 mm |
– 43 mm |
|
39 |
115 mm |
– 48 mm |
|
40 |
123 mm |
– 52 mm |
L-ANNESS II
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAD-DISINN U T-TESTIJIET MEĦTIEĠA GĦALL-APPROVAZZJONI KE SKOND IT-TIP GĦAL MEZZ TAL-VIŻJONI INDIRETTA
A. IL-MIRJA
1. L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali
|
1.1. |
Il-mirja kollha jridu jkunu jistgħu jiġu aġġustati. |
|
1.2. |
It-tarf tal-wiċċ li jirrifletti jrid ikun imdaħħal fi kwadru fejn joqgħod (oġġett li jżomm, eċċ.) li, fuq il-perimetru tiegħu, irid ikollu l-valur c ikbar minn jew egwali għal 2,5 mm fil-punti kollha u fid-direzzjonijiet kollha. Jekk il-wiċċ li jirrifletti jisporġi ‘l barra mill-kwadru protettiv fejn joqgħod, ir-raġġ tal-kurvatura c fuq it-tarf tal-parti li tisporġi ‘l barra ma tridx tkun inqas minn 2,5 mm u l-wiċċ li jirrifletti jrid jerġa' lura fil-kwadru protettiv li jżommu taħt forza ta' 50 N applikata fuq il-punt ta' l-ikbar sporġiment, relattiv mal-kwadru protettiv li jżommu, f'direzzjoni orizzontali bejn wieħed u ieħor parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali tal-vettura. |
|
1.3. |
Meta mera tiġi mmuntata fuq wiċċ wati, irrispettivament mill-pożizzjoni ta' l-aġġustament tal-mezz, inklużi dawk il-partijiet li jibqgħu mwaħħla ma' l-appoġġ wara t-test ipprovvdut fil-punt 4.2 li jkunu f'kuntatt potenzali, statiku ma' sfera jew ta' dijametru ta' 165 mm fil-każ ta' mera fuq ġewwa, jew ta' dijametru ta' 100 mm fil-każ ta' mera fuq barra, irid ikollha raġġ tal-kurvatura “c” ta' mhux inqas minn 2,5 mm. 1.3.1. It-truf tat-toqob jew tad-daħliet tat-twaħħil li d-dijametru jew l-itwal dijagonal ikunu inqas minn 12-il mm huma eżentati mill-ħtiġiet tar-raġġ tal-punt 1.3 sakemm ikunu bla ponta. |
|
1.4. |
Il-mezz tat-twaħħil tal-mirja mal-vettura jrid ikun iddisinjat hekk li ċilindru ta' raġġ ta' 70 mm, li jkollu l-fus tiegħu bħala l-fus, jew wieħed mill-fusien, tal-pern jew tar-rotazzjoni li jiżguraw it-tidwir tal-mera fid-direzzjoni ta' l-impatt interessat, jgħaddi minn mill-inqas parti mill-wiċċ li miegħu jkun imwaħħal il-mezz. |
|
1.5. |
Il-partijiet tal-mirja ta' barra riferiti fil-punti 1.2 u 1.3. li jkunu magħmula minn materjal ta' l-ebusija ta' Shore A li ma jaqbżux is-60 huma eżentati mid-dispożizzjonijiet rilevanti. |
|
1.6. |
Fil-każ ta' dawk il-partijit tal-mirja fuq ġewwa li jkunu magħmula minn materjal ta' ebusija inqas minn 50 u li jkunu mmuntati fuq appoġġ riġidu, il-ħtiġiet tal-punti 1.2 u 1.3 għandhom japplikaw biss għall-appoġġ, |
2. Il-Qisien
2.1. Il-mirja ta' ġewwa li jagħtu fuq in-naħa ta' wara (il-Klassi I)
Il-qisien tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu hekk li jkun possibbli li jiddaħħal fuqhom rettangolu li naħa minnu tkun ta' 40 mm u l-oħra ta' “a” mm fit-tul, fejn
u r huwa r-raġġ tal-kurvatura
2.2. Il-Mirja ta' barra li jagħtu fuq in-naħa ta' wara (il-Klassijiet II u III)
2.2.1. Il-qisien tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu hekk li jkun possibbli li jiddaħħal fuqhom:
— rettangolu ta' għoli ta' 40 mm li t-tul tal-bażi tiegħu. imkejjel f'millimetri, ikollu l-valur ta' “a”;
— segment li jkun parallel mal-għoli tar-rettangolu u li t-tul tiegħu, espress f'millimetri, jkollu l-valur ta' “b”.
2.2.2. Il-valuri minimi tal “a” u tal-“b” huma mogħtija hawn taħt:
|
Il-Klassi tal-mera li tagħti fuq wara |
a (mm) |
b (mm) |
|
II |
|
200 |
|
III. |
|
70 |
2.3. Il-Mirja fuq barra “ta' angolu wiesa”: (il-Klassi IV)
Il-kontorni tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu ta' għamla ġeometrika sempliċi u l-qsien tagħha hekk illi tipprovdi, jekk meħtieġ, flimkien ma' mera fuq barra tal-Klassi II, il-firxa tal-viżjoni speċifikata fil-punt 5.4 ta' l-Anness III.
2.4. Il-Mirja fuq barra “ta' prossimità mill-qrib” (il-Klassi V)
Il-kontorni tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu ta' għamla ġeometrika sempliċi u l-qisien tagħha hekk illi din il-mera tipprovdi l-firxa tal-viżjoni speċifikata fil-punt 5.5 ta' l-Anness III.
2.5. Il-Mirja fuq quddiem (Il-Klassi VI)
Il-kontorni tal-wiċċ li jirrifletti jridu jkunu ta' għamla ġeometrika sempliċi u l-qisien tagħha hekk illi din il-mera tipprovdi l-firxa tal-viżjoni speċifikata fil-punt 5.6 ta' l-Anness III.
3. Il-wiċċ li jirrifletti u l-koeffiċjenti tar-rifless
|
3.1. |
Il-wiċċ ta' mera li jirrifletti jrid ikun jew ċatt jew konvess sferikament. Il-mirja ta' barra jridu jkunu mgħammra b'parti sferika addizzjonali sakemm il-mera prinċipali twettaq il-ħtiġiet tal-firxa indiretta tal-viżjoni. |
|
3.2. |
Id-differenzi bejn ir-raġġi tal-kurvatura tal-mirja 3.2.1. Id-differenza bejn il-ri jew il-r'i, u l-rp f'kull punt tar-riferiment ma tridx taqbeż ż-0.15 r. 3.2.2. Id-differenza bejn kull wieħed mir-raġġi tal-kurvatura (rp1, rp2 u rp3) u r-r ma tridx taqbeż iż-0.15 r. 3.2.3. Meta r-r ma jkunx inqas minn 3 000 mm, il-valur taż-0,15 r ikkwotat fil-punti 3.2.1 u 3.2.1 jiġi mibdul b'0, 25 r, |
|
3.3. |
Il-ħtiġiet tal-partijiet asferiċi tal-mirja 3.3.1. Il-mirja asferiċi għandhom ikunu ta' daqs u għamla biżżejjed għalbiex jippovdu tagħrif utli lis-sewwieq. Dan normalmenrt ifisser wisa' ta' 30 mm f'xi punt. 3.3.2. Ir-raġġ tal-kurvatura ri tal-parti asferika ma għandux ikun inqas minn 150 mm. |
|
3.4. |
Il-valur tar-“r” għall-mirja sferiċi ma jidx ikun inqas minn: 3.4.1. 1 200 mm għal-mirja ta' ġewwa li jagħtu fuq wara (il-Klassi I); 3.4.2. 1200 mm għall-mirja prinċipali ta' barra li jagħtu fuq wara tal-Klassijiet II u III; 3.4.3. 300 mm għall-mirja ta' barra “ta' angolu wiesa” (il-Klassi IV) u l-mirja ta' barra ta' “prossimita mill-qrib” (il-Klassi V); 3.4.4. 200 mm għall-Mirja fuq quddiem (Il-Klassi VI). |
|
3.5. |
Il-valur tal-koeffiċjent normali tar-rifless, kif stabbilit skond il-metodu deskritt fl-Appendiċi 1 ma' dan l-Anness, ma jridx ikun inqas minn 40 %. Fil-każ ta' l-uċuh li jirrflettu bi grad varjabbli ta' rifless, il-pożizzjoni “ta' matul il-jum” trid tippermetti li jingħarfu l-kuluri tas-sinjali wżati għat-traffiku bit-triq. Il-valur tal-koeffiċjent normali tar-rifless fil-pożizzjoni “ta' bil-lej” ma jridx ikun inqas minn 4 %. |
|
3.6. |
Il-wiċċ li jirrifletti irid iżomm il-karatteristiċi stabbiliti fil-punt 3.5 minkejja esposizzjoni pprolungata għal kondizzjonijiet ħżiena tat-temp waqt l-użu normali. |
4. It-Testijiet
|
4.1. |
Il-Mirja għandhom jiġu ssoġġettati għat-testijiet deskritti fil-punt 4.2.
|
|
4.2. |
It-Test ta' l-impatt It-test skond dan il-paragrafu ma jridx jitwettaq għall-mezzi intergati fil-body tal-vettura u li jipprovdu żona ta' tagħwiġ frontali ta' angolu mhux iktar minn 45o imkejjel f'relazzjoni mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali tal-vettura, jew il-mezzi li ma jisporġux b'iktar minn 100 mm imkejla lil hemm mill-body li jiċċirkonskrivihom tal-vettura skond il-74/483/KEE. 4.2.1. Id-Deskrizzjoni tar-rig tat-test
4.2.2. Id-Deskrizzjoni tat-test
|
5. Ir-Riżultati tat-test
|
5.1. |
Fit-testijiet deskritti fil-punt 4.2, il-pendlu jrid jissokta jixxengel wara l-impatt hekk illi l-idporġiment tal-pożizzjoni assunta mid-driegħ fuq il-qiċċ wati tal-ħelsien jagħmel angolu ta' mill-inqas 20o mal-vertikali. L-Eżattezza tal-kejl ta' l-angolu għandha tkun ġewwa ± 1o. 5.1.1. Din il-ħtieġa ma tapplikax għall-mirja mwaħħla mal-ħġieġa ta' quddiem, li rigward tagħhom il-ħtieġa stabbilita fil-punt 5.2 għandha tapplika wara t-test. 5.1.2. L-angolu meħtieġ għall-vertikali jitnaqqas b'minn 20o sa 10o għall-mirja kollha li jagħtu fuq in-naħa ta' wara tal-Klassijiet II u IV u għall-mirja li jagħtu fuq in-naħa ta' wara tal-Klassi III mwaħħla ma' l-istess montatura bħall-mirja tal-Klassi IV. |
|
5.2. |
Jekk tinkiser il-montatura tal-mera matul it-testijiet deskritti fil-punt 4.2 rigward il-mirja mwaħħla mal-ħġieġa ta' quddiem, il-parti li tifdal ma tridx tisporġi lil hmm mill-bażi b'iktar minn 10 mm u l-konfigurazzjoni li tifdal wara t-test trid tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1.3. |
|
5.3. |
Il-wiċċ li jirrifletti ma jridx jinkiser matul it-testijiet deskritti fil-punt 4.2. Madankollu jista' jiġi permess il-ksur tal-wiċċ li jirrifletti jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin: 5.3.1. Il-frak tal-ħġieġ jibqa' mwaħħal mad-dahar tal-kwadru li jżomm il-wiċċ li jirrifletti jew ma' wiċċ imwaħħal fis-sod mal-kaxxa li żżommu; separazzjoni parzjali tal-ħġieġa minn mad-daħar tagħha hija permissibbli sakemm din ma taqbiżx iż-2,5 mm fuq in-naħa jew l-oħra tax-xquq. Huwa permissibbli li frak żgħir irqiq jinqala' minn mal-wiċċ tal-ħġieġa mal-punt ta' l-impatt; 5.3.2. Il-wiċċ li jirrifletti jkun magħmul minn ħġieġ tas-sigurtà. |
B. MEZZI OĦRA TAL-VIŻJONI INDIRETTA GĦAJR IL-MIRJA
1. Il-Ħtiġiet ġenerali
1.1. Jekk ikun jinħtieġ aġġustament mill-utent, il-mezz tal-viżjoni indiretta għandu jkun jista' jiġi aġġustat mingħajr l-użu tal-għodda.
1.2. Jekk mezz tal-viżjoni indiretta jista' jagħti biss il-firxa totali stabbilita meta tiġi miflija l-firxa tal-viżjoni, il-proċess kollu tal-fili, il-għoti u t-tqegħid mill-ġdid fil-post fil-pożizzjoni inizjali tiegħu ma għandhomx jieħdu iktar minn żewġ sekondi flimkien.
2. Il-Mezzi tal-viżjoni indiretta bil-monitor-camera
2.1. Il-Ħtiġiet ġenerali
2.1.1. Meta mezz tal-viżjoni indiretta bil-monitor-camera jiġi mmuntat fuq wiċċ wati, il-partijiet kollha, irrispettivament mill-pożizzjoni ta' l-aġġustament tal-mezz li jkunu f'kuntatt potenzali, statiku ma' sfera jew 165 mm fid-dijametru fil-każ ta' monitor jew 100 mm id-dijametru fil-każ ta' camera, irid ikollhom raġġ tal-kurvatura “c” mhux inqas minn 2.5 mm.
2.1.2. It-truf tat-toqob jew tad-daħliet tat-twaħħil li d-dijametru jew l-itwal dijagonal ikunu inqas minn 12-il mm huma eżentati mill-ħtiġiet tar-raġġ tal-punt 2.1.1 sakemm ikunu bla ponta.
2.1.3. Rigward il-partijiet tal-camera u tal-monitor li jkunu magħmula minn materjal ta' ebusija Shore A inqas minn 60 u li jkunu mmuntati fuq appoġġ riġidu, il-ħtiġiet tal-punti 2.1,1 għandhom japplikaw biss għall-appoġġ,
2.2. Il-Ħtiġiet funzjonali
2.2.1. Il-camera għandha tiffuzjona tajjeb f'kondizzjonijiet baxxi tad-dawl tax-xemx. Il-camera għandha tipprovdi kuntrast tad-dawl ta' mill-inqas 1:3 f'kondizzjoni baxxa tax-xemx f'reġjun ‘il barra mill-parti tad-dehra meta s-sors tad-dawl rifless ikun riprodott (kondizzjoni kif iddenfinita fil-EN 12368:8.4). Is-sors tad-dawl għandu jdawwal lill-camera b'40 000lx. L-angolu bejn il-wċċ wati sensur u l-linja li tgħaqqad il-punt tan-nofs tas-sensur u s-sors tad-dawl għandu jkun ta' 10o.
2.2.2. Il-monitor għandu jagħti kuntrast minimu taħt kondizzjonijiet varji tad-dawl kif speċifikat fl-abbozz ta' l-i standard internazzjonali ISO/DIS 15008 (2).
2.2.3. Għandu jkun possibbli li d-dawl rifless tal-monitor jiġi aġġustat jew bl-id jew b'mod awtomatiku għall-kondizzjonijiet ta' mad-dwar.
2.2.4. Il-qisien tal-kuntrast tad-dawl rifless għandhom jitwettqu skond l-ISO/DIS 15008.
3. Mezzi oħra tal-viżjoni indiretta
Irid jiġi ppruvat illi l-mezz jissodisfa l-ħtiġiet li ġejjin:
3.1. Il-mezz għandu jipperċepixxi l-ispettru viżwali u għandu dejjem jagħti din id-dehra mingħajr il-ħtieġa li tiġi interpretata ġewwa l-ispettru viżwali.
3.2. Għandha tiġi ggarantita l-funzjonalità skond iċ-ċirkostanzi ta' l-użu li fiha s-sistema tiddaħħal għax-xogħol. Jiddependi mit-teknoloġija wżata għall-kisba tad-dehriet u l-preżentazzjoni tagħhom, il-punt 2,2 għandu jkun applikabbli fl-intier tiegħu jew f'parti minnu. Fil-każijiet l-oħra dan jista jinkiseb billi jiġi stabbilit u muri permezz tas-sensittività tas-sistema analoga għall-punt 2.2 li tiġi żgurata funzjoni li tkun komparabbli ma' jew aħjar minn dik meħtieġa u billi jintwera illi hija ggarantita funzjonalità li hija ekwivalenti jew aħjar minn dik meħtieġa għall-mezzi tal-mirja jew tal-monitor-camera għall-viżjoni indiretta.
L-Appendiċi 1
Il-Proċedura għalbiex jiġi stabbilit ir-raġġ tal-kurvatura “r” tal-wiċċ ta' mera li jirrifletti
1. Il-Kejl
1.1. It-Tagħmir
Jintuża sferometru bħal dak deskritt fil-Figura 3 li jkollu d-distanzi indikati bejn il-labra tat-traċċjar tal-gauge tal-wiċċ ta' l-arloġġ u saqajn fissi ta' l-istangetta.
1.2. Measuring points
1.2. Il-Punti tal-kejl
1.2.1. Ir-raġġi prinċipali tal-kurvatura għandhom jiġu mkejla fi tliet punti lokati qrib kemm jista' jkun f'terz, nofs u żewġ terzi tad-distanza matul l-ark tal-wiċċ li jirrifletti li jgħaddu minn ġoċ-ċentru ta' dan il-wiċċ li jirrifletti u paralleli mas-segment b, jew l-ark li jgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-wiċċ li jirrifletti li jkun perpendikolari għalih jekk dan l-ark ikun itwal.
1.2.2. Meta, minħabba d-daqs tal-wiċċ li jirrifletti, ma jkunx possibbli li jinkisbu kejlijiet fid-direzzjonijiet iddefiniti fil-punt 1.1.1.5 ta' l-Anness I, is-servizzi tekniċi responsabbli mit-testijiet jistgħu jieħdu l-kejlijiet fil-punt imsemmi f'żewġ direzzjonijiet perependikolari qrib kemm jista' jkun ta' dawk stabbiliti hawn fuq.
2. Il-Kalkolu tar-raġġ tal-kurvatura “r”
Il-“r” espress f'mm jiġi kkalkolat mill-formola
fejn:
|
rpl |
: |
ir-raġġ tal-kurvatura fl-ewwel punt tal-kejl, |
|
rp2 |
: |
ir-raġġ tal-kurvatura fit-tieni punt tal-kejl, |
|
rp3 |
: |
ir-raġġ tal-kurvatura fit-tielet punt tal-kejl, |
Il-Figura Nru 3 l-isferometru
L-Appendiċi 2
Il-Metodu tat-test li jistabbilixxi r-riflettività
1. ID-DEFINIZZJONIJIET
1.1. Id-dawl A ta' l-i standard CIE ( 12 ): Id-dawl kolorimetriku, li jirrispetta sħiħ dak li jagħmel ir-raġġ fi T68 = 2855,6 K.
1.2. Is-Sors A standard CIE ( 13 ): Bozza tad-dawl mimlija bil-gass tal-filament tat-tungstenu li taħdem f'temperatura ta' kulur ikkorelat ta' T68 = 2855,6 K.
1.4. Il-valuri tat-tristimulus spettrali tas-CIE ( 15 ): Il-valuri tat-tristimulus tal-komponenti spettrali ta' spettru ta' ekwi-enerġija fis-sistema tas-CIE (XYZ).
1.5. Il-Viżjoni Fotopika ( 16 ): Il-viżjoni bil-għajn normali meta tiġi addattata għall-livelli tad-dawl rifless ta' mill-inqas numru ta' cd/m2.
2. L-APPARAT
2.1. Ġenerali
L-apparat għandu jikkonsisti minn sors tad-dawl, oġġett li jżomm għall-kampjun tat-test, unità ta' riċevitur b'photodetector u arloġġ li jindika (ara l-Figura 4), u mezz għalbiex jelimina l-effetti tad-dawl barrani.
Ir-riċevitur jista' jinkorpora sfera li tintegra d-dawl għalbiex tiffaċilita l-kejl ta' kemm jistgħu jirriflettu l-mirja mhux ċatti (konvessi) (ara l-Figura 5).
2.2. Il-Karatterstiċi spettrali tas-sors tad-dawl u r-riċevitur
Is-sors tad-dawl għandu jikkonsisti minn sors A ta' l-i standard tas-CIE u ottika assoċjata għalbiex tipprovdi raġġ tad-dawl kważi- kollimat. Huwa rrakkommandat stabbilizzatur tal-voltaġġ sabiex iżomm voltaġġ fiss fil-bozza matul l-opeazzjoni ta' l-istrument.
Ir-riċevitur għandu jkollu photo-detector b'rispons spettrali pproporzjonat għall-funzjoni fotopika tal-luminosità ta' osservatur kolorimetriku standard tas-CIE(1931) (ara t-tabella). Tista' tintuża kull għaqda oħra ta' dawl rifless/filtru/riċevitur li jagħtu l-ekwivalenti ġenerali ta' dawl rifless A ta' l-i standard tas-CIE u viżjoni fotopika. Meta tintuża sfera li tintegra fir-riċevitur, il-wiċċ ta' ġewwa ta' l-isfera għandu jkun miksi b'kisja bajda mhux selettiva spettralment matta (diffusiva).
2.3. Il-Kondizzjoniiet ġeometriċi
L-angolu tar-raġġ tad-dawl inċidentali (θ) għandu preferibbilment ikun 0,44 ± 0,09 rad (25 ± 5 o) mill-perpendikolar tal-wiċċ tat-test u ma għandux jaqbeż il-limitu ta' fuq tat-tolleranza (jiġifieri 0,53 rad jew 30o). Il-fus tar-riċevitur għandu jagħmel angolu (θ) ma' dan il-perpendikolar egwali għal-dak tar-raġġ inċidentali tad-dawl (ara l-Figura 4). Ir-raġġ inċidentali tad-dawl mal-wasla fuq il-wiċċ tat-test għandu jkollu dijametru ta' mhux inqas minn 13 mm (0,5 pulzieri). Ir-raġġ tad-dawl rifless ma għandux ikun usa' miż-żona sensittiva tal-photodetector, ma għandux ikopri iktar minn 50 % ta' din iż-żona u għandu jkopri kemm jista' jkun possibbli l-istess segment taż-żona kif użat matul il-kalibrazzjoni ta' l-istrument.
Meta tintuża sfera li tintegra fit-taqsima tar-riċevitur, l-isfera għandu jkollha dijametru minimu ta' 127 mm (5 pulzieri). Il-kampjun u l-fetħiet tar-raġġ tad-dawl inċidentali fil-ħajt ta' l-isfera għandhom ikunu ta' daqs hekk illi jdaħħlu r-raġġi intieri inċidentali u tad-dawl rifless. Il-photodetector għandu jitqiegħed hekk illi ma jirċevix id-dawl dirett jew tar-raġġ tad-dawl inċidentali jew ta' dan rifless.
2.4. Il-Karatteristiċi elettriċi ta' l-unità ta' l-indikatur-photodetector
Il-produzzjoni mill-photodetector kif murija fuq l-arloġġ indikatur għandha tkun funzjoni ta' l-intensità tad-dawl taż-żona foto-sensittiva. Għandhom jiġu pprovvduti mezzi (elettriċi u/jew ottiċi) għalbiex jiffaċilitaw l-aġġustamenti il-għoti taż-żero u tal-kalibrazzjoni. Dawn il-mezzi ma għandhomx jaffettwaw il-linearità tal-karatteristiċi spettrali ta' l-istrument. L-eżattezza ta' l-indikatur-riċevitur għandha tkun ġewwa ± 2 % ta' l-iskala sħiħa, jew ± 10 % tal-manjitudini tal-qari, liema minnhom hija l-iżgħar.
2.5. L-Oġġett kampjun li jżomm
Il-mekkaniżmu għandu jkun kapaċi li jsib il-kampjun tat-test hekk li l-fusien tad-driegħ tas-sors u r-riċevitur jintersettjaw fuq il-wiċċ li jirrifletti. Il-wiċċ li jirrifletti jista' jkun qiegħed ġewwa jew fuq il-wiċċ jew l-ieħor tal-kampjun tal-mera, jiddependi jekk ikunx wiċċ ta' l-ewwel, wiċċ tat-tieni jew mera priżmatika tat-tip li “tinqaleb”.
3. IL-PROĊEDURA
3.1. Il-Metodu dirett tal-kalibrazzjon
Fil-metodu dirett tal-kalibrazzjoni, l-arja hija wżata bħala l-i standard tar-riferiment. Dan il-metodu japplika għal dawk l-istrumenti, li huma mibnija hekk li jippermettu l-kalibrazzjoni fil-punt ta' 100 % billi jxenglu r-riċevitur għal pożizzjoni direttament fuq il-fus tas-sors tad-dawl (ara l-Figura 4),
F'xi każijiet (bħal meta jkunu qegħdin jitkejlu wċuħ ta' rifless baxx) jista' jkun mixtieq li jintuża punt intermedju tal-kalibrazzjoni (bejn iż-0 u l-100 % fuq l-iskala) b'dan il-metodu. F'dawn il-każijiet, għandu jiddaħħal filtru newtru tad-densità ta' trasmittanza magħrufa fil-mogħdija ottika, u l-kontroll tal-kalibrazzjoni għandu mbagħad jiġi aġġustat sakemm l-arloġġ jaqra t-trasmissjoni perċentwali tal-filtru newtru tad-densità. Dan il-filtru għandu jitneħħa qabel ma jiġu mwettqa l-kejlijiet tar-riflessività.
3.2. Il-Metodu tal-kalibrazzjoni indiretta
Il-metodu tal-kalibrazzjoni indiretta japplika fil-każ ta' l-istrumenti b'ġeometrija ta'sors fiss u riċevitur. Huwa meħtieġ standard tar-riflettanza kkalibrat u miżmum kif jixraq. L-i standard tar-riferiment għandu preferibbiloment ikun mera ċatta b'valur ta' riflettanza qrib kemm jista' jkun għal dak tal-kampjuni tat-test.
3.3. Il-Kejl tal-mera ċatta
Ir-riflettanza tal-kampjuni tal-mirja ċatti tista' titkejjel fuq strumenti li jużaw jew il-metodu tal-kalibrazzjoni jew diretta jew indiretta. Il-valur tar-riflettanza jinqara direttament mill-arloġġ li jindika.
3.4. Il-Kejl tal mera mhux ċatta (konvessa)
Il-kejl tar-riflettanza ta' mirja mhux ċatti (konvessi) jeħtieġ l-użu ta' strumenti li jinkorporaw sfera li tintegra fl-unità tar-riċevitur (ara l-Figura 5). Jekk l-arloġġ li jindika l-istrumenti jindika taqsimiet ne mal-mera standard ta' riflettanza ta' E%, imbagħad, b'mera ta' riflettanza mhux magħrufa, it-taqsimiet nx iridu jikkorrispondu ma' riflettanza ta' X% skond il-formola:
Il-Figura Nru 4 Ir-riflettometru ġġeneraalizzat li juri l-mudelli mwaqqfa sperimentali taż-żewġ metodi tal-kalibrazzjoni
Il-Figura Nru 5 Ir-riflettometru ġġeneralizzat, li jinkorpora sfera li tintegra fir-riċevitur
Il-valuri tristimulus spettrali għall-osservatur kolorimetriku standard tas-CIE 1931 ( 17 )
Din it-tabella hija meħuda mill-pubblikazzjoni tas-CIE 50 (45) (1970)
|
λ nm |
X— (λ) |
Y— (λ) |
Z— (λ) |
|
380 |
0,0014 |
0,0000 |
0,0065 |
|
390 |
0,0042 |
0,0001 |
0,0201 |
|
400 |
0,0143 |
0,0004 |
0,0679 |
|
410 |
0,0435 |
0,0012 |
0,2074 |
|
420 |
0,1344 |
0,0040 |
0,6456 |
|
430 |
0,2839 |
0,0116 |
1,3856 |
|
440 |
0,3483 |
0,0230 |
1,7471 |
|
450 |
0,3362 |
0,0380 |
1,7721 |
|
460 |
0,2908 |
0,0600 |
1,6692 |
|
470 |
0,1954 |
0,0910 |
1,2876 |
|
480 |
0,0956 |
0,1390 |
0,8130 |
|
490 |
0,0320 |
0,2080 |
0,4652 |
|
500 |
0,0049 |
0,3230 |
0,2720 |
|
510 |
0,0093 |
0,5030 |
0,1582 |
|
520 |
0,0633 |
0,7100 |
0,0782 |
|
530 |
0,1655 |
0,8620 |
0,0422 |
|
540 |
0,2904 |
0,9540 |
0,0203 |
|
550 |
0,4334 |
0,9950 |
0,0087 |
|
560 |
0,5945 |
0,9950 |
0,0039 |
|
570 |
0,7621 |
0,9520 |
0,0021 |
|
580 |
0,9163 |
0,8700 |
0,0017 |
|
590 |
1,0263 |
0,7570 |
0,0011 |
|
600 |
1,0622 |
0,6310 |
0,0008 |
|
610 |
1,0026 |
0,5030 |
0,0003 |
|
620 |
0,8544 |
0,3810 |
0,0002 |
|
630 |
0,6424 |
0,2650 |
0,0000 |
|
640 |
0,4479 |
0,1750 |
0,0000 |
|
650 |
0,2835 |
0,1070 |
0,0000 |
|
660 |
0,1649 |
0,0610 |
0,0000 |
|
670 |
0,0874 |
0,0320 |
0,0000 |
|
680 |
0,0468 |
0,0170 |
0,0000 |
|
690 |
0,0227 |
0,0082 |
0,0000 |
|
700 |
0,0114 |
0,0041 |
0,0000 |
|
710 |
0,0058 |
0,0021 |
0,0000 |
|
720 |
0,0029 |
0,0010 |
0,0000 |
|
730 |
0,0014 |
0,0005 |
0,0000 |
|
740 |
0,0007 |
0,0002 (1) |
0,0000 |
|
750 |
0,0003 |
0,0001 |
0,0000 |
|
760 |
0,0002 |
0,0001 |
0,0000 |
|
770 |
0,0001 |
0,0000 |
0,0000 |
|
780 |
0,0000 |
0,0000 |
0,0000 |
|
(*) Minbdula fis-sena 1966 (minn 3 għal 2) |
|||
L-ANNESS III
IL-ĦTIĠIET LI JIRIGWARDAW IT-TWAĦĦIL TAL-MIRJA U MEZZI OĦRA TA' VIŻJONI INDIRETTA MAL-VETTURI
Ġenerali
1.1. Il-mirja u mezzi oħra tal-viżjoni indiretta jridu jitwaħħlu hekk illi l-mera jew il-mezz l-ieħor ma jiċċaqalqux hekk li jibdlu b'mod sinifikanti l-firxa tal-viżjoni kif imkejla jew jivvibraw tant li jikkawżaw li s-sewwieq jinterpreta ħażin in-natura tad-dehra pperċepita.
1.2. Il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-intestatura 1.1 iridu jinżammu meta l-vettura tkun miexja b'veloċitajiet ta' sa 80 % tal-veloċità massima ddisinjata għalija, imma li ma taqbiżx il-150 km fis-siegħa.
1.3. Il-firxiet tal-viżjoni ddefiniti hawn taħt għandhom jiġu stabbiliti bl-użu ta' viżjoni ambinokulari, bil-għajnejn ikunu fil-'punti okulari tas-sewwieq' kif iddefiniti fil-punt 1.1.1.12 ta' l-Anness I. Il-firxiet tal-viżjoni għandhom jiġu stabbiliti meta l-vettura tkun f'ordni tajba tas-sewqan kif iddefinit fil-punt 2.5 ta' l-Anness I tad-Direttiva 97/27/KE. Għandhom jiġu stabbiliti minn ġo twieqi li jkollhom fattur totali tat-transmissjoni tad-dawl ta' mill-inqas 70 % mkejla normali mal-wiċċ.
Il-Mirja
2. In-Numru
2.1. In-Numru minimu tal-mirja obbligatorji
|
2.1.1. |
Il-firxiet tal-viżjoni stabbiliti fil-punt 5 għandhom jinkisbu min-numru minimu ta' mirja mandatorji ddikjarati fit-tabella li ġejja. Meta l-preżenza ta' mera ma tkunx mitluba fuq bażi mandatorju, dan ifisser illi ma tista' tintalab l-ebda sistema oħra ta' viżjoni indiretta fuq bażi mandatorju.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2.1.2. |
Fil-każ li l-firxa deskritta tal-viżjoni ta' mera ta' quddiem stabbilita fil-punt 5.6. tista' tinkiseb b'mezz ieħor ta' viżjoni indiretta li jkun approvat skond il-Parti B ta' l-Anness II, u li tiġi stallata skond dan l-Anness, jista' jintuża dan il-mezz minflok mera. Fil-każ li jintuża monitor-camera, il-monitor irid juri b'mod eskluzziv il-firxa tal-viżjoni stabbilita fil-punt 5.6 filwaqt li l-vettura tkun miexja ‘l quddiem b'veloċità ta' sa 30 km fis-siegħa. Fil-każ li l-vettura tkun miexja b'veloċità ikbar jew tkun miexja b'lura il-monitor jista' jintuża għalbiex juri l-firxa tal-viżjoni ta' cameras oħra mmontti fuq il-vettura. |
|
2.2. |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma japplikawx għall-mirja tas-sorveljanza ddefiniti fil-punt 1.1.1.3 ta' l-Anness I. Madankollu, il-mirja ta' barra tas-sorveljanza jridu jkunu mmuntati mill-inqas 2 m ‘il fuq mill-art meta l-vettura jkollha tagħbija li tikkorrispondi għall-massa massima teknikament permissibbli tagħha. |
3. Il-Pożizzjoni
|
3.1. |
Il-mirja jridu jiġu mqiegħda hekk illi s-sewwieq, meta jkun bil-qiegħda f'postu fil-pożizzjoni nomali tas-sewqan, ikollu veduta ċara tat-triq fuq wara, mal-ġenb/ġniebi jew fuq ‘in-naħa ta' quddiem tal-vettura. |
|
3.2. |
Il-mirja ta' barra jridu jkunu jidhru minn ġol-ħġieġa ta' quddiem jew minn ġol-porzjon tal-ħġieġa ta' quddiem li tiġi xxuttata mill-wiper tal-ħġieġa ta' quddiem. Madankollu, għal raġunijiet tad-disinn, din id-dispożizzjoni ta' l-aħħar (jiġifieri d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħġieġa ta' quddiem) ma għandhiex tapplika għal: — il-mirja ta' quddiem fuq in-naħa tal-passiġġier fil-vetturu tal-kategoriji M2 u M3; — il-mirja tal-Klassi VI. |
|
3.3. |
Fil-każ ta' vettura li tkun fil-għamla ta' chassis /kamra tas-sewwieq meta tiġi mkejla l-firxa tal-viżjoni, il-wisa' minimu u massimu tal-body għandhom jiġu ddikjrati mill-fabbrikant u, jekk meħtieġ, issimulati b'headboards finti. Il-vetturi kollha u l-konfigurazzjonijiet kollha tal-mirja meħuda f'konsiderazzjoni matul it-testijiet għandhom ikunu murija fuq iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni KE skond it-tip tal-vettura rigward l-istallazzjoni tal-mirja (ara l-Appendiċi 4 ma' l-Anness I). |
|
3.4. |
Il-mera ta' barra stabbilita fuq in-naħa tas-sewwieq tal-vettura trid tkun lokata hekk illi tifforma angolu ta' mhux iktar minn 55o bejn il-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġoċ-ċentru tal-mera u minn ġoċ-ċentru tal-linja dritta twila 65 mm li tgħaqqad iż-żewġ punti okulari tas-sewwieq. |
|
3.5. |
Il-mirja ma jridux jisporġu li hemm mill-body ta' barra tal-vettura sostazjalment iktar milli jkunu meħtieġa għalbiex jikkonformaw mal-ħtiġiet li jirrigwardaw il-firxiet tal-viżjoni stabbiliti fil-punt 5. |
|
3.6. |
Meta t-tarf ta' isfel ta' mera fuq barra jkun inqas minn 2 m ‘il fuq mill-art meta l-vettura tkun imgħobbija bil-massa mgħobbija massima permissibbli teknikament, din il-mera ma tridx tisporġi iktar minn 250 mm lil hemm mill-wisa' ġenerali tal-vettura mkejla mingħajr il-mirja. |
|
3.7. |
Il-mirja tal-Klassi V u l-Klassi VI għandhom jiġu mmuntati fuq il-vettura hekk illi, tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħhom wara l-aġġustament, l-ebda parti minn dawn il-mirja jew l-oġġetti li jżommuhom ma jkunu inqas minn 2 m ‘il fuq mill-art meta l-vettura tkun b'tagħbija li tikkorrispondi mal-massa massima mgħobbija teknikment possibbli tagħha. Dawn il-mirja ma għandhomx, madankollu, jiġu mmuntati fuq vetturi li l-għoli tagħhom tal-kamra tas-sewwieq tkun hekk li tipprevjieni l-konformità ma' din il-ħtieġa. F'dan il-każ ma jkunx meħtieġ mezz ieħor tal-viżjoni indiretta. |
|
3.8. |
Bla ħsara għall-ħtiġiet tal-punti 3.5, 3.6 u 3.7, il-mirja jistgħu jisporġu lil hemm mill-wisa' massima permissibbli tal-vetturi. |
4. L-aġġustament
4.1. Il-mera ta' ġewwa għandha tkun kapaċi li tiġi aġġustati mis-sewwieq mill-pożizzjoni tiegħu tas-sewqan.
4.2. Il-mera ta' barra lokata fuq in-naħa tas-sewwieq trid tkun kapaċi li tiġi aġġustata min-naħa ta' ġewwa tal-vettura meta l-bieb ikun magħluq, għalkemm it-tieqa tista' tkun miftuħa. Madankollu, il-mera tista' tiġi msakkra fil-pożizzjoni tagħha min-naħa ta' barra.
4.3. Il-ħtiġiet ta-punt 4.2 ma japplikawx għall-mirja ta' barra li, wara li jkun tħassrilhom l-allineament, jistgħu jerġgħu jitqiegħdu fil-pożizzjoni tagħhom mingħar il-ħtieġa ta' aġġustament.
5. Il-Firxiet tal-viżjoni
5.1 Il-Mera ta' ġewwa b'vista fuq wara (il-Klassi I)
Il-firxa tal-viżjoni trid tkun hekk illi s-sewwieq ikun jista' jara mill-inqas porzjon orizzontali, ċatt, wiesa' 20 m tat-triq iċċentrata fuq il-wiċċ wati medjan lonġoitudinali vertikali tal-vettura u jestendi minn 60 m wara l-punti okulari tas-sewwieq (il-Figura 6) sa' l-orizzont.
Il-Figura Nru 6 Il-Firxa tal-viżjoni tal-mera tal-Klassi I
5.2. Il-Mirja ewliena ta' barra tal-Klassi II li jagħtu fuq wara
5.2.1. Il-Mera ta' barra fuq in-naħa tas-sewwieq li tagħti fuq wara
Il-firxa tal-viżjoni trid tkun hekk illi s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa' 5 m mit-triq, li jkun imdawwar b'wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi mill-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u jestendi minn 3 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sa l-orizzont.
B'żieda ma' dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa' ta 1m, li jkun imdawwar b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-vettura li jibda minn punt 4 m wara l-wiċċ wati vewrtikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq (ara l-Figura 7).
5.2.2. Il-Mera ta' barra fuq in-naħa tal-passiġġier li tagħti għal fuq wara
Il-firxa tal-viżjoni trid tkun hekk illi s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa' mill-inqas 5 m mit-triq, li jkun imdawwar fuq in-naħa tal-passiġġier b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u jgħaddi minn ġol-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tal-passiġġier u li jestendi minn 30 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sa l-orizzont.
B'żieda ma' dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa' ta' 1m, li jkun imdawwar b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-vettura li jibda minn punt 4 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq (ara l-Figura 7).
Il-Figura Nru 6 Il-Firxa tal-viżjoni tal-mera tal-Klassi II
5.3. Il-Mirja ewliena ta' barra tal-Klassi II li jagħtu fuq wara
5.3.1. Il-Mera ta' barra fuq in-naħa tas-sewwieq li tagħti għal fuq wara
Il-firxa tal-viżjoni trid tkun hekk illi s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa' 4 m mit-triq, li jkun imdawwar b'wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi mill-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u jestendi minn 20 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sa l-orizzont (ara l-Figura 8).
B'żieda ma' dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa' ta' 1m, li jkun imdawwar b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-vettura li jibda minn punt 4 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq.
5.3.2. Il-Mera ta' barra fuq in-naħa tal-passiġġier li tagħti għal fuq wara
Il-firxa tal-viżjoni trid tkun hekk illi s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa' 4 m mit-triq, li jkun imdawwar b'wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi mill-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tal-passiġġier u li jestendi minn 20 m wara l-punti okulari tas-sewwieq sa l-orizzont (ara l-Figura 8).
B'żieda ma' dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa' ta' 1m, li jkun imdawwar b'wiċċ wati li jkun parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-vettura li jibda minn punt 4 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq.
Il-Figura Nru 8 Il-Firxa tal-viżjoni tal-mirja tal-Klassi III
5.4. Il-Mirja fuq barra “ta' angolu wiesa”: (il-Klassi IV)
5.4.1. Il-Mera ta' barra “ta' angolu wiesa” fuq in-naħa tas-sewwieq
Il-firxa tal-viżjoni trid tkun hekk illi s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa' 15 m mit-triq, li jkun imdawwar b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u jgħaddi mill-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u jestendi minn 10 sa 25 m wara l-punti okulari tas-sewwieq.
B'żieda ma' dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa' ta' 4,5m, li jkun imdawwar b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-vettura li jibda minn punt 1,5 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq (ara l-Figura 9).
5.4.2. Il-Mera ta' barra “ta' angolu wiesa” fuq in-naħa tal-pasiġġier
Il-firxa tal-viżjoni trid tkun hekk illi s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt, orizzontali, wiesa' 15 m mit-triq, li jkun imdawwar b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u jgħaddi mill-parti l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tal-passiġġier u jestendi minn 10 sa 25 m wara l-punti okulari tas-sewwieq.
B'żieda ma' dan, it-triq trid tkun viżibbli għas-sewwieq fuq wisa' ta' 4,5m, li jkun imdawwar b'wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali u jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-vettura li jibda minn punt 1,5 m wara l-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq (ara l-Figura 9).
Il-Figura Nru 9 Il-Firxa tal-viżjoni tal-mera ta' angolu wiesa' tal-Klassi IV
5.5. Il-Mirja fuq barra “ta' prossimità mill-qrib” (tal-Klassi V)
Il-firxa tal-viżjoni trid tkun hekk illi s-sewwieq ikun jista' jara porzjon ċatt orizzontali tat-triq matul il-ġenb tal-vettura, imdawwar bl-uċuh watja vertikali li ġejjin (ara l-Figuri 10a u 10b):
|
5.5.1. |
il-wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinai vertikali tal-vettura li jgħaddi minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-kamra tas-sewwieq tal-vettura fuq in-naħa tal-passiġġier; |
|
5.5.2. |
fid-direzzjoni transversa, il-wiċċ wati parallel li jgħaddi f'distanza ta' 2 m mill-quddiem tal-wiċċ wati msemmi fil-punt 5.5.1; |
|
5.5.3. |
fuq wara, il-wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq u jkun lokat f'distanza ta' 1,75 m wara dan il-wiċċ wati; |
|
5.5.4. |
fuq quddiem, il-wiċċ wati parallel mal-wiċċ wati vertikali li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq u jkun lokat f'distanza ta' 1 m quddiem dan il-wiċċ wati. Jekk il-wiċċ wati transevrs vertikali li jgħaddi minn ġot-tarf ewlieni tal-bumper tal-vettura ikun inqas minn 1 m quddiem il-wiċċ wati li jgħaddi minn ġol-punti okulari tas-sewwieq, il-firxa tal-viżjoni għandha tkun limitata għal dan il-wiċċ wati. |
|
5.5.5. |
Fil-każ tal-firxa tal-viżjoni deskritta fil-Figuri 10a u 10b ikunu jistgħu jidhru minn ġol-għaqda tal-firxa tal-viżjoni minn mera ta' angolu wiesa' tal-Klassi IV u dik ta' mera ta' quddiem tal-Klassi VI, l-istallazzjoni ta' mera tal-prossimità mill-qrib tal-Klassi V mhix obbligatorja.
Il-Figuri 10a u 10b: Il-Firxa tal-viżjoni tal-mera ta' prossimità mill-qrib tal-Klassi V |
5.6. Il-Mera fuq quddiem (il-Klassi VI)
|
5.6.1. |
Il-firxa tal-viżjoni trid tkun hekk illi s-sewwieq ikun jista' jara mill-inqas porzjon orizzontali wati tat-triq, li jkun imdawwar bi: — wiċċ wati travers minn ġol-punt l-iktar ‘il barra tal-quddiem tal-kamra tas-sewwieq tal-vettura — wiċċ wati travers vertikali 2 000 mm quddiem il-vettura — wiċċ wati lonġitudinali vertikali parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudnali vertikali li jgħaddi minn ġol-ġenb l-iktar ‘il barra tal-vettura fuq in-naħa tas-sewwieq u — wiċċ wati lonġitudinali vertikali parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudnali vertikali 2 000 m ‘il barra mill-ġenb l-iktar il barra tal-vettura n-naħa opposta għan-naħa tas-sewwieq, Il-quddiem ta' din il-firxa tal-viżjoni in-naħa opposta għan-naħa tas-sewwieq jista' jitneħħielu x-xtur b'raġġ ta' 2 000 mm (ara l--Figura 11). Id-dispożizzjonijiet għall-mirja ta' quddiem huma obbligatorji għall-vetturi kkontrollati minn quddiem (kif iddefiniti fin-nota (Z) ta' qiegħ il-paġna, fl-Anness I(a) mad-Direttiva 70/156/KEE) tal-kategoriji N2 > 7,5 t u N3. Jekk il-vetturi ta' dawn il-kategoriji b'karatteristiċi oħra tal-kostruzzjoni rigward il-body ma jistgħux iwettqu l-ħtiġiet meta jużaw mera ta' quddiem, għandu jintuża mezz ta' monitor/camera. Jekk il-waħda jew l-oħra minn dawn il-għażliet ma jipprovdux firxa adegwata tal-viżjoni, allura għandu jintuża kull mezz ieħor ta' viżjoni indiretta. Dan il-mezz irid ikun kapaċi jikxef oġġett ta' 50 ċm għoli u b'dijametru ta' 30 ċm ġewwa l-firxa ddefinita fil-Figura 11.
Il-Figura Nru 11 Il-Firxa tal-viżjoni tal-mirja ta' quddiem tal-Klassi VI |
|
5.6.2. |
Madankollu, jekk is-sewwieq ikun jista' jara, filwaqt li jitqiesu l-ostruzzjonijiet mill-kolonni A, linja dritta ta' 300 mm quddiem il-vettura f'għoli ta' 1 200 mm ‘il fuq mill-wiċċ tat-triq u li tkun qiegħda bejn wiċċ wati lonġitudonali vertikali parallel mal-wiċċ wati medjan lonġitudinali vertikali li tgħaddi minn ġol-ġenb l-iktar ‘il barra tal-vettura oppost għall-ġenb tas-sewwieq u minn wiċċ wati lonġitudinali vertikali parallel mal-wiċċ wati medjan konġitudinali vertikali 900 mm ‘il barra mill-ġenb l-iktar ‘il barra oppost għan-naħa tas-sewwieq, mhix mandatorja mera ta' quddiem tal-Klassi VI. |
|
5.7. |
Fil-każ tal-mirja li jikkonsistu minn numru ta' wċuh li jirriflettu li jekk ikunu ta' kurvatura differenti jew jagħmlu angolu ma' xulxin, mill-inqas wieħed mill-uċuh li jirrifletti jrid tipprovdi firxa tal-viżjoni u jkollu l-qisien (ara l-punt 2.2.2 ta' l-Anness II) speċifikati għall-klassi li tappartjieni lilha. |
|
5.8. |
L-Ostruzzjonijiet 5.8.1. Il-Mera ta' ġewwa li tħares fuq wara (tal-Klassi I) Il-firxa tal-viżjoni tista' tiġi mnaqqsa bil-preżenza ta' post fejn tistrieħ ir-ras u mezzi bħalma huma, b'mod partikolari, apparat li jgħatti x-xemx, wipers tal-ħġieġa ta' wara, elementi tas-sħana u bozza tal-waqfien tal-kategorija S3, jew minn komponenti tal-body bħalma huma l-kolonni tal-bibien maqsuma ta' wara, sakemm dawn il-mezzi kollha ma jtellfux iktar minn 15 % tal-firxa stabbilita tal-viżjoni meta sporġuti għal fuq wiċċ wati vertikali perpendikolari mal-wiċċ wati medjan tal-vettura. Il-grad ta' l-ostruzzjoni għandu jiġi mkejjel bl-oġġetti għas-serħan tar-tas aġġustati fl-iktar pożizzjoni ‘l isfel possibbli u bl-apparat li jgħatti x-xemx mitni lura. 5.8.2. Il-Mirja ta' barra (tal-Klassijiet II, III, IV, V u VI) Fil-firxiet tal-viżjoni speċifikati hawn fuq, l-ostruzzjoni minħabba l-body u wħud mill-komponnti tiegħu, bħalma huma mirja oħra, pumi tal-bibien, dwal fuq barra li jagħtu l-marki, indikaturi tad-direzzjoni u bumpers ta' wara, kif ukoll il-komponenti tat-tindif li jagħmlu wiċċ ileqq (riflettiv), ma għandhomx jitqiesu jekk ikunu responsabbli għal ostruzzkpni totali ta' inqas minn 10 % tal-firxa speċifikata tal-viżjoni. |
|
5.9. |
Il-Proċeura tat-testijiet Il-firxa tal-viżjoni għandha tiġi stabbilita billi jitqiegħdu sorsi qawwija tad-dawl fil-punti okulari u billi jiġi eżaminat id-dawl rifless fuq l-iscreen vertikali tal-monitoraġġ. Jistgħu jintużaw metodi oħra ekwivalenti. |
Il-mezzi tal-viżjoni indiretta għajr il-mirja
|
6. |
Mezz tal-viżjoni indiretta għandu jagħti dak it-twettiq tax-xogħol li oġġett kritiku jkun jista' jiġi osservat ġewwa l-firxa tal-viżjni, filwaqt li titqies il-perċezzjoni kritika. |
|
7. |
L-ostruzzjoni tal-vista diretta tas-sewwieq ikkawżata mill-istallazzjoni ta' mezz ta' viżjoni indiretta għandha tiġi ristretta għall-minimu. |
|
8. |
Sabiex tiġi stabbilita d-distanza tal-kixfa fil-każ tal-mezzi ta' monitor-camera għall-viżjoni indiretta, għandha tiġi applikata l-proċedura ta' l-Appendiċi ma' dan l-Anness. |
|
9. |
Il-ħtiġiet ta' l-istallazzjoni tal-monitor
Id-direzzjoni tal-vista tal-monitor għandha bejn wieħed u ieħor tkun fl-istess direzzjoni bħal dik tal-mera prinċipali. |
|
10. |
Il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 u vetturi kompleti jew ikkompletati tal-kategoriji N2 > 7,5 t u N3 li jkollhom body speċjali għall-ġbir ta' l-iskart jistgħu jiġu mgħammra fuq in-naħa ta' wara tal-body tagħhom b'mezz ieħor tal-viżjoni indiretta għajr mera sabiex jiżguraw il-firxa li ġejja tal-viżjoni.
|
L-Appendiċi
Il-kalkolu tal-kxif tad-distanza.
1. 1. IL-MEZZ TAL-MONITOR-CAMERA TAL-VIŻJONI INDIRETTA
1.1. Ir-Riżoluzzjoni għatba ta' camera
Ir-riżoluzzjoni għatba ta' camera hija ddefinita bil-formola:
fejn:
|
ωc |
: |
il-għatba tar-riżoluzzjoni tal-camera (l-ark minimu) |
|
ßc |
: |
l-angolu tal-vista tal-camera (o) |
|
Nc |
: |
in-numru tal-linji tal-video tal-camera |
Il-fabbrikant għandu jforni l-valuri għall-ßc u Nc.
1.2. Kif tiġi stabbilita d-distanza kritika tal-vista tal-monitor
Għal monitor li jkollu ċerti qisien u proprjetajiet, tista' tiġi kkalkolata distanza għall-monitor li ġo fih il-kxif tad-distanza jkun dipendenti biss mit-twettiq tax-xogħol tal-camera. Din id-distanza kritika rm,c tal-vista hija ddefinita bi:
fejn:
|
rm,c |
: |
id-distanza kritika tal-vista (m) |
|
Hm |
: |
il-għoli tad-dehra fuq il-monitor (m) |
|
Nm |
: |
in-numru tal-linji tal-video tal-monitor (-) |
|
ωeye |
: |
il-għatba tar-riżoluzzjoni ta' l-osservatur (minuti ta' l-ark) |
In-numru 60 huwa għall-qlib minn minuti ta' l-ark għall-gradi.
Il-fabbrikant għandu jforni l-valuri għall-Hm u Nm.
ωeye = 1
1.3. Kif tiġi stabbilita d-distanza tal-kxif
|
1.3.1. |
Id-distanza massima tal-kxif ġewwa d-distanza kritika tal-vista meta, minħabba l-istallazzjoni, id-distanza tal-monitor tal-għajn tkun inqas mid-distanza kritika tal-vista, id-diatanza massima tal-kxif li tista' tinkiseb għandha tiġi ddefnita bi:
fejn:
ωc ßc u Nc skond il-punt 1.1 D0 = 0,8 m f = 8 |
|
1.3.2. |
Id-distanza tal-kxif ikbar mid-distanza kritika tal-vista. Meta, minħabba l-istallazzjoni, id-distanza tal-monitor tal-għajn tkun iktar mid-distanza kritika tal-vista, id-distanza massima tal-kxif li tista' tinkiseb għandha tiġi ddefnita:
fejn:
|
|
ωc ßc u Nc skond il-punt 1.1 Nm u ωeye skond il-punt 1.2 |
2. IL-ĦTIĠIET FUNZJONALI SEKONDARJI
Imsejsa fuq il-kondizzjonijiet ta' l-istallazzjoni, għandha tintgħamel stabbilizzazzjoni għabiex tiskopri jekk il-mezz intier ikunx għadu jissodisfa l-ħtiġiet funzjonali elenkati fl-Anness II, b'mod speċjali l-korrezzjoni tal-leqqa, id-dawl rifless minimu u massima tal-monitor. Għandu jiġi stabbilit ukoll il-grad li għalih tiġi indirizzata l-korrezzjoni tal-leqqa u l-angolu li fih id-dawl tax-xemx jista' jolqot monitor u dawn għandhom jiġu pparagunati mar-riżultati korrispondenti tal-kejl mill-kejlijiet tas-sistema.
Dan jista' jiġi bbażat jew fuq mudell iġġenerat bil-CAD, stabbilizzazzjoni ta' l-angoli tad-dawl għall-mezz meta mmuntat fuq il-vettura rilevanti, jew billi jitwettqu l-kejlijiet rilevanti fuq il-vettura rilevanti kif deskritt fil-punt 3.2 tal-Parti B ta' l-Anness II.
L-ANNESS IV
IT-TABELLA TAL-KORRELAZZJONI PPROVVDUTA FL-ARTIKOLU 6
|
Id-Direttiva 71/127/KEE kif emendata |
Din id-Direttiva |
|
— |
L-Artikolu 1 |
|
— |
L-Artikolu 2 |
|
L-Artikolu 1 |
— |
|
L-Artikolu 2 |
— |
|
L-Artikolu 3 |
— |
|
L-Artikolu 4 |
— |
|
L-Artikolu 5 |
— |
|
L-Artikolu 6 |
— |
|
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 3 |
|
L-Artikolu 8 |
— |
|
— |
L-Artikolu 4 |
|
L-Artikolu 9 |
— |
|
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 5 |
|
— |
L-Artikolu 6 |
|
— |
L-Artikolu 7 |
|
L-Artikolu 11 |
L-Artikolu 8 |
|
L-Anness I |
L-Anness I |
|
L-Appendiċi 1 ma' l-Anness I |
L-Appendiċi 1 ma' l-Anness II |
|
— |
L-Appendiċi 1 ma' l-Anness I |
|
— |
L-Appendiċi 2 ma' l-Anness I |
|
— |
L-Appendiċi 3 ma' l-Anness I |
|
— |
LAppendiċi 4 ma' l-Anness I |
|
— |
L-Appendiċi 5 ma' l-Anness I |
|
L-Appendiċi 2 ma' l-Anness I |
L-Appendiċi 6 ma' l-Anness I |
|
L-ANNESS II |
L-Anness II, A |
|
— |
L-Anness II, B |
|
L-Appendiċi 1 ma' l-Anness II |
L-Appendiċi 1 ma' l-Anness II |
|
— |
L-Appendiċi 2 ma' l-Anness II |
|
L-Appendiċi 2 ma' l-Anness II |
— |
|
L-Appendiċi 3 ma' l-Anness II |
L-Anness I u l-Appendiċi 5 ma' l-Anness I |
|
L-Anness III |
L-Appendiċi 2 ma' l-Anness I |
|
— |
L-Anness III |
|
L-Appendiċi ma' l-Anness III |
L-Appendiċi ma' l-Anness III |
|
— |
L-Appendiċi 4 ma' l-Anness I |
|
— |
l-Anness IV: |
( 1 ) ĠU C 126 E, tat-28.5.2002, p. 225.
( 2 ) ĠU C 149, tal-21.6.2002, p. 5.
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ April 2002 (ĠU C 127 E, tad-29.5.2002, p. 25), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-8 ta’ April 2003 (ĠU C 214 E, tad-9.9.2003, p. 7), pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-1 ta’ Lulju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru, 2003.
( 4 ) ĠU L 68, tat-22.3.1971, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.
( 5 ) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).
( 6 ) Id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2001 li għandha x’taqsam mal-prijoitajiet speċjali għall-vetturi wżati għall-ġarr tal-passiġġieri u li jkun fihom iktar minn tmien postijiet bil-qiegħda b’żieda mal-post bil-qiegħda tas-sewwieq (ĠU L 42, tat-13.2.2002, p. 1).
( 7 ) Hija maħsuba sistema ta' viżjoni indiretta sabiex tikxef utenti rilevanti tat-triq. Ir-rilevanza ta' utent tat-triq hija ddefinita bil-pożizzjoni tiegħu jew tagħha u l-veloċità (potenzali). Il-qisien ta' dawn l-utenti jiżdiedu ftit jew wisq fil-proporzjon tal-veloċità ta' pedestrijan/sewwieq ta' moped taċ-ċiklisti. Għall għanijiet tal-kxif, sewwieq ta' moped (D = 0,8) f'distanza ta' 40 m ikun egwali għal pedestrijan (D = 0,5) f'distanza ta' 50 m. Meta jiġu kkunsidrati l-veloċitajiet, is-sewwieq tal-moped irid jingħażel bħala l-kriterju għad-daqs tal-kxif; għal din ir-raġuni għandu jintuża oġġett ta' daqs ta' 0,8 għalbiex jiġi stabbilit it-twettiq tax-xogħol tal-kxif.
( 8 ) Fit-tifsira ta' l-Anness II mad-Direttiva 70/156/KEE.
( 9 ) Ħassar fejn ma japplikax.
( 12 ) Definizzjonijiet meħuda mill-pubblikazzjoni tas-CIE 50 (45), il-Vokabularju Internazzjonali Elettroniku, Grupp 45: Id-dawl.
( 17 ) Tablla mqassra. Il-valuri tal ĠEMBED Equation.3 Ħ jitneħħielhom ix-xtur għal erba' punti deċimali.