4.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/60


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/365

tat-3 ta’ Marzu 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1624 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ proċeduri u formoli u mudelli standard għall-forniment ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) introduċiet ċerti emendi għar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE. Informazzjoni dwar il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jissodisfaw dan ir-rekwiżit hija, sa ċertu punt, ikkunsidrata wkoll fil-kuntest tal-ippjanar tar-riżoluzzjoni.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1624 (3) jiġi emendat skont dan.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).

(4)

L-EBA ma wettqitx konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, u lanqas ma analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati, peress li qieset li dan kien ikun sproporzjonat ħafna fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni limitat ħafna, l-għadd żgħir u l-impatt baxx tal-emendi, filwaqt li jitqies il-fatt li dawk l-emendi jinkludu biss aġġornamenti ta’ referenzi għad-Direttiva 2014/59/UE, żewġ punti ġodda li għandhom jiġu rrapportati u emendi żgħar biex jitneħħew l-ostakli tekniċi għar-rapportar. L-EBA talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1624 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-formola Z 02.00 hija sostitwita bil-formola Z 02.00 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(b)

Il-formola Z 03.00 hija sostitwita bil-formola Z 03.00 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness II huwa sostitwit mit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1624 tat-23 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ proċeduri u formoli u mudelli standard għall-forniment ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1066 (ĠU L 277, 7.11.2018, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

“Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB)


 

Kontroparti

TOTAL

 

Unitajiet domestiċi

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (SMEs)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (non-SMEs)

Istituzzjonijiet ta' kreditu

Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

Il-Gvernijiet ġenerali u l-Banek ċentrali

Mhux identifikata, elenkata f'ċentru tan-negozjar

Mhux identifikata, mhux elenkata f'ċentru tan-negozjar

li minnu: intragrupp

li minnu: obbligazzjonijiet irregolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, bl-esklużjoni ta’ dawk intragrupp

Ringiela

Partita

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

0080

0090

0100

0110

0100

OBBLIGAZZJONIJIET ESKLUŻI MIR-RIKAPITALIZZAZZJONI INTERNA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0110

Depożiti koperti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0120

Obbligazzjonijiet garantiti - parti kollateralizzata

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0130

Obbligazzjonijiet lejn klijenti, jekk protetti fl-insolvenza

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0140

Obbligazzjonijiet fiduċjarji, jekk protetti fl-insolvenza

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0150

Obbligazzjonijiet għal istituzzjonijiet < 7 ijiem

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0161

Obbligazzjonijiet għal (operaturi ta') sistemi < 7 ijiem

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0170

Obbligazzjonijiet għal impjegati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0180

Obbligazzjonijiet kritiċi għat-tħaddim operazzjonali ta' kuljum

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0190

Obbligazzjonijiet lejn awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, jekk ippreferuti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0200

Obbligazzjonijiet lejn l-iSGD

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0210

Obbligazzjonijiet lejn entitajiet oħra tal-grupp ta’ riżoluzzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0300

OBBLIGAZZJONIJIET MHUX ESKLUŻI MIR-RIKAPITALIZZAZZJONI INTERNA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0310

Depożiti, mhux koperti iżda preferenzjali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0311

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0312

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0313

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0314

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0320

Depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0321

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0322

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0323

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0324

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0330

Obbligazzjonijiet skont il-karta bilanċjali li jirriżultaw mid-derivattivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0331

It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet soġġetti għan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustamenti skont il-valur fis-suq, qabel it-tpaċija tal-kollateral

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0332

It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet soġġetti għan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustamenti skont il-valur fis-suq, wara t-tpaċija tal-kollateral

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0333

It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet soġġetti għan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustamenti skont il-valur fis-suq, wara t-tpaċija tal-kollateral, u filwaqt li jiġu inkorporati l-ammonti stmati tal-close-out

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0334

It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tar-regoli tan-netting prudenzjali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0340

Obbligazzjonijiet garantiti mhux ikkollateralizzati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0341

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0342

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0343

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0344

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0350

Noti strutturati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0351

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0352

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0353

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0354

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0360

Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0361

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0362

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0363

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0364

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0365

Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux bi preferenza

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0366

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0367

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0368

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0369

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0370

Obbligazzjonijiet subordinati (mhux rikonoxxuti bħala fondi proprji)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0371

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0372

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0373

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0374

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0380

Obbligazzjonijiet eliġibbli għall-MREL oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0381

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0382

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0390

Obbligazzjonijiet mhux finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0400

Obbligazzjonijiet residwi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0500

FONDI PROPRJI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0510

Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0511

li minnu: strumenti ta’ kapital/kapital tal-ishma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0512

li minnu: strumenti kklassifikati pari passu mal-ishma ordinarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0520

Kapital tal-Grad 1 addizzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0521

li minnu: (parti minn) obbligazzjonijiet subordinati rikonoxxuti bħala fondi proprji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0530

Kapital tal-Grad 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0531

li minnu: (parti minn) obbligazzjonijiet subordinati rikonoxxuti bħala fondi proprji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0600

L-OBBLIGAZZJONIJIET U L-FONDI PROPRJI TOTALI INKLUŻI L-OBBLIGAZZJONIJIET DERIVATTIVI”

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

“Z 03.00 - Rekwiżiti ta' fondi proprji (OWN)


 

 

Ammont jew Perċentwal

0010

0100

AMMONT TOTALI TA’ SKOPERTURA TA’ RISKJU

 

0110

Kontribuzzjoni għall-ammont totali konsolidat ta' skopertura għar-riskju

 

0120

Kejl tal-Iskopertura Totali

 

 

KAPITAL INIZJALI U REKWIŻIT TAL-PROPORZJON TA' INGRANAĠĠ

 

0210

Kapital inizjali

 

0220

Rekwiżit tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ

 

0300

IL-PROPORZJON TOTALI TA' REKWIŻIT TA' KAPITAL SREP (TSCR)

 

0310

TSCR: irid ikun magħmul minn kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni (CET1)

 

0320

TSCR: irid ikun magħmul minn kapital tal-Grad 1

 

0400

REKWIŻITI TA’ BUFFER KOMBINATI

 

0410

Buffer ta' Konservazzjoni tal-Kapital

 

0420

Buffer ta’ konservazzjoni dovut għal riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta’ Stat Membru

 

0430

Buffer Kapitali Kontroċikliku Speċifiku għall-Istituzzjoni

 

0440

Buffer tar-Riskju Sistemiku

 

0450

Buffer ta' Istituzzjoni Globali Sistematikament Importanti

 

0460

Buffer ieħor ta' Istituzzjoni Sistemikament Importanti

 

0500

Proporzjoni tar-Rekwiżit Kapitali Ġenerali (OCR)

 

0510

OCR: irid ikun magħmul minn kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni (CET1)

 

0520

OCR: irid ikun magħmul minn kapital tal-Grad 1

 

0600

OCR u Gwida tal-Pilastru 2 (P2G)

 

0610

OCR u P2G: irid ikun magħmul minn kapital tal-Grad 1 ta’ ekwità komuni (CET1)

 

0620

OCR u P2G: irid ikun magħmul minn kapital tal-Grad 1”

 


ANNESS II

“ANNESS II

Struzzjonijiet

I.   Struzzjonijiet ġenerali

I.1   Struttura

1.

Il-qafas jikkonsisti minn 15-il mudell, organizzati fi tliet blokok:

(1)

“Informazzjoni ġenerali”, li tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-istruttura organizzazzjonali ta’ grupp u l-entitajiet tiegħu, id-distribuzzjoni tal-assi u l-ammonti tal-iskopertura għar-riskju. Dan il-blokk jikkonsisti mill-mudell “Z 01.00 - L-Istruttura Organizzazzjonali (ORG)”.

(2)

“L-informazzjoni dwar entrati li jidhru fil-karta bilanċjali u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali” li tipprovdi informazzjoni finanzjarja dwar l-obbligazzjonijiet, il-fondi proprji, il-konnessjonijiet finanzjarji bejn l-entitajiet fi grupp, l-obbligazzjonijiet fil-konfront ta’ kontropartijiet ewlenin u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali riċevuti minn kontropartijiet ewlenin, u assigurazzjoni ta’ depożitu. Dan il-blokk jikkonsisti minn sitt mudelli:

(a)

“Z 02.00 - L-Istruttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB)”;

(b)

“Z 03.00 - Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji (OWN)”;

(c)

“Z 04.00 - L-interkonnessjonijiet finanzjarji intragrupp (IFC)”;

(d)

Iż-żewġ mudelli dwar il-kontropartijiet ewlenin, “Z 05.01 - Il-Kontropartijiet Ewlenin tal-Obbligazzjonijiet (Z-MCP 1)” u “Z 05.02 - Il-kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali (Z-MCP 2)”.

(e)

“Z 06.00 - L-assigurazzjoni ta’ depożitu (Z-DIS)”.

(3)

“Il-funzjonijiet kritiċi” li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-funzjonijiet kritiċi u jimmappjahom ma’ entitajiet ġuridiċi, mal-linji ta’ negozju ewlenin, mas-servizzi kritiċi, mal-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji u mas-sistemi ta’ informazzjoni. Dan il-blokk jikkonsisti minn seba’ mudelli:

(a)

Erba’ mudelli dwar l-identifikazzjoni ta’ funzjonijiet kritiċi u l-immappjar tagħhom ma’ linji ta’ negozju ewlenin u entitajiet fi grupp, “Z 07.01 - Il-valutazzjoni tal-kritikalità tal-funzjonijiet ekonomiċi (Z-FUNC 1)”, “Z 07.02 - L-immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-entità ġuridika (Z-FUNC 2)”, “Z 07.03 - L-immappjar tal-linji ta’ negozji ewlenin mal-entità ġuridika (Z-FUNC 3)” u “Z 07.04 - L-immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-linji ta’ negozju ewlenin (Z-FUNC 4)”;

(b)

“Z 08.00 - Is-servizzi kritiċi (Z-SERV)”;

(c)

“Z 09.00 – Is-Servizzi FMI - Il-Fornituri u l-Utenti - L-Immappjar ma’ Funzjonijiet Kritiċi (FMI)”;

(d)

Żewġ mudelli dwar is-sistemi ta’ informazzjoni kritika, “Z 10.01 - Is-sistemi ta’ Informazzjoni Kritika (Informazzjoni ġenerali) (Z-CIS 1)” u “Z 10.02 - L-immappjar ta’ sistemi ta’ informazzjoni (Z-CIS 2)”.

I.2   Referenzi

2.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

(a)

“BCBS” tfisser il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali;

(b)

“CPMI” tfisser il-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu tal-Banek Ċentrali tal-Pajjiżi tal-Grupp tal-Għaxra;

(c)

“FINREP” tfisser il-mudelli ta’ informazzjoni finanzjarja inklużi fl-Anness III u fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (1), u l-istruzzjonijiet komplementari inklużi fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

(d)

“COREP (OF)” tfisser l-Anness I (il-mudelli) u l-Anness II (l-istruzzjonijiet) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451;

(e)

“COREP (LR)” tfisser l-Anness X (il-mudelli) u l-Anness XI (l-istruzzjonijiet) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451;

(f)

“FSB” tfisser il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja;

(g)

“IAS” tfisser l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

(h)

“IFRS” tfisser l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(i)

“Il-kodiċi LEI” tfisser il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Ġuridika (3). Meta jkun jeżisti Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (il-kodiċi LEI) għal kontroparti partikolari, dan għandu jintuża sabiex jidentifika dik il-kontroparti;

(j)

“nGAAP” jew “Il-Prinċipji Nazzjonali tal-Kontabilità Ġeneralment Aċċettati” tfisser oqsfa tal-kontabilità nazzjonali żviluppati skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (4).

I.3   Standards kontabilistiċi

3.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammonti kollha abbażi tal-qafas kontabilistiku li jużaw għar-rapportar tal-informazzjoni finanzjarja f’konformità mal-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451. L-istituzzjonijiet li ma humiex obbligati li jirrapportaw l-informazzjoni finanzjarja f’konformità ma’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw ir-regoli tal-qafas kontabilistiku rispettiv tagħhom.

4.

Għall-istituzzjonijiet li jirrapportaw skont l-IFRS, iddaħħlu referenzi għall-IFRS rilevanti.

I.4   Ambitu ta’ konsolidament

5.

Dan il-qafas jirreferi, skont il-mudell:

(a)

għall-konsolidament abbażi ta’ konsolidament kontabilistiku (entitajiet inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati f’konformità mal-qafas kontabilistiku applikabbli);

(b)

għall-konsolidament prudenzjali (entitajiet fl-ambitu ta’ konsolidament skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II, tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)) fil-livell tal-impriża omm tal-Unjoni;

(c)

għall-konsolidament fil-livell tal-entità ta’ riżoluzzjoni għall-grupp ta’ riżoluzzjoni.

6.

Għal kull mudell, l-istituzzjonijiet għandhom jimxu fuq il-bażi(jiet) ta’ konsolidament applikabbli skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

I.5   Numerazzjoni u konvenzjonijiet oħrajn

7.

L-istruzzjonijiet f’dan l-Anness isegwu l-konvenzjoni dwar it-tikkettar stabbilita hawn taħt, li tuża kodiċijiet numeriċi meta tirreferi għall-kolonni, għar-ringieli u għaċ-ċelloli tal-mudelli. Dawn il-kodiċijiet numeriċi jintużaw b’mod estensiv fir-regoli dwar il-validazzjoni.

Jintużaw in-notazzjonijiet ġenerali li ġejjin:

(a)

{il-Mudell;ir-Ringiela;il-Kolonna} sabiex jirreferu għall-kolonni, għar-ringieli u għaċ-ċelloli ta’ mudell;

(b)

{il-Mudell;il-Kolonna} fil-każ ta’ validazzjonijiet fil-mudell, li fih jintużaw biss punti ta’ data ta’ dak il-mudell, mingħajr ma jirreferu għal mudell;

(c)

{il-Mudell;ir-Ringiela} fil-każ ta’ mudelli b’kolonna waħda biss, issir referenza għar-ringieli biss;

(d)

jintuża sinjal ta’ asterisk sabiex jiġi espress li l-validazzjoni ssir għar-ringieli jew għall-kolonni speċifikati qabel.

8.

Meta entrata ta’ informazzjoni ma tkunx applikabbli għall-entitajiet li fir-rigward tagħhom jiġi ppreżentat ir-rapport, l-ispazju korrispondenti għandu jitħalla vojt.

9.

Meta l-istruzzjonijiet ta’ dan l-Anness jirreferu għal kodiċi primarju, dan għandu jfisser kolonna jew kombinament ta’ kolonni mfassla sabiex jidentifikaw unikament ir-ringieli kollha tal-mudell. Il-kodiċi primarju għandu jkun fih valur uniku għal kull ringiela tal-mudell. Ma għandux ikun fih valur null.

II.   Struzzjonijiet relatati mal-mudell

II.1   Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG)

II.1.1   Rrimarki ġenerali

10.

Dan il-mudell jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-istruttura ġuridika u tas-sjieda tal-grupp. Għandu jiġi ppreżentat mudell uniku f’rabta mal-entitajiet kollha tal-grupp li jissodisfaw il-livell limitu minimu stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament. L-entitajiet ġuridiċi biss għandhom ikunu identifikati f’dan il-mudell.

II.1.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonni

Struzzjonijiet

0010-0160

L-Entità

0010

L-Isem

L-isem tal-entità. L-isem uffiċjali kif jidher fl-atti korporattivi, inkluż l-indikazzjoni tal-forma ġuridika.

0020

Il-Kodiċi

Il-kodiċi tal-entità. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra. Fil-każ ta’ entitajiet oħrajn, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b’kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b’mod konsistenti fil-mudelli kollha. Il-kodiċi għandu dejjem ikollu valur.

0030

Il-kodiċi LEI

Il-kodiċi alfanumeriku LEI b’20 ċifra tal-entità, meta disponibbli.

0040

It-Tip ta’ Entità

It-tip ta’ entità, f’ordni sekwenzjali ta’ prijorità, għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

“L-istituzzjoni ta’ kreditu”

Din il-kategorija għandha tkopri istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (6);

(b)

“Id-ditta tal-investiment soġġetta għar-rekwiżit ta’ kapital inizjali stabbilit fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE”

Din il-kategorija għandha tkopri ditti tal-investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jkunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ kapital inizjali stabbilit fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

(c)

“Ditta tal-investiment mhux soġġetta għar-rekwiżit ta’ kapital inizjali stabbilit fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE”

(d)

“Istituzzjoni finanzjarja”

Din il-kategorija għandha tkopri l-istituzzjonijiet finanzjarji kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni ta’ dawk klassifikati bħala “kumpanija azzjonarja” kif deskritta fil-punt (e).

(e)

“Kumpanija azzjonarja”

Din il-kategorija għandha tkopri kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

—

Kumpanija azzjonarja finanzjarja kif definita fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

—

Kkumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definita fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

—

Kumpanija azzjonarja ta’ attività mħallta kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

—

Kumpanija azzjonarja finanzjarja omm fi Stat Membru kif definita fil-punt (30) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

—

Kumpanija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

—

Kkumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta omm fi Stat Membru kif definita fil-punt (32) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

—

Kl-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħalltin omm tal-UE kif definiti fil-punt (33) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(f)

“Impriża tal-assigurazzjoni”

Din il-kategorija għandha tkopri impriżi tal-assigurazzjoni kif definiti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(g)

“Tip ieħor ta’ entità”, meta l-entità ma tkun taqa’ taħt l-ebda kategorija fost dawk imsemmija hawn fuq.

0050

Il-Pajjiż

Il-kodiċi ISO 3166-1-alpha-2 tal-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tal-entità, li jista’ jkun Stat Membru jew pajjiż terz.

0060

Inkluż fil-Perimetru Prudenzjali

Irrapporta l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

I - Iva;

 

L – Le.

0070

Ir-Rinunzja tal-Artikolu 7 CRR

Irrapporta l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

I – jekk l-awtorità kompetenti rrinunzjat l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

 

L – jekk mod ieħor.

0080

Ir-Rinunzja tal-Artikolu 10 CRR

Irrapporta l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

I – jekk l-awtorità kompetenti applikat ir-rinunzja skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

 

L – jekk mod ieħor.

0090

L-Assi totali

L-assi totali kif definiti għall-FINREP: {F 01.01;380,010}

0100

L-Ammont Totali tal-Iskopertura għar-Riskju

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif definit għall-COREP (OF): {C 02.00;0010;0010}

Din l-entrata ma għandhiex tiġi rapportata għall-entitajiet li ma humiex istituzzjonijiet u għal entitajiet li jibbenefikaw minn rinunzja f’konformità mal-Artikolu 7 jew mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0110

L-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ

L-iskopertura totali tal-proporzjon ta’ ingranaġġ għall-COREP (LR): {C 47.00;0290;0010}

Din l-entrata ma għandhiex tiġi rapportata għall-entitajiet li ma humiex istituzzjonijiet u għal entitajiet li jibbenefikaw minn rinunzja f’konformità mal-Artikolu 7 jew mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0120

L-istandard kontabilistiku

L-istandards kontabilistiċi applikati mill-entità. Irrapporta l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

—

IFRS

—

nGAAP

0130

Il-kontribuzzjoni għall-assi konsolidati totali

L-ammont li l-entità tikkontribwixxi għall-assi konsolidati totali tal-grupp li għalih jirreferi r-rapport.

0140

Il-kontribuzzjoni għall-ammont totali konsolidat tal-iskopertura għar-riskju

L-ammont kontribwit mill-entità għall-ammont totali konsolidat tal-iskopertura għar-riskju tal-grupp li għalih jirreferi r-rapport.

0150

Il-kontribuzzjoni għall-iskopertura konsolidata tal-proporzjon ta’ ingranaġġ

L-ammont kontribwit mill-entità għall-iskopertura konsolidata totali tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-grupp li għalih jirreferi r-rapport.

0160

L-entità ġuridika rilevanti

Jekk l-entità tikkostitwix entità ġuridika rilevanti skont id-definizzjoni fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

0170-0210

Il-kumpanija omm diretta

Il-kumpanija omm diretta tal-entità. Għandha tiġi rrapportata biss kumpanija omm diretta li għandha aktar minn 5 % tad-drittijiet tal-vot fl-entità.

Jekk entità jkollha aktar minn kumpanija omm diretta waħda, għandha tiġi rrapportata biss il-kumpanija omm diretta bl-ogħla sehem ta’ kapital – jew bl-ogħla sehem tal-voti, jekk dan ikun rilevanti.

0170

L-Isem

L-isem tal-kumpanija omm diretta tal-entità.

0180

Il-Kodiċi

Il-kodiċi tal-kumpanija omm diretta. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra. Fil-każ ta’ entitajiet oħrajn, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b’kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b’mod konsistenti fil-mudelli kollha. Il-kodiċi għandu dejjem ikollu valur.

0190

Il-kodiċi LEI

Il-kodiċi alfanumeriku LEI b’20 ċifra tal-entità, meta disponibbli.

0200

Il-kapital tal-ishma

L-ammont ta’ kapital tal-ishma miżmum mill-kumpanija omm diretta fl-entità, esklużi r-riżervi.

0210

Id-drittijiet tal-vot fl-Entità

Il-perċentwal tad-drittijiet tal-vot miżmum mill-kumpanija omm diretta fl-entità.

Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss jekk sehem wieħed ma jkunx ugwali għal vot wieħed (u b’hekk id-drittijiet tal-vot ma jkunux ugwali għall-kapital tal-ishma).

II.2   Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB)

II.2.1   Rimarki ġenerali

11.

Dan il-mudell jirrikjedi informazzjoni granulari dwar l-istruttura tal-obbligazzjonijiet tal-entità jew tal-grupp. L-obbligazzjonijiet jinqasmu skont l-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna u l-obbligazzjonijiet mhux esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna. Huma pprovduti wkoll diżaggregazzjonijiet ulterjuri skont il-klassijiet ta’ obbligazzjonijiet, il-klassijiet ta’ kontropartijiet u l-maturità.

12.

Fejn tkun stabbilita klassifikazzjoni tal-maturità f’dan il-mudell, il-maturità residwa għandha tkun iż-żmien sal-maturità kuntrattwali. B’deroga minn dan:

(a)

meta strument tal-obbligazzjonijiet jinkludi għażla ta’ tifdija għad-detentur eżerċitabbli qabel il-maturità oriġinali dikjarata tal-istrument, il-maturità tal-istrument għandha tkun l-aktar data kmieni possibbli li fiha d-detentur jista’ jeżerċita l-għażla ta’ tifdija u jitlob it-tifdija jew il-ħlas lura tal-istrument;

(b)

meta strument tal-obbligazzjonijiet jinkludi inċentiv għall-emittent sabiex jitlob, jifdi, iħallas lura jew jixtri mill-ġdid l-istrument qabel il-maturità oriġinali dikjarata tal-istrument, il-maturità tal-istrument għandha tkun l-aktar data kmieni possibbli li fiha l-emittent jista’ jeżerċita dik l-għażla u jitlob it-tifdija jew il-ħlas lura tal-istrument;

(c)

meta l-istrument jinkludi t-tali opzjoni eżerċitabbli għall-emittent b’data tal-eżerċitar mhux speċifikata jew fejn l-eżerċitar tal-opzjoni jiġi skattat minn avvenimenti speċifiċi, għandha tiġi rrapportata d-data tal-eżerċitar probabbli stmata b’mod konservattiv; l-għażliet regolatorji jew ta’ sejħiet għat-taxxa ma għandhomx jitqiesu għal dan il-għan.

Fil-każ ta’ pagamenti interim tal-kapital, il-kapital għandu jinqasam u jiġi allokat fit-taqsimiet tal-maturità korrispondenti. Fejn applikabbli, il-maturità għandha titqies separatament kemm għall-ammont ta’ kapital kif ukoll għall-imgħax dovut.

13.

L-ammonti rapportati f’dan il-mudell għandhom ikunu ammonti pendenti. L-ammont pendenti ta’ kreditu jew tal-istrument huwa t-total tal-ammont tal-kapital tal-kreditu jew tal-istrument u l-imgħax dovut fuqhom. L-ammont pendenti dovut huwa ugwali għall-valur tal-pretensjoni li jista’ jressaq il-kreditur skont proċedimenti ta’ insolvenza.

14.

Madankollu, l-obbligazzjonijiet tal-karta bilanċjali li jinħolqu mid-derivattivi (rapportati fir-ringiela 0330) għandhom jiġu rrapportati fil-forma ta’ ammonti riportati. L-ammont riportat għandu jkun l-ammont riportat kif definit għal skopijiet tal-FINREP, skont l-IFRS jew l-nGAAP, kif applikabbli. Inkella, għandhom jintużaw ċifri skont l-iskemi ta’ rapportar nGAAP.

II.2.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonni

Struzzjonijiet

0010

L-Unitajiet Domestiċi

Il-punt (f) tal-paragrafu 42 tal-Parti 1 tal-Anness V tal-FINREP

Individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi u produtturi ta’ prodotti u servizzi mhux finanzjarji esklussivament għall-konsum tagħhom stess, u bħala produtturi ta’ prodotti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji u servizzi finanzjarji, dment li l-attivitajiet tagħhom ma humiex dawk ta’ kważikorporazzjonijiet. Għandhom jiġu inklużi l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt għas-servizz tal-unitajiet domestiċi u li huma prinċipalment involuti fil-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi mhux tas-suq maħsuba għal gruppi partikolari ta’ unitajiet domestiċi.

0020

Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (SMEs)

L-Artikolu 2.1 tat-Titolu I tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 (8); Il-punt (i) tal-paragrafu 5 tal-Parti 1 tal-Anness V tal-FINREP

L-intrapriżi li jimpjegaw anqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, u/jew total tal-karta bilanċjali annwali li ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun.

0030

Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (mhux SMEs)

Il-punt (e) tal-paragrafu 42 tal-Parti 1 tal-Anness V tal-FINREP

Il-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet li ma humiex involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja iżda prinċipalment fil-produzzjoni ta’ prodotti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji skont ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew (9).

Huma esklużi l-“SMEs” rapportati fil-kolonna 0020.

0040

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Il-punt (c) tal-paragrafu 42 tal-Parti 1 tal-Anness V tal-FINREP

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu fis-sens tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-banek multilaterali tal-iżvilupp.

0050

Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

Il-punt (d) tal-paragrafu 42 tal-Parti 1 tal-Anness V tal-FINREP

Il-korporazzjonijiet u l-kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu bħal ditti tal-investiment, fondi tal-investiment, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, intrapriżi għal investiment kollettiv, u kmamar tal-ikklerjar kif ukoll intermedjarji finanzjarji, awżiljarji finanzjarji u istituzzjonijiet finanzjarji ristretti u mutwanti tal-flus li jibqa’.

0060

Il-Gvernijiet estiżi u l-Banek Ċentrali

Il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 42 tal-Parti 1 tal-Anness V tal-FINREP

Il-banek ċentrali u l-gvernijiet ċentrali, il-gvernijiet statali jew reġjonali u l-gvernijiet lokali, inklużi l-korpi amministrattivi u impriżi mhux kummerċjali, iżda bl-esklużjoni ta’ kumpaniji pubbliċi u ta’ kumpaniji privati miżmuma minn dawn l-amministrazzjonijiet li jwettqu attività kummerċjali (li għandha tiġi rrapportata taħt “istituzzjonijiet ta’ kreditu”, “korporazzjonijiet finanzjarji oħra” jew “korporazzjonijiet mhux finanzjarji” skont l-attività tagħhom); il-fondi tas-sigurtà soċjali; u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali.

0070

Ma hijiex identifikata, elenkata f’ċentru tan-negozjar

Meta l-identità tad-detentur ta’ titolu ta’ sigurtà ma tkunx magħrufa minħabba li l-istrumenti jkunu elenkati f’ċentru tan-negozjar, kif definit skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), l-ammonti għandhom jiġu attribwiti għal din il-kolonna.

0080

Ma hijiex identifikata, ma hijiex elenkata f’ċentru tan-negozjar

Meta l-identità tad-detentur ta’ titolu ta’ sigurtà ma tkunx magħrufa, mingħajr ma l-istrumenti jkunu elenkati f’ċentru tan-negozjar, l-ammonti għandhom jiġu attribwiti għal din il-kolonna u ma huwa meħtieġ l-ebda qsim ulterjuri tal-kontropartijiet. L-entitajiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jidentifikaw il-kontropartijiet u jillimitaw kemm jista’ jkun l-użu ta’ din il-kolonna.

0090

Total

0100

Li minnu: intragrupp

L-obbligazzjonijiet fil-konfront ta’ entitajiet inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali (għall-kuntrarju tal-ambitu regolatorju ta’ konsolidament).

0110

Li minnu: obbligazzjonijiet regolati mil-liġi ta’ pajjiż terz, bl-esklużjoni ta’ dawk intragrupp

Dawn għandhom jinkludu l-ammonti grossi tal-obbligazzjonijiet regolati mil-liġi ta’ pajjiż terz u/jew maħruġa minn entitajiet fil-grupp stabbiliti f’pajjiżi terzi. L-obbligazzjonijiet intragrupp għandhom jiġu esklużi.

Meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ikkonfermat li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), hija sodisfatta li kull deċiżjoni ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni dwar tniżżil fil-valur jew konverżjoni ta’ obbligazzjoni tkun effettiva skont il-liġi ta’ pajjiż terz, dik l-obbligazzjoni ma għandiex tiġi rrapportata f’din il-kolonna.


Ringieli

Struzzjonijiet

0100

L-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni

L-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE jiddikjara li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw setgħat ta’ tniżżil fil-valur jew ta’ konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna, kemm jekk ikunu regolati mil-liġi ta’ Stat Membru kif ukoll jekk ikunu rregolati minn dawk ta’ pajjiż terz.

0110

Id-depożiti koperti

L-ammont ta’ depożiti koperti kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), bl-esklużjoni ta’ bilanċi temporanjament għoljin kif definiti fl-Artikolu 6(2) ta’ dik id-Direttiva.

0120

L-obbligazzjonijiet garantiti – il-parti kollateralizzata

Il-punt (b) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE

L-obbligazzjonijiet garantiti inklużi ftehimiet ta’ riakkwist (repos), bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta’ strumenti finanzjarji li jifformaw parti integrali mill-aggregazzjoni ta’ kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma żgurati b’mod simili għal bonds koperti.

La r-rekwiżit sabiex jiġi żgurat li l-assi garantiti kollha relatati ma’ aggregazzjoni ta’ kopertura ta’ bonds koperti ma jintlaqtux, jibqgħu segregati u b’biżżejjed finanzjament, u lanqas l-esklużjoni fil-punt (b) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE ma għandhom jipprevjenu lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, meta xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat f’rabta ma’ kwalunkwe parti ta’ obbligazzjoni garantita jew obbligazzjoni li għaliha jkun ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li tkun iggarantita bih. It-tali ammont mhux kopert ta’ dawn l-obbligazzjonijiet garantiti ma għandux jiġi rrapportat f’din ir-ringiela, iżda għandu jiġi rapportat fir-ringiela 0340, soġġett għal diżaggregazzjoni addizzjonali.

L-obbligazzjonijiet tal-Bank Ċentrali li huma koperti minn aggregazzjoni ta’ kollateral (pereżempju operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq soġġorn twil, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fil-mira fuq żmien itwal, eċċ.) għandhom jitqiesu bħala obbligazzjonijiet garantiti.

It-tip speċifiku ta’ obbligazzjonijiet huma pożizzjonijiet ta’ kollateral riċevuti u reġistrati fuq il-karta bilanċjali. Meta t-tali pożizzjonijiet ta’ kollateral ikunu legalment vinkolanti ma’ pożizzjoni ta’ assi, dawn għandhom jiġu ttrattati bħala obbligazzjonijiet garantiti għall-iskop ta’ dan ir-rapport.

0130

L-obbligazzjonijiet lejn klijenti, jekk protetti fl-insolvenza

Il-punt (c) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE

Kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, ta’ assi ta’ klijenti jew flus ta’ klijenti inklużi assi ta’ klijenti jew flus ta’ klijenti miżmuma f’isem l-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), jew tal-AIFs kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), sakemm it-tali klijent ikun protett skont il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli.

0140

L-obbligazzjonijiet fiduċjarji, jekk protetti fl-insolvenza

Il-punt (d) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE

Kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta permezz ta’ relazzjoni fiduċjarja bejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja), sakemm it-tali benefiċjarja tkun protetta skont il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli.

0150

L-obbligazzjonijiet għall-istituzzjonijiet < sebat ijiem

Il-punt (e) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE

L-obbligazzjonijiet għall-istituzzjonijiet, minbarra entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b’maturità oriġinali ta’ anqas minn sebat ijiem.

0161

L-obbligazzjonijiet tas-sistema (operatur) u tas-CCP < sebat ijiem

Il-punt (f) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE

L-obbligazzjonijiet b’maturità li jifdal ta’ anqas minn sebat ijiem, dovuti lis-sistemi jew lill-operaturi ta’ sistemi mfassla f’konformità mad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fit-tali sistema, jew lis-CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u lis-CCPs ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament.

0170

L-obbligazzjonijiet għall-impjegat

Il-punt (g)(i) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE

L-obbligazzjonijiet lill-impjegat, b’rabta mas-salarju, ma’ benefiċċji tal-pensjoni jew ma’ remunerazzjoni oħra fissa dovuta, ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li ma huwiex regolat bi ftehim ta’ negozjar kollettiv. Madankollu dan ma għandux japplika għall-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta’ dawk li jieħdu r-riskju materjali kif identifikat fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

0180

L-obbligazzjonijiet kritiċi għat-tħaddim operazzjonali ta’ kuljum

Il-punt (g)(ii) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE

L-obbligazzjonijiet lill-kreditur kummerċjali jew ta’ negozju li jirriżultaw mill-forniment lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE ta’ oġġetti jew servizzi li huma essenzjali għall-funzjonament ta’ kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta’ postijiet.

0190

L-obbligazzjonijiet lejn awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, jekk ippreferuti

Il-punt (g)(iii) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE

L-obbligazzjonijiet tal-awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti skont il-liġi applikabbli.

0200

L-obbligazzjonijiet lejn l-SGD

Il-punt (g)(iv) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE

L-obbligazzjonijiet għal skemi ta’ garanzija tad-depożiti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet dovuti f’konformità mad-Direttiva 2014/49/UE.

0210

L-obbligazzjonijiet lejn entitajiet oħrajn tal-grupp ta’ riżoluzzjoni

Il-punt (h) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE

L-obbligazzjonijiet lill-istituzzjonijiet jew l-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li huma parti mill-istess grupp ta’ riżoluzzjoni mingħajr ma huma stess ikunu entitajiet ta’ riżoluzzjoni, irrispettivament mill-maturitajiet tagħhom, ħlief fejn dawk l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw taħt l-obbligazzjonijiet ordinarji mhux garantiti skont il-liġi nazzjonali rilevanti li tirregola l-proċedimenti normali ta’ insolvenza applikabbli fid-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE.

Meta l-obbligazzjoni eskluża tkun obbligazzjoni ta’ derivattivi, għandhom jiġu rrapportati l-pożizzjonijiet netti tal-obbligazzjonijiet filwaqt li jitqiesu r-regoli prudenzjali ta’ netting stabbiliti fl-Artikolu 429c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0300

L-obbligazzjonijiet mhux esklużi mir-rikapitalizzazzjoni

0310 – 0314

Id-depożiti, mhux koperti iżda preferenzjali

L-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE

Id-depożiti kif definiti fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE li ma jikkwalifikawx għall-esklużjoni mir-rikapitalizzazzjoni interna (il-punt (a) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE), iżda li għalihom huwa previst trattament preferenzjali f’konformità mal-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE.

0320 - 0324

Id-depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali

Id-depożiti kif definiti fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE li ma jikkwalifikawx għall-esklużjoni mir-rikapitalizzazzjoni interna jew għal trattament preferenzjali skont il-punt (a) tal-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE.

0330

L-obbligazzjonijiet fuq il-karta tal-bilanċ li jirriżultaw mid-derivattivi

Il-valur kontabilistiku tal-obbligazzjonijiet li jinħolqu mid-derivattivi.

0331

It-total tal-pożizzjonijiet ta’ obbligazzjonijiet netti filwaqt li jitqiesu s-settijiet ta’ netting kuntrattwali, wara l-aġġustamenti skont il-valur fis-suq, qabel it-tpaċija tal-kollateral

Awtomatikament, it-total tal-valuri netti kollha tas-suq tal-obbligazzjonijiet derivattivi għal kull sett ta’ netting kuntrattwali. Biss meta l-valur tas-suq nett ta’ sett ta’ netting ikun obbligazzjoni, għandu jiġi rrapportat is-sett ta’ netting. Id-derivattivi li ma jkunux soġġetti għall-arranġamenti ta’ netting għandhom jiġu ttrattati bħala kuntratt uniku, jiġifieri daqslikieku kienu sett ta’ netting b’derivattiva waħda biss.

0332

It-total tal-pożizzjonijiet ta’ obbligazzjonijiet netti filwaqt li jitqiesu s-settijiet ta’ netting kuntrattwali, wara l-aġġustamenti skont il-valur fis-suq, wara t-tpaċija tal-kollateral

Il-valwazzjoni fir-ringiela 0331 hija soġġetta għal aġġustament għall-kollateral depożitat sabiex jiggarantixxi din l-iskopertura, li jirriżulta fit-total ta’ dawn il-valuri tas-suq netti wara t-tpaċija tal-kollateral fil-valur tas-suq tiegħu.

0333

It-total tal-pożizzjonijiet ta’ obbligazzjonijiet netti filwaqt li jitqiesu s-settijiet ta’ netting kuntrattwali, wara l-aġġustamenti skont il-valur fis-suq, wara t-tpaċija tal-kollateral, u filwaqt li jiġu inkorporati l-ammonti stmati ta’ close-out

F’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2016/1401 (17), ammont addizzjonali ta’ close-out li jkopri l-ammont ta’ telf jew kostijiet imġarrba minn kontropartijiet ta’ derivattivi, jew qligħ li jkunu għamlu, meta ssir sostituzzjoni jew jinkiseb l-ekwivalenti ekonomiku f’termini materjali tal-kuntratti u d-drittijiet ta’ opzjoni tal-partijiet fir-rigward tal-kuntratti terminati.

L-estimi meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat ammont ta’ close-out f’konformità ma’ dak ir-Regolament Delegat jistgħu jkunu pjuttost diffiċli fuq bażi individwali. Għaldaqstant, minflok, jistgħu jintużaw valuri indikattivi li jistgħu jkunu bbażati fuq data disponibbli bħar-rekwiżit prudenzjali għar-riskju tas-suq. Jekk ikun impossibbli li jsir kalkolu tal-ammont ta’ close-out għall-obbligazzjonijiet derivattivi, l-ammont rapportat għandu jkun ugwali għall-ammont rapportat fir-ringiela 0332.

0334

It-total tal-pożizzjonijiet ta’ obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tar-regoli ta’ netting prudenzjali

Għandhom jiġu rrapportati l-pożizzjonijiet ta’ obbligazzjonijiet netti għad-derivattivi bil-kunsiderazzjoni tar-regoli ta’ netting prudenzjali stabbiliti fl-Artikolu 429c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (relatati mal-kalkolu tal-miżura tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta’ ingranaġġ).

0340 - 0344

L-obbligazzjonijiet garantiti mhux kollateralizzati

L-ammont ta’ obbligazzjonijiet garantiti jew obbligazzjonijiet li għalihom ikun ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li jkun iggarantit bih. Dan għandu jkopri l-parti “sottokollateralizzata” ta’ kull obbligazzjoni kollateralizzata, pereżempju l-parti sottokollateralizzata tal-bonds koperti jew tat-tranżazzjonijiet ta’ riakkwist.

0350 – 0354

In-noti strutturati

In-noti strutturati huma speċifikati għal dan l-iskop bħala obbligi ta’ dejn li fihom komponent ta’ derivattiv inkorporat, b’rendimenti relatati ma’ titolu jew indiċi sottostanti (pubbliċi jew personalizzati, bħall-ekwitajiet jew bonds, kreditu jew rati tal-imgħax fissi, FX, komoditajiet, eċċ.). In-noti strutturati ma jinkludux strumenti tad-dejn li jinkludu opzjonijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ biss, jiġifieri l-valur tal-istrument ma jiddependi fuq l-ebda komponent ta’ derivattiv inkorporat.

0360 – 0364

L-obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti

Din tinkludi l-istrumenti kollha prijoritarji mhux garantiti li ma humiex inklużi fil-kategorija tan-noti strutturati.

0365 – 0369

L-obbligazzjonijiet privileġġjati mhux bi preferenza

L-ammont ta’ kwalunkwe waħda minn dawn l-obbligazzjonijiet segwenti:

—

il-pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 108(2) u fl-Artikolu 108(3) tad-Direttiva 2014/59/UE;

—

il-pretensjonijiet mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt (b) tal-Artikolu 108(5) tad-Direttiva 2014/59/UE;

—

l-istrumenti ta’ dejn bl-aktar klassifikazzjoni ta’ prijorità baxxa fost il-krediti ordinarji mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn imsemmija fl-Artikolu 108(7) tad-Direttiva 2014/59/UE, li f’konformità ma’ dak il-paragrafu, Stat Membru jkun ipprovda li dawn għandhom l-istess klassifikazzjoni bħal dik ta’ krediti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 108(2) u l-Artikolu 108(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.

0370 – 0374

L-obbligazzjonijiet subordinati

L-obbligazzjonijiet li se jitħallsu lura biss skont il-liġi nazzjonali tal-insolvenza wara li l-klassijiet kollha ta’ kredituri ordinarji u ta’ kredituri prijoritarji mhux bi preferenza jkunu tħallsu mija fil-mija lura. Dan jinkludi kemm obbligazzjonijiet subordinati b’mod kuntrattwali kif ukoll dawk subordinati b’mod statutorju. Fil-każ ta’ kumpaniji azzjonarji, it-titoli ta’ dejn mhux subordinati jistgħu wkoll jiġu rrapportati f’din il-kategorija (jiġifieri subordinazzjoni strutturali).

F’din il-kategorija għandhom jiġu inklużi biss l-istrumenti subordinati li ma humiex rikonoxxuti bħala fondi proprji.

Din ir-ringiela għandha tinkludi wkoll il-parti tal-obbligazzjonijiet subordinati li tikkwalifika fil-prinċipju bħala fondi proprji, iżda ma hijiex inkluża fil-fondi proprji minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ eliminazzjoni gradwali bħall-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (il-maturità residwa) jew l-Għaxar Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (l-impatt tal-anterjorità).

0380 – 0382

Obbligazzjonijiet eliġibbli għal MREL oħrajn

Kwalunkwe strument li huwa eliġibbli għall-finijiet li jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE iżda li ma jaqax taħt ir-ringieli 0320 u 0340 sa 0370.

0390

L-obbligazzjonijiet mhux finanzjarji

Din ir-ringiela tiġbor fiha l-obbligazzjonijiet mhux finanzjarji li ma jirrigwardawx strumenti ta’ dejn li għalihom tista’ ssir rikapitalizzazzjoni interna għad-detenturi minħabba raġunijiet prattiċi, bħal provvedimenti marbuta ma’ litigazzjonijiet li l-entità tkun soġġetta għalihom.

0400

L-obbligazzjonijiet residwali

Kull obbligazzjoni mhux rapportata fir-ringieli 0100 sa 0390.

0500

Il-fondi proprji

Il-punt (118) tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 72 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istess definizzjoni bħall-COREP (OF): {C 01.00;010;010}

0510

Il-Kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni

L-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istess definizzjoni bħall-COREP (OF): {C 01.00;020;010}

0511

Li minnu: l-istrumenti ta’ kapital/il-kapital tal-ishma

L-istrumenti ġuridiċi li jikkostitwixxu (parti mill-) kapital tas-CET1 fl-għamla ta’ strumenti ta’ kapital/kapital tal-ishma

0512

Li minnu: l-istrumenti klassifikati pari passu mal-ishma ordinarji

L-istrumenti ġuridiċi li jikkostitwixxu (parti mill-) fondi proprji tas-CET1 fl-għamla ta’ strumenti li ma humiex strumenti kapitali/kapital tal-ishma, iżda klassifikati pari passu ma’ din il-kategorija

0520

Il-Kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali

L-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istess definizzjoni bħall-COREP (OF): {C 01.00;530;010}

0521

Li minnu: (parti mill-) obbligazzjonijiet subordinati rikonoxxuti bħala fondi proprji

L-istrumenti ġuridiċi li jikkostitwixxu (parti mill-) Grad 1 Addizzjonali.

0530

Il-Kapital ta’ Grad 2

L-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istess definizzjoni bħall-COREP (OF): {C 01.00;750;010}

0531

Li minnu: (parti mill-) obbligazzjonijiet subordinati rikonoxxuti bħala fondi proprji

Dan il-qsim jidentifika l-istrumenti ġuridiċi li jikkostitwixxu (parti mill-)fondi proprji ta’ Grad 2.

0600

L-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji totali inkluż l-obbligazzjonijiet derivattivi

It-total tal-obbligazzjonijiet kollha rapportati f’dan il-mudell u l-ammont ta’ fondi proprji regolatorji. Għal dan il-għan, għandhom jiġu miżjuda l-ammonti kollha mil-linji ta’ hawn fuq. Fir-rigward tad-derivattivi, il-valur li jrid jintuża għandu jkun ir-ringiela 0334 “It-total tal-pożizzjonijiet ta’ obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tar-regoli ta’ netting prudenzjali”.

II.3   Z 03.00 - Rekwiżiti ta’ fondi proprji (OWN)

II.3.1   Rimarki ġenerali

15.

Dan il-mudell jiġbor informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal entità jew grupp.

16.

L-informazzjoni kollha rapportata għandha tirrifletti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli fid-data ta’ referenza tar-rapportar.

17.

L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-Pilastru 2 rapportata f’dan il-mudell għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar ittra SREP uffiċjali disponibbli kkomunikata mill-awtorità kompetenti.

18.

Meta l-entità msemmija fir-rapport ma tkunx soġġetta għal rekwiżiti ta’ kapital fuq bażi individwali, għandha tirrapporta biss ir-ringiela 0110.

II.3.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Ringieli

Struzzjonijiet

0100

L-Ammont Totali tal-Iskopertura għar-Riskju

L-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ara Z 01.00, il-kolonna 0100

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif definit għall-COREP (OF): {C 02.00;010;010}

0110

Il-kontribuzzjoni għall-ammont totali konsolidat tal-iskopertura għar-riskju

Ara Z 01.00, il-kolonna 0140

Din l-entrata għandha tiġi rrapportata biss għall-entitajiet li ma humiex soġġetti għal rekwiżiti ta’ kapital fuq bażi individwali.

0120

Il-kejl tal-iskopertura totali

L-Artikolu 429(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0210 - 0250

Il-Kapital inizjali u r-Rekwiżiti tal-Proporzjon ta’ Ingranaġġ

0210

Il-kapital inizjali

L-Artikoli 12 u 28 sa 31 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ bħala prekundizzjoni għall-awtorizzazzjoni sabiex tinbeda attività ta’ istituzzjoni.

0220

Ir-Rekwiżit tal-Proporzjon ta’ Ingranaġġ

Ir-rekwiżit tal-proporzjon ta’ ingranaġġ f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif applikabbli għall-entità jew għall-grupp, espress bħala perċentwal tal-kejl tal-iskopertura totali. L-entitajiet ta’ rapportar li jeskludu l-iskoperturi għall-bank ċentrali tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-punt (n) tal-Artikolu 429a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw ir-rekwiżit tal-proporzjon ta’ ingranaġġ aġġustat f’konformità mal-Artikolu 429a(7) ta’ dak ir-Regolament. Jekk ma jkun hemm l-ebda rekwiżit formali fis-seħħ, l-entitajiet għandhom iħallu din iċ-ċellola vojta.

0300

Il-proporzjon ta’ rekwiżit kapital totali ta’ SREP (TSCR)

COREP (OF): {C 03.00;0130;0010}

It-total ta’ (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon ta’ kapital totali (8 %) kif speċifikat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

il-proporzjon tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali (ir-Rekwiżiti tal-Pilastru 2 – P2R) determinat f’konformità mal-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE u mal-kriterji speċifikati fil-Linji Gwida tal-EBA dwar metodoloġiji u proċeduri komuni għall-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji u l-ittestjar tal-istress superviżorju - il-verżjoni konsolidata (EBA/GL/2014/13).

Din l-entrata għandha tirrifletti l-proporzjon ta’ rekwiżit kapital totali ta’ SREP (TSCR) kif ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti. It-TSCR hija definita fit-Taqsima 1.2 ta’ SREP GL tal-EBA.

Jekk l-ebda rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali ma jkun ġie kkomunikat mill-awtorità kompetenti, f’dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0310

TSCR: irid ikun magħmul minn kapital tas-CET1

COREP (OF): {C 03.00;0140;0010}

It-total ta’ (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon tal-kapital CET1 (4,5 %) kif stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

il-parti tal-proporzjon P2R, imsemmi fil-punt (ii) tar-ringiela 0300, li huwa meħtieġ mill-awtorità kompetenti li tinżamm fil-forma ta’ kapital CET1.

Fejn l-ebda rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali, li jrid jinżamm fl-għamla ta’ kapital CET1, ma jkun ġie kkomunikat mill-awtorità kompetenti, f’dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0320

(iii)

TSCR: irid ikun magħmul minn kapital ta’ Grad 1

COREP (OF): {C 03.00;0150;0010}

It-total ta’ (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 (6 %) kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

il-parti tal-proporzjon P2R, imsemmija fil-punt (ii) tar-ringiela 0300, li l-awtorità kompetenti titlob li tinżamm fl-għamla ta’ kapital ta’ Grad 1.

Fejn l-ebda rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali, li jrid jinżamm fl-għamla ta’ kapital ta’ Grad 1, ma jkun ġie kkomunikat mill-awtorità kompetenti, f’dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0400

Rekwiżit ta’ Riżerva Kombinata

Il-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE

COREP (OF): {C 04.00;0740;0010}

0410

Riżerva ta’ Konservazzjoni ta’ Kapital

Il-punt (1) tal-Artikolu 128 u l-Artikolu 129 tad-Direttiva 2013/36/UE

COREP (OF): {C 04.00;750;010}).

F’konformità mal-Artikolu 129(1) ta’ dik id-Direttiva, ir-riżerva ta’ konservazzjoni tal-kapital hija ammont addizzjonali ta’ kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni. Minħabba l-fatt li r-rata ta’ 2,5 % tar-riżerva ta’ konservazzjoni tal-kapital hija stabbli, f’din iċ-ċellola għandu jiġi rrapportat ammont.

0420

Ir-riżerva ta’ konservazzjoni dovut għal riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta’ Stat Membru

Il-punt (d)(iv) tal-Artikolu 458(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

COREP (OF): {C 04.00;760;010}).

F’din iċ-ċellola, flimkien mar-riżerva ta’ konservazzjoni tal-kapital, għandu jiġi rrapportat l-ammont tar-riżerva ta’ konservazzjoni dovut għal riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta’ Stat Membru, li jista’ jintalab skont l-Artikolu 458 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-ammont rapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-riżerva ta’ kapital rispettivi fid-data tar-rapportar.

0430

Riżerva ta’ Kapital Kontroċiklika Speċifika għall-Istituzzjoni

Il-punt (2) tal-Artikolu 128 u l-Artikoli 130 u 135 sa 140 tad-Direttiva 2013/36/UE

(ara COREP (OF): {C 04.00;770;010}).

L-ammont rapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-riżerva tal-kapital rispettivi fid-data tar-rapportar.

0440

Riżerva għar-Riskju Sistemiku

Il-punt (5) tal-Artikolu 128 u l-Artikoli 133 u 134 tad-Direttiva 2013/36/UE

(ara COREP (OF): {C 04.00;780;010}).

L-ammont rapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-riżerva ta’ kapital rispettivi fid-data tar-rapportar.

0450

Riżerva ta’ Istituzzjoni Globali Sistemikament Importanti

Il-punt (3) tal-Artikolu 128 u l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE

COREP (OF): {C 04.00;800;010}

L-ammont rapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-riżerva ta’ kapital rispettivi fid-data tar-rapportar.

0460

Riżerva ta’ Istituzzjoni Sistemikament Importanti Oħra

Il-punt (4) tal-Artikolu 128 u l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE

COREP (OF): {C 04.00;810;010}

L-ammont rapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-riżerva ta’ kapital rispettivi fid-data tar-rapportar.

0500

Il-proporzjon ta’ rekwiżit kapitali ġenerali (OCR)

COREP (OF): {C 03.00;160;010}

It-total ta’ (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon TSCR imsemmi fir-ringiela 0300;

(ii)

sa fejn dan ikun legalment applikabbli, il-proporzjon tar-rekwiżit tar-riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Din l-entrata għandha tirrifletti l-proporzjon tar-rekwiżit kapitali ġenerali (OCR) kif definit fit-Taqsima 1.2 tal-Linji Gwida SREP tal-EBA.

Fejn ma jkun japplika l-ebda rekwiżit tar-riżerva, għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0510

OCR: irid ikun magħmul minn kapital tas-CET1

COREP (OF): {C 03.00;170;010}

It-total ta’ (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon TSCR ikun magħmul minn kapital tas-CET1 imsemmi fir-ringiela 0310;

(ii)

sa fejn dan ikun legalment applikabbli, il-proporzjon tar-rekwiżit tar-riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Fejn ma jkun japplika l-ebda rekwiżit tar-riżerva, għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0520

OCR: irid ikun magħmul minn kapital ta’ Grad 1

COREP (OF): {C 03.00;180;010}

It-total ta’ (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon TSCR li jkun magħmul minn kapital ta’ Grad 1 imsemmi fir-ringiela 0320;

(ii)

sa fejn dan ikun legalment applikabbli, il-proporzjon tar-rekwiżit tar-riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Fejn ma jkun japplika l-ebda rekwiżit tar-riżerva, għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0600

L-OCR u l-Gwida tal-Pilastru 2 (P2G)

COREP (OF): {C 03.00;190;010}

It-total ta’ (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon OCR imsemmi fir-ringiela 0500;

(ii)

fejn applikabbli, il-Gwida tal-Pilastru 2 (P2G) kif definit fi SREP GL tal-EBA. Il-P2G għandu jkun inkluż biss jekk jiġi kkomunikat lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti.

Jekk l-ebda P2G ma tkun ġiet ikkomunikata mill-awtorità kompetenti, f’dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0610

OCR: irid ikun magħmul minn kapital tas-CET1

COREP (OF): {C 03.00;200;010}

It-total ta’ (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon OCR ikun magħmul minn kapital tas-CET1 imsemmi fir-ringiela 0510;

(ii)

fejn applikabbli, il-parti tal-P2G, imsemmija fil-punt (ii) tar-ringiela 0600, li hija meħtieġa mill-awtorità kompetenti li tinżamm fil-forma ta’ kapital tas-CET1. Il-P2G għandha tkun inkluża biss jekk tiġi kkomunikata lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti.

Jekk l-ebda P2G ma tkun ġiet ikkomunikata mill-awtorità kompetenti, f’dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0620

L-OCR u l-P2G: iridu jkunu magħmula minn kapital ta’ Grad 1

COREP (OF): {C 03.00;210;010}

It-total ta’ (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon OCR li jkun magħmul minn kapital ta’ Grad 1 imsemmi fir-ringiela 0520;

(ii)

fejn applikabbli, il-parti tal-proporzjon P2G, imsemmija fil-punt (ii) tar-Ringiela 600, li hija meħtieġa mill-awtorità kompetenti li tinżamm fil-forma ta’ kapital ta’ Grad 1. Il-P2G għandha tkun inkluża biss jekk tiġi kkomunikata lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti.

Jekk l-ebda P2G ma tkun ġiet ikkomunikata mill-awtorità kompetenti, f’dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

II.4   Z 04.00 - Interkonnessjonijiet finanzjarji intragrupp (IFC)

II.4.1   Rimarki ġenerali

19.

Dan il-mudell jirrikjedi informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet intragrupp mhux esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna, mill-istrumenti ta’ kapital u mill-garanziji.

20.

Għandhom jiġu rrapportati l-interkonnessjonijiet finanzjarji kollha bejn l-entitajiet ġuridiċi rilevanti li huma inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati. L-ammonti rapportati għandhom ikunu aggregati meta dawn ikunu jappartjenu għall-istess kontropartijiet (kemm l-emittent kif ukoll l-entità garantita, u l-kreditur, id-detentur jew il-fornitur ta’ garanzija) u l-istess tip ta’ obbligazzjonijiet, strumenti kapitali jew garanziji.

21.

Il-kombinament ta’ valuri rapportati fil-kolonni 0020, 0040 u 0050 ta’ dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

II.4.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonni

Struzzjonijiet

0010-0020

L-emittent jew l-entità garantita

L-entità ġuridika li toħroġ l-obbligazzjonijiet jew l-istrument ta’ kapital, jew li tkun l-entità garantita.

0010

L-isem tal-entità

Irid ikun differenti mill-isem tal-entità elenkat fil-kolonna 0030.

0020

Il-Kodiċi

Il-kodiċi tal-emittent jew tar-riċevitur tal-garanzija. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra. Fil-każ ta’ entitajiet oħrajn, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b’kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b’mod konsistenti fil-mudelli kollha.

Il-kodiċi jrid ikun differenti mill-kodiċi elenkat fil-kolonna 0040.

0030-0040

Il-kreditur, id-detentur jew il-fornitur ta’ garanzija

L-entità ġuridika li tkun il-kreditur tal-obbligazzjoni, għandha l-istrument kapitali jew tipprovdi l-garanzija.

0030

L-isem tal-entità

Irid ikun differenti mill-isem tal-entità elenkat fil-kolonna 0010.

0040

Il-Kodiċi

Il-kodiċi tal-kreditur, tad-detentur jew tal-fornitur tal-garanzija. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra. Fil-każ ta’ entitajiet oħrajn, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b’kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b’mod konsistenti fil-mudelli kollha.

Irid ikun differenti mill-kodiċi elenkat fil-kolonna 0020.

0050- 0080

L-interkonnessjoni finanzjarja

Dan il-qasam jiddeskrivi l-interkonnessjoni finanzjarja bejn l-entitajiet ġuridiċi rilevanti.

0050

It-Tip

Irid jintgħażel mil-lista li ġejja:

L-Obbligazzjonijiet Intragrupp

L.1.

Id-depożiti, mhux koperti iżda preferenzjali

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0310

L.2.

Id-depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0320

L.3.

L-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mid-derivattivi (l-Ammonti ta’ Għeluq)

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0330

L.4.

L-obbligazzjonijiet garantiti mhux kollateralizzati

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0340

L.5.

In-noti strutturati

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0350

L.6.

L-obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0360

L.7.

L-obbligazzjonijiet privileġġjati mhux bi preferenza

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0365

L.8.

L-obbligazzjonijiet subordinati

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0370

L.9.

Obbligazzjonijiet eliġibbli għal MREL oħrajn

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0380

L.10.

L-obbligazzjonijiet mhux finanzjarji

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0390

L.11.

L-obbligazzjonijiet residwali

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0400. Kull obbligazzjoni li ma hijiex koperta minn xi entrati preċedenti.

L.12.

Il-Kapital ta’ Grad 2

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0530

L.13.

Il-Kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0520

L.14.

Il-Kapital ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni

L-istess definizzjoni bħal f’Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0510

Il-Garanziji Intragrupp

G.1.

Il-Ħruġ

Il-garanziji dwar strumenti/obbligazzjonijiet speċifiċi li nħarġu

G.2.

Il-Kontroparti

Il-garanziji mogħtija lil kontroparti speċifika tal-istituzzjoni

G.3.

Bla limitu

Il-garanziji ġenerali mhux limitati għal ammont fiss

G.4.

Oħrajn

Kull tip ta’ garanzija mhux koperta mit-tipi preċedenti.

0060

L-ammont pendenti

Għall-obbligazzjonijiet (il-kolonna 0050, it-Tipi L.1, L.2 u L.4 sa L.14), l-ammont pendenti tal-obbligazzjonijiet intragrupp; għall-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mid-derivattivi (it-tip L.3), l-ammonti ta’ close-out kif definiti għall-iskopijiet tal-mudell Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0333.

Għall-garanziji (il-kolonna 0050, il-valuri G.1 sa G.4), l-ammont massimu potenzjali ta’ pagamenti futuri taħt il-garanzija

0070

Li minnhom maħruġa skont il-liġi ta’ pajjiż terz

Is-sehem, f’ammont monetarju, tal-ammont pendenti li huwa rregolat mil-liġi ta’ pajjiż terz.

0080

Li minnu: Eliġibbli għall-MREL

L-ammont ta’ fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE.

II.5   Z 05.01 u Z 05.02 - Kontropartijiet Ewlenin (MCP)

II.5.1   Rimarki ġenerali

22.

Dawn il-mudelli jiġbru informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet lejn kontropartijiet ewlenin (Z 05.01) u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali riċevuti minn kontropartijiet ewlenin (Z 05.02). L-ammonti rapportati għandhom jiġu aggregati meta jappartjenu għall-istess kontroparti u l-istess tip ta’ obbligazzjonijiet jew entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali.

23.

L-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, li l-kontroparti tagħhom ma tistax tkun identifikata, ma għandhomx jiġu rrapportati f’dawn il-mudelli. L-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, li l-kontroparti tagħhom tkun entità inkluża fir-rapporti finanzjarji konsolidati, ma għandhomx jiġu rrapportati.

II.5.2   Z 05.01 – Kontropartijiet ewlenin tal-obbligazzjonijiet - Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

24.

Il-kombinament ta’ valuri rapportati fil-kolonni 0020 u 0060 ta’ dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

Kolonni

Struzzjonijiet

0010-0050

Il-Kontroparti

L-informazzjoni dwar il-kontroparti ewlenija li fir-rigward tagħha tfeġġ l-obbligazzjoni.

Il-kontropartijiet ewlenin għandhom jiġu identifikati billi jinġabar it-total tal-ammonti pendenti tal-obbligazzjonijiet kollha tal-entità jew tal-grupp li għalihom jiġi rrapportat il-mudell, għal kull kontroparti jew grupp ta’ klijenti konnessi, bl-esklużjoni tal-obbligazzjonijiet lejn entitajiet inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

Il-kontropartijiet u l-gruppi ta’ kontropartijiet konnessi jiġu mbagħad klassifikati skont l-ammont pendenti aggregat sabiex jiġu identifikati l-ewwel 10 kontropartijiet ewlenin, li fuqhom għandha tiġi pprovduta informazzjoni f’dan il-mudell.

Id-definizzjoni ta’ “grupp ta’ kontropartijiet konnessi” għandha timxi fuq id-definizzjoni ta’ “grupp ta’ klijenti konnessi” stabbilita fil-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għall-iskop ta’ dan il-mudell, kontroparti ma tistax tkun entità inkluża fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

0010

L-isem tal-entità

L-isem tal-kontroparti ewlenija jew, meta applikabbli, l-isem ta’ grupp ta’ klijenti konnessi.

L-isem ta’ grupp ta’ klijenti konnessi għandu jkun l-isem tal-kumpanija omm jew, meta l-grupp ta’ klijenti konnessi ma jkollux kumpanija omm, l-isem kummerċjali tal-grupp.

0020

Il-Kodiċi

Il-kodiċi tal-kontroparti ewlenija jew tal-grupp ta’ klijenti konnessi. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra. Fil-każ ta’ entitajiet oħrajn, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b’kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b’mod konsistenti fil-mudelli kollha.

0030

Il-grupp jew l-individwu

L-istituzzjoni għandha tirrapporta “1” għall-kontropartijiet ewlenin individwali u “2” għall-gruppi ta’ klijenti konnessi.

0040

Il-Pajjiż

Il-kodiċi ISO 3166-1-alpha-2 tal-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tal-kontroparti. Dan jinkludi kodiċijiet psewdo-ISO għall-organizzazzjonijiet internazzjonali, disponibbli fl-aħħar edizzjoni tal-“Vademecum tal-Bilanċ tal-Pagamenti” tal-Eurostat.

Il-pajjiż huwa determinat b’referenza għall-uffiċċju reġistrat tal-kontroparti. Għall-gruppi ta’ klijenti konnessi, il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija omm.

0050

Is-Settur

Għal kull kontroparti għandu jiġu allokat settur wieħed abbażi tal-klassijiet tas-settur ekonomiku FINREP li ġejjin (il-Kapitolu 6 tal-Parti 1 tal-Anness V tal-FINREP):

—

Il-Banek Ċentrali

—

Il-Gvernijiet Ġenerali

—

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu

—

Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

—

Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji

—

L-Unitajiet Domestiċi

Għal gruppi ta’ klijenti konnessi, l-ebda settur ma għandu jiġi rrapportat.

0060

It-Tip

It-tip ta’ obbligazzjoni għandu jkun wieħed mit-tipi ta’ obbligazzjonijiet elenkati fil-Mudell Z 02.00 - L-Istruttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB), jiġifieri:

L.0

L-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna;

L.1

Id-depożiti, mhux koperti iżda preferenzjali;

L.2.

Id-depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali;

L.3

L-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mid-derivattivi

L.4

L-obbligazzjonijiet garantiti mhux kollateralizzati

L.5

In-noti strutturati

L.6

L-obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti

L.7

L-obbligazzjonijiet privileġġjati mhux bi preferenza

L.8

L-obbligazzjonijiet subordinati (mhux rikonoxxuti bħala fondi proprji)

L.9

Obbligazzjonijiet eliġibbli għal MREL oħrajn

L.10

L-obbligazzjonijiet mhux finanzjarji

L.11

L-obbligazzjonijiet residwali

Jekk l-obbligazzjonijiet lejn kontroparti ewlenija jikkonsistu f’aktar minn wieħed minn dawk it-tipi ta’ obbligazzjonijiet, kull tip ta’ obbligazzjoni għandu jiġi rrapportat f’ringiela separata.

0070

L-Ammont

L-ammont għandu jkun ekwivalenti għad-definizzjoni ta’ “ammont pendenti” kif previst fil-Mudell Z 02.00 - L-Istruttura tal-Obbligazzjonijiet. F’każ ta’ obbligazzjonijiet li jirriżultaw mid-derivattivi (it-Tip L.3), għandhom jiġu rrapportati l-ammonti ta’ close-out kif definiti għall-iskopijiet tar-ringiela 0333, il-Mudell Z 02.00.

II.5.3   Z 05.02 – Kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali: Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

25.

Il-kombinament ta’ valuri rapportati fil-kolonni 0020 u 0060 ta’ dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

Kolonni

Struzzjonijiet

0010-0050

Il-Kontroparti

L-informazzjoni dwar il-kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali.

Il-kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali għandhom jiġu identifikati billi jinġabar it-total tal-ammont nominali tal-impenji u tal-garanziji finanzjarji riċevuti (kif definiti għall-iskopijiet tal-FINREP, il-mudell F 09) mill-entità jew mill-entitajiet tal-grupp li għalihom jiġi rrapportat il-mudell mill-kontropartijiet jew mill-grupp ta’ klijenti konnessi. Il-kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali għandhom jeskludu l-entitajiet inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp. Il-kontropartijiet u l-gruppi ta’ klijenti konnessi jiġu mbagħad klassifikati skont l-ammont pendenti aggregat sabiex jiġu identifikati l-ewwel 10 kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, li fuqhom għandha tingħata informazzjoni f’dan il-mudell.

Għall-iskop ta’ dan il-mudell, għandhom jiġu rrapportati biss il-kontropartijiet li ma humiex inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

0010

L-isem tal-entità

Ara l-istruzzjonijiet fil-kolonna 0010 ta’ Z 05.01

0020

Il-Kodiċi

Ara l-istruzzjonijiet fil-kolonna 0020 ta’ Z 05.01

0030

Il-grupp jew l-individwu

Ara l-istruzzjonijiet fil-kolonna 0030 ta’ Z 05.01

0040

Il-Pajjiż

Ara l-istruzzjonijiet fil-kolonna 0040 ta’ Z 05.01

0050

Is-Settur

Ara l-istruzzjonijiet fil-kolonna 0050 ta’ Z 05.01

0060

It-Tip

It-tip ta’ entrata li ma tidhirx fil-karta bilanċjali għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin skont kif definiti fil-FINREP, il-mudell F 09.02:

OBS.1

L-impenji ta’ self riċevuti

OBS.2

Il-garanziji finanzjarji riċevuti

OBS.3

Impenji oħra riċevuti

Jekk l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali riċevuti minn kontroparti ewlenija jkunu jikkonsistu f’aktar minn wieħed minn dawk it-tipi, kull tip ta’ entrata li ma tidhirx fil-karta bilanċjali għandu jiġi rrapportat f’ringiela separata.

0070

L-Ammont

II.6   Z 06.00 - Assigurazzjoni ta’ depożitu (DIS)

II.6.1   Rimarki ġenerali

26.

Dan il-mudell jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-assigurazzjoni tad-depożiti fi grupp. L-iskema ta’ garanzija tad-depożiti (SGD) għandha tiġi rrapportata f’dan il-mudell, jekk entità ġuridika rilevanti tal-grupp tkun membru tagħha.

27.

Kull istituzzjoni ta’ kreditu li tappartjeni għall-grupp għandha tiġi rrapportata f’ringiela separata.

II.6.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonni

Struzzjonijiet

0010-0020

L-Entità

0010

L-Isem tal-Entità

L-isem tal-entità kif irrapportat f’Z 01.00 - L-istruttura organizzazzjonali (ORG).

0020

Il-Kodiċi

Il-kodiċi tal-entità, kif rapportat f’Z 01.00 - L-istruttura organizzazzjonali (ORG).

Dan huwa identifikatur tar-ringiela u jrid ikun uniku għal kull ringiela fil-mudell.

0030

SGD

L-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2014/49/UE

L-isem tal-SGD rikonoxxuta uffiċjalment li l-entità hija membru tagħha skont id-Direttiva 2014/49/UE. Dan għandu jkun l-SGD fl-Istat Membru ta’ inkorporazzjoni tal-entità, bl-esklużjoni ta’ SGD oħra li, fi Stati Membri oħrajn, jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali (“żieda”) lill-konsumaturi tal-entità f’fergħa f’dak l-Istat Membru. Meta istituzzjoni tkun membru ta’ SPI li tkun ukoll uffiċjalment rikonoxxuta bħala SGD skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-isem tal-SGD għandu jkun identiku għall-isem tal-SPI fir-ringiela 050.

Għal kull pajjiż ta’ inkorporazzjoni tal-entità, l-SGD għandhom jintgħażlu minn fost dawn li ġejjin:

Għall-Awstrija

—

Einlagensicherung AUSTRIA Ges.m.b.H.

—

“Sparkassen-Haftungs GmbH”

Il-Belġju

—

“Garantiefonds voor financiële diensten/Fonds de garantie pour les services financiers”

Il-Bulgarija

—

“Фондът за гарантиране на влоговете в банките”

Il-Kroazja

—

“Državna agencija za osiguranje štednih uloga i sanaciju banaka”

Ċipru

—

“Σύστημα Εγγύησης των Καταθέσεων και Εξυγίανσης Πιστωτικών και Άλλων Ιδρυμάτων”

Iċ-Ċekja

—

“Garanční systém finančního trhu”

Id-Danimarka

—

“Garantiformuen”

L-Estonja

—

“Tagatisfond”

Il-Finlandja

—

“Talletussuojarahasto”

Franza

—

“Fonds de Garantie des Dépôts et de Résolution”

Il-Ġermanja

—

“Entschädigungseinrichtung deutscher Banken GmbH”

—

“Entschädigungseinrichtung des Bundesverbandes Öffentlicher Banken Deutschlands GmbH”

—

“Sicherungseinrichtung des Deutschen Sparkassen- und Giroverbandes (DSGV-Haftungsverbund)”

—

“BVR Institutssicherung GmbH”

Ġibiltà

—

“Gibraltar Deposit Guarantee Scheme”

Il-Greċja

—

“Ταμείο Εγγύησης Καταθέσεων και Επενδύσεων”

L-Ungerija

—

“Országos Betétbiztosítási Alap”

L-Iżlanda

—

“Tryggingarsjóður innstæðueigenda og fjárfesta”

L-Irlanda

—

“Irish Deposit Protection Scheme”

L-Italja

—

“Fondo Interbancario di Tutela dei Depositi”

—

“Fondo di Garanzia dei Depositanti del Credito Cooperativo”

Il-Latvja

—

“Latvijas Noguldījumu garantiju fonds”

Il-Liechtenstein

—

“Einlagensicherungs- und Anlegerentschädigungs-Stiftung SV”

Il-Litwanja

—

“Indėlių ir investicijų draudimas”

Il-Lussemburgu

—

“Fond de garantie des Dépôts Lussemburgu”

Malta

—

“Depositor Compensation Scheme”

L-Olanda

—

“De Nederlandsche Bank, Depositogarantiestelsel”

In-Norveġja

—

“Bankenes sikringsfond”

Il-Polonja

—

“Bankowy Fundusz Gwarancyjny”

Il-Portugall

—

“Fundo de Garantia de Depósitos”

Ir-Rumanija

—

“Fondul de Garantare a Depozitelor Bancare”

Is-Slovakkja

—

“Fond ochrany vkladov”

Is-Slovenja

—

“Banka Slovenije”

Spanja

—

“Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito”

L-Iżvezja

—

“‘Riksgälden”

Jekk l-SGD rikonoxxuta uffiċjalment li tagħha l-entità tkun membru ma tkunx elenkata hawn fuq, għandha tiġi rrapportata taħt “oħrajn”.

0040

L-ammont ta’ depożiti koperti

Il-punt (5) tal-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2014/49/UE

L-ammont ta’ depożiti koperti kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) flimkien mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE, kif koperti mill-SGD fir-ringiela 00030, bl-esklużjoni ta’ bilanċi temporanjament għolja kif definiti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2014/49/UE.

0050

L-Iskema ta’ Protezzjoni Istituzzjonali

L-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-isem tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali (SPI), kif imsemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tagħha l-entità hija membru. Tirrapporta xejn jekk l-entità ma tkunx membru ta’ SPI. Meta l-entità tkun membru ta’ SPI li hija wkoll uffiċjalment rikonoxxuta bħala SGD skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-isem tal-SPI għandu jkun identiku għall-isem tal-SGD fir-ringiela 030.

0060

Il-protezzjoni addizzjonali skont l-iskema kuntrattwali

Il-punt (a) tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2014/49/UE

L-ammonti ta’ depożiti koperti minn skema kuntrattwali fl-entità.

II.7   Funzjonijiet kritiċi u linji ta’ negozju ewlenin

II.7.1   Rimarki ġenerali

28.

L-erba’ mudelli ta’ din it-taqsima jipprovdu data ewlenija u valutazzjonijiet kwalitattivi tal-impatt, tas-sostitwibbiltà u tal-kritikalità tal-funzjonijiet ekonomiċi li l-grupp qiegħed jipprovdi, supplimentati minn immappjar ta’ dawk il-funzjonijiet kritiċi għal-linji ta’ negozju ewlenin u għall-entitajiet ġuridiċi.

29.

B’mod aktar speċifiku, il-mudelli huma ddedikati għas-suġġetti li ġejjin:

30.

Il-Mudell Z 07.01 - Il-valutazzjoni tal-kritikalità tal-funzjonijiet ekonomiċi (FUNC 1) jidentifika, abbażi ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi, il-funzjonijiet mhux kritiċi u kritiċi mwettqa mill-grupp għal kull Stat Membru li fih huwa attiv il-grupp;

31.

Il-Mudell Z 07.02 - L-immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-entità ġuridika (FUNC 2) jimmappja l-funzjonijiet kritiċi identifikati mal-entitajiet ġuridiċi u jivvaluta jekk kull entità ġuridika titqiesx materjali għat-twettiq tal-funzjoni kritika jew le;

32.

Il-Mudell Z 07.03 - L-immappjar ta’ linji ta’ negozji ewlenin skont l-entità ġuridika (FUNC 3) jipprovdi lista kompluta ta’ linji ta’ negozji ewlenin u jimmappjahom mal-entitajiet ġuridiċi;

33.

Il-Mudell Z 07.04 - L-immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-linji ta’ negozji ewlenin (FUNC 4) jimmappja l-funzjonijiet kritiċi identifikati mal-linji ta’ negozju.

34.

Skont il-punt (35) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, “funzjonijiet kritiċi” tfisser attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet li t-twaqqif tagħhom fi Stat Membru wieħed jew aktar, iwassal għal tħarbit ta’ servizzi li huma essenzjali għall-ekonomija reali jew għal tħarbit tal-istabbiltà finanzjarja minħabba d-daqs, is-sehem mis-suq, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità jew l-attivitajiet transfruntiera ta’ istituzzjoni jew grupp, b’attenzjoni partikolari għas-sostitwibbiltà ta’ dawk l-attivitajiet, is-servizzi jew l-operazzjonijiet.

35.

Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/778 (18), funzjoni għandha titqies kritika, meta tkun tissodisfa dawn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-funzjoni hija provduta minn istituzzjoni lil partijiet terzi li ma humiex affiljati mal-istituzzjoni jew mal-grupp; u

(b)

in-nuqqas f’daqqa tagħha jwassal għal tfixkil li x’aktarx ikollu impatt negattiv materjali fuq partijiet terzi, iwassal għal kontaġju jew jimmina l-kunfidenza ġenerali tal-parteċipant fis-suq minħabba r-relevanza sistemika tal-funzjoni għal partijiet terzi u r-relevanza sistemika tal-istituzzjoni jew il-grupp sabiex jipprovdu l-funzjoni.

36.

Skont il-punt (36) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, “linji ta’ negozju ewlenin” tfisser linji ta’ negozju u servizzi assoċjati li jirrappreżentaw sorsi materjali ta’ dħul, profitt jew valur tal-frankiġja għal istituzzjoni jew għal grupp li l-istituzzjoni tifforma parti minnu.

37.

Għall-finijiet ta’ dan il-mudell, il-funzjonijiet ekonomiċi għandhom jirreferu għall-funzjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt.

38.

Għal kull kategorija ta’ funzjonijiet ekonomiċi, tista’ tintgħażel funzjoni ekonomika “oħra” jekk il-funzjoni ma tkunx koperta mill-funzjonijiet predefiniti l-oħrajn.

39.

Il-kontropartijiet imsemmija fir-Ringieli minn 0010 sa 0070 u fir-Ringieli minn 0080 sa 0150 huma definiti bl-istess mod bħas-setturi ta’ kontroparti kif previst fil-Kapitolu 6 tal-Parti 1 tal-Anness V tal-FINREP. “SMEs” tfisser SMEs kif definiti fil-punt (i) tal-paragrafu 5 tal-Parti 1 tal-Anness V tal-FINREP.

ID

Il-funzjoni ekonomika

Id-Depożiti

It-teħid ta’ depożitiu għandu jirreferi għall-aċċettazzjoni ta’ depożiti minn intermedjarji mhux finanzjarji. Dan ma jinkludix self minn intermedjarji finanzjarji oħrajn, li jiġi ttrattat separatament taħt il-“finanzjament tal-operaturi”.

Id-depożiti jinkludu: i) il-kontijiet kurrenti/id-depożiti mil-lum għall-għada, ii) id-depożiti b’maturità miftiehma, u iii) id-depożiti mifdija b’notifika, u jeskludu l-ftehimiet ta’ riakkwist.

Ir-Referenzi: Gwida tal-FSB dwar l-Identifikazzjoni ta’ Funzjonijiet Kritiċi u s-Servizzi Kondiviżi Kritiċi (2013), p. 14; L-entrati 9.1, 9.2 u 9.3 tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013.

1.1

L-Unitajiet domestiċi

1.2

Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (SMEs)

1.3

Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (mhux SMEs)

1.4

Il-gvernijiet ġenerali

1.5, 1.6, 1.7

Setturi/kontropartijiet oħrajn (1), (2) u (3)

L-Għoti ta’ Self

L-għoti ta’ self għandu jirreferi għall-forniment ta’ fondi lill-kontropartijiet mhux finanzjarji, bħall-klijenti korporattivi jew klijenti konsumaturi. L-għoti ta’ self lill-kontropartijiet finanzjarji huwa attività distinta u huwa valutat taħt “il-finanzjament tal-operaturi”. Is-self jinkludi strumenti ta’ dejn miżmuma mill-istituzzjonijiet iżda jeskludi strumenti ta’ dejn li huma titoli, irrispettivament mill-klassifikazzjoni kontabilistika tagħhom.

Ir-Referenzi: Gwida tal-FSB dwar l-Identifikazzjoni ta’ Funzjonijiet Kritiċi u s-Servizzi Kondiviżi Kritiċi (2013), p. 17; L-entrata 2 tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013.

2.1

L-Unitajiet domestiċi – L-Għoti ta’ self għax-xiri ta’ dar

L-għoti ta’ self għax-xiri ta’ dar ifisser self estiż lill-unitajiet domestiċi għall-fini ta’ investiment fi djar għall-użu proprju jew għall-kiri, inkluż il-bini u r-ristrutturar tal-post.

2.2

L-unitajiet domestiċi – l-għoti ta’ self ieħor

2.3

Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji - SMEs

2.4

Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji - mhux SMEs

2.5

Il-Gvernijiet Ġenerali

2.6, 2.7, 2.8

Setturi/kontropartijiet oħrajn (1), (2) u (3)

Is-Servizzi ta’ Pagamenti, Flus Kontanti, Saldu, Ikklerjar, Kustodja

Ir-Referenza: FSB Guidance on Identification of Critical Functions and Critical Shared Services (2013), p. 20.

Il-funzjonijiet ekonomiċi inklużi taħt din il-kappa għandhom jikkonsistu mill-forniment ta’ servizzi ta’ pagament, flus kontanti, saldu, ikklerjar u kustodja minn istituzzjoni ta’ kreditu, bħala intermedjarju bejn il-klijenti proprji jew bħala intermedjarju bejn klijent u waħda jew aktar mill-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji (FMIs), jew l-għoti ta’ aċċess (indirett) lill-FMIs għal banek oħra. F’konformità mal-Gwida tal-FSB dwar l-Identifikazzjoni ta’ Funzjonijiet Kritiċi u s-Servizzi Kondiviżi Kritiċi, il-funzjoni tal-pagamenti, l-ikklerjar u s-saldu hija limitata għal servizzi provduti mill-banek lill-klijenti tagħhom. Din il-kategorija ma tkoprix servizzi provduti minn fornituri tal-FMI (veri u proprji). Għall-fini ta’ dan il-mudell, l-FMIs jinkludu sistemi ta’ pagament, sistemi ta’ saldu tat-titoli, depożitorji ċentrali tat-titoli u kontropartijiet ċentrali (u ma jinkludux repożitorji tat-tranżazzjonijiet).

“Is-Servizz ta’ pagament”, “it-tranżazzjoni ta’ pagament” u “is-sistema ta’ pagament” għandhom l-istess tifsira bħad-definizzjoni tagħhom fl-Artikolu 4(3), (5) u (7), rispettivament, tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

3.1

Is-servizzi ta’ pagament lill-MFIs

Din ir-ringiela għandha tinkludi servizzi ta’ pagament offruti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Monetarji (MFIs), bl-użu ta’ sistemi esterni ta’ pagament jew mingħajrhom. Dan għandu jinkludi wkoll (il-pagamenti relatati ma’) servizzi bankarji korrispondenti. L-MFIs għandhom jikkonsistu fl-unitajiet istituzzjonali kollha inklużi fis-sottosetturi: i) il-bank ċentrali; ii) il-korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għall-bank ċentrali; u iii) il-fondi tas-suq monetarju.

3.2

Is-servizzi ta’ pagament lil dawk mhux MFIs

Is-servizzi ta’ pagament offruti lill-klijenti, bl-użu ta’ sistemi esterni ta’ pagament jew mingħajrhom. Dan għandu jinkludi biss persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ma jappartjenux għas-settur tal-MFIs. Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament huma wkoll esklużi mis-settur “mhux MFIs”.

3.3

Is-servizzi ta’ flus kontanti

Il-forniment ta’ servizzi ta’ flus kontanti lill-klijenti (kemm individwi kif ukoll korporattivi, mhux MFIs biss). Dawn is-servizzi jirreferu għal ġbid ta’ flus minn ATMs u minn counters tal-fergħat u ma jinkludux servizzi oħrajn ta’ flus kontanti (bħal servizzi ta’ tranżitu ta’ flus kontanti għall-bejjiegħa bl-imnut fuq skala kbira). Huwa inkluż il-ġbid ta’ flus b’ċekkijiet u minn counters tal-fergħat bl-użu ta’ formoli bankarji (meta jkunu jistgħu jintużaw il-cards bħala mezz ta’ identifikazzjoni).

3.4

Is-servizzi ta’ saldu tat-titoli

Is-servizzi offruti lill-klijenti għall-konferma, l-ikklerjar u s-saldu ta’ tranżazzjonijiet tat-titoli, bl-użu tas-sistemi ta’ saldu tat-titoli jew mingħajru. “Is-saldu” tfisser it-tlestija ta’ tranżazzjoni ta’ titoli fejn tiġi konkluża bil-għan li jitwettqu l-obbligi tal-partijiet għal dik it-tranżazzjoni permezz tat-trasferiment ta’ flus kontanti u/jew titoli.

3.5

Is-servizzi tal-ikklerjar tas-CCP

Is-servizzi tal-ikklerjar tat-titoli u tad-derivattivi pprovduti lill-klijenti. Dan jinkludi wkoll l-għoti ta’ aċċess indirett għal Kontroparti Ċentrali (CCP).

3.6

Is-Servizzi ta’ kustodja

Is-salvagwardja u l-amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji għall-klijenti u għas-servizzi relatati mar-rwol ta’ kustodja bħall-ġestjoni tal-kollateral u ta’ flus kontanti.

3.7, 3.8, 3.9

Servizzi/attivitajiet/funzjonijiet oħra (1), (2) u (3)

Is-Swieq Kapitali

L-attivitajiet tas-swieq kapitali għandhom jirreferu għall-ħruġ u għan-negozjar ta’ titoli, ta’ servizzi ta’ konsulenza relatati u ta’ servizzi relatati bħas-senserija primarja u l-ġenerazzjoni tas-suq.

4.1

Id-derivattivi miżmuma għan-negozju (OTC)

L-Artikolu 2(5) u (7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Derivattiv jew kuntratt derivattiv tfisser strument finanzjarju kif stabbilit fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE kif implimentata mill-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (20).

Derivattiv OTC jew kuntratt tad-derivattivi OTC tfisser kuntratt tad-derivattivi li l-eżekuzzjoni tiegħu ma seħħx f’suq regolat skont it-tifsira tal-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE jew f’suq ta’ pajjiż terz ikkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat f’konformità mal-Artikolu 2a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

L-ammont li jrid jiġi rreġistrat għandu jinkludi biss id-derivattivi negozjati fis-suq OTC.

4.2

Id-Derivattivi miżmuma għan-negozju (mhux OTC)

Id-derivattivi kollha miżmuma għan-negozjar, esklużi d-derivattivi OTC miżmuma għan-negozjar.

4.3

Is-swieq sekondarji/In-negozjar:

Is-suq sekondarju huwa fejn l-investituri jixtru u jbigħu t-titoli. Din il-funzjoni tapplika għall-portafoll tan-negozjar totali (jiġifieri l-ekwità, il-kreditu korporattiv, il-kreditu sovran).

L-ammont li jrid jiġi rrapportat għandu jinkludi l-valur tat-titoli kkalkolat bħala l-ammont totali ta’ titoli fiż-żamma għan-negozju. It-titoli għandhom jiġu rrapportati bil-valur ġust fid-data tar-rapportar.

L-ammont ma għandux jinkludi self, derivattivi u assi mhux negozjabbli (eż. riċevibbli).

4.4

Is-swieq primarji/is-sottoskrizzjoni

Is-swieq primarji huma fejn jinħarġu titoli ġodda bi skambju minn kumpaniji, gvernijiet, u gruppi oħrajn sabiex jinkiseb finanzjament permezz ta’ titoli bbażati fuq id-dejn jew fuq l-ekwità (bħal stokk komuni u preferut, bonds korporattivi, noti, kambjali, bonds tal-gvern). Is-swieq primarji huma ffaċilitati minn gruppi ta’ sottoskrizzjoni.

4.5, 4.6, 4.7

Servizzi/attivitajiet/funzjonijiet oħra (1), (2) u (3)

Il-Finanzjament tal-Operaturi

L-attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self fis-swieq tal-operaturi lill-kontropartijiet finanzjarji u mingħandhom (l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u korporazzjonijiet finanzjarji oħra).

5.1

It-Teħid b’Self

It-teħid b’self fis-swieq tal-operaturi mill-kontropartijiet finanzjarji (inkluż permezz ta’ ftehimiet ta’ riakkwist, teħid b’self bejn il-banek, karta kummerċjali, ċertifikat ta’ depożiti, fondi tas-suq monetarju, linji ta’ kreditu, kambjali kummerċjali garantiti b’assi u depożiti fiduċjarji).

5.2

Id-derivattivi (l-assi)

Id-derivattivi kollha b’kontropartijiet finanzjarji miżmuma fuq in-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali. Kuntrarjament għas-“Swieq Kapitali”, fil-“Finanzjament tal-Operaturi”, id-derivattivi jinkludu l-kuntratti kollha tad-derivattivi mal-kontropartijiet finanzjarji (mhux limitati għall-HFT).

5.3

L-Għoti ta’ Self

L-għoti ta’ self fis-swieq tal-operaturi lill-kontropartijiet finanzjarji (inkluż permezz ta’ self ta’ retroriakkwist, kambjali kummerċjali, ċertifikat ta’ depożiti, fondi tas-suq monetarju, linji ta’ kreditu, kambjali kummerċjali garantiti b’assi, depożiti fiduċjarji).

5.4

Id-derivattivi (l-obbligazzjonijiet)

Id-derivattivi kollha b’kontropartijiet finanzjarji miżmuma fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta bilanċjali.

5.5, 5.6, 5.7

Tipi oħra ta’ prodotti (1), (2) u (3)

Kwalunkwe funzjoni tal-funzjoni ekonomika “Il-Finanzjament tal-operaturi” li ma hijiex inkluża fil-punti 5.1 sa 5.4.

II.7.2   Z 07.01 - Valutazzjoni tal-kritikalità tal-funzjonijiet ekonomiċi (FUNC 1): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

40.

Dan il-mudell għandu jiġi rrapportat darba għal kull Stat Membru (identifikat bħala “pajjiż”) fejn il-grupp ikun attiv.

41.

Dan ikopri l-funzjonijiet ekonomiċi kollha mwettqa f’dak l-Istat Membru minn kwalunkwe entità fi grupp, kemm jekk dik il-funzjoni tkun tirrappreżenta funzjoni kritika kif ukoll jekk le.

Ringieli

Struzzjonijiet

0010 - 0380

Il-funzjonijiet ekonomiċi

Il-funzjonijiet ekonomiċi kif definiti hawn fuq

Kolonni

Struzzjonijiet

0010

Id-deskrizzjoni ta’ funzjoni ekonomika

Meta l-funzjoni ekonomika tkun tat-tip “Ieħor” (il-funzjonijiet 1.5 sa 1.7, 2.6 sa 2.8, 3.7 sa 3.9, 4.5 sa 4.7, 5.5 sa 5.7), għandha tingħata deskrizzjoni ta’ dik il-funzjoni.

0020

Is-sehem mis-suq

L-istima tas-sehem mis-suq tal-istituzzjoni jew tal-grupp għall-funzjoni ekonomika fil-pajjiż rispettiv. Bħala perċentwal tas-suq totali f’termini ta’ ammont monetarju.

0030

L-Ammont Monetarju

Il-kontenut ta’ din il-kolonna jiddependi fuq il-funzjoni ekonomika provduta:

1.

Id-Depożiti

L-ammont riportat (inkluż l-imgħax dovut) tad-depożiti aċċettati.

Ir-Referenzi: Il-paragrafu 97 tal-Parti 2 tal-Anness V u l-mudell F 08.01 tal Annessi III u IV tal-FINREP.

2.

L-Għoti ta’ Self

Il-valur riportat gross ta’ avvanzi u self mhux indebolit u indebolit (inkluż l-imgħax dovut). L-istokk tal-għoti ta’ self jittieħed bħala indikatur għas-self mistenni fil-futur.

Ir-Referenzi: Il-punt (b) tal-paragrafu 34 tal-Parti 1 tal-Anness V u l-mudell F 04.04.01 tal-Annessi III u IV tal-FINREP.

3.

Is-servizzi ta’ Pagamenti, Flus Kontanti, Saldu, Ikklerjar, Kustodja

Bħala regola ġenerali, għandha tiġi rrapportata l-medja tat-tranżazzjonijiet ta’ kuljum matul is-sena. Jekk ma tkunx disponibbli, tista’ tiġi rrapportata medja fuq perjodu iqsar (eż. ta’ ftit xhur).

Għandhom jitqiesu l-miżuri li ġejjin, b’mod speċifiku fir-rigward tal-funzjonijiet differenti:

—

Is-servizzi ta’ pagament (3.1 u 3.2): Il-valur tat-tranżazzjonijiet mibgħuta.

—

(Ir-Referenzi: L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva (UE) 2015/2366; BĊE/2013/43 (21))

—

Is-servizzi ta’ flus kontanti (3.3): Il-valur tat-tranżazzjonijiet mill-ATM, kif definiti fil-Tabella 7 tal-BĊE/2013/43, kif ukoll il-ġbid ta’ flus barra l-borża, kif definit fit-Tabella 4 tal-BĊE/2014/15 (22).

—

Is-servizzi ta’ saldu tat-titoli (3.4): Il-valur ta’ trasferimenti ta’ titoli pproċessati f’isem il-klijenti. Dan jinkludi tranżazzjonijiet saldati permezz ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli jew saldati internament mill-istituzzjonijiet ta’ rapportar, u tranżazzjonijiet “mingħajr pagament”.

—

Is-servizzi tal-ikklerjar tas-CCP (3.5): Il-pożizzjonijiet (l-iskopertura) li s-CCPs li l-istituzzjoni hija membru tagħhom jieħdu mal-istituzzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Jekk jogħġbok irrapporta l-valur medju ta’ kuljum tal-pożizzjonijiet miftuħa relatati mal-attività tal-klijenti fis-CCPs. Jekk ma jkunx disponibbli, tista’ tirrapporta l-valuri medji fuq perjodu iqsar (eż. ta’ ftit xhur).

—

Is-Servizzi ta’ kustodja (3.6): L-ammont ta’ assi taħt kustodja, bl-użu ta’ valur ġust. Jistgħu jintużaw bażijiet oħrajn ta’ kejl inkluż il-valur nominali jekk il-valur ġust ma jkunx disponibbli. F’dawk il-każijiet fejn l-istituzzjoni tipprovdi servizzi lil entitajiet bħalma huma impriżi ta’ investiment kollettiv jew fondi tal-pensjonijiet, l-assi kkonċernati jistgħu jintwerew fil-valur li fih dawk l-entitajiet jirrapportaw l-assi fil-karta bilanċjali tagħhom stess. L-ammonti rapportati għandhom jinkludu l-imgħax dovut, jekk xieraq.

(Ir-Referenza: Il-kolonna 010 tal-mudell F 22.02 tal-Annessi III u IV tal-FINREP)

4.

Is-Swieq Kapitali

L-ammont nozzjonali - Jiġi indikat biss għad-derivattivi (4.1 u 4.2): l-ammont nominali gross tan-negozji kollha konklużi u li għadhom mhux saldati fid-data ta’ referenza.

Ir-Referenzi: Il-paragrafu 133 tal-Parti 2 tal-Anness V tal-FINREP għad-definizzjoni; L-Annessi III, IV u V tal-FINREP għad-data.

—

It-total tad-derivattivi (4.1 u 4.2): Mudell F 10.00, kolonna 030, ringiela 290.

—

Id-Derivattivi OTC (4.1): Ir-Ringieli 300 + 310 + 320 tal-kolonna 030 tal-mudell F 10.00.

—

L-attivitajiet tas-swieq sekondarji (4.3): L-assi tal-valur riportat - il-valur riportat li jrid jiġi rrapportat fuq in-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali, inkluż l-imgħax dovut [FINREP: il-paragrafu 27 tal-Parti 1 tal-Anness V] għal strumenti ta’ ekwità u titoli ta’ dejn [FINREP: il-paragrafu 31 tal-Parti 1 tal-Anness V], klassifikat bħala “Miżmum għan-Negozju” [FINREP: il-punt (a) tal-paragrafu 15 u l-punt (a) tal-paragrafu 16 tal-Parti 1 tal-Anness V].

—

Ir-Referenza: FINREP: Ir-ringieli 010 + 060 + 120 tal-kolonna 010 tal-mudell F 04.01 tal-Anness III.

—

Is-swieq primarji (4.4): Id-dħul mit-tariffi - It-tariffi u l-kummissjonijiet riċevuti għall-involviment fl-oriġinazzjoni jew fil-ħruġ ta’ titoli mhux oriġinati jew maħruġa mill-istituzzjoni.

—

Ir-Referenza: FINREP: Ir-ringieli 030 + 180 tal-kolonna 010 tal-mudell F 22.01 tal-Annessi III u IV.

5.

Il-finanzjament tal-operaturi

Uża l-valur riportat gross kif definit fil-FINREP.

Ir-Referenzi: FINREP: Il-paragrafu 34 tal-Parti 1 tal-Anness V tal-FINREP: Il-Mudelli tal-Annessi III u IV:

—

It-teħid b’self (5.1): Ir-Ringieli 100 + 110 tal-kolonna 010 tal-mudell F 20.06, il-pajjiżi kollha.

—

Id-derivattivi (l-assi) (5.2): Il-mudell F20.04, kolonna 010, ringiela 010, il-pajjiżi kollha.

—

L-għoti ta’ self (5.3): Ir-Ringieli 170 + 180 tal-kolonna 010 tal-mudell F 20.04, il-pajjiżi kollha.

—

Id-Derivattivi (l-obbligazzjonijiet) (5.4): Il-mudell F 20.06, kolonna 010, ringiela 010, il-pajjiżi kollha.

0040

L-indikatur numeriku

Il-kontenut ta’ din il-kolonna jiddependi fuq il-funzjoni ekonomika provduta.

1.

Id-Depożiti

In-numru totali ta’ klijenti li ddepożitaw il-valuri rapportati f’ammont monetarju. Jekk klijent wieħed juża aktar minn prodott/kont ta’ depożitu wieħed, il-klijent għandu jiġi kkalkolat darba biss.

2.

L-Għoti ta’ Self

In-numru totali ta’ klijenti. Jekk klijent ikun qiegħed juża aktar minn prodott/kont wieħed, il-klijent għandu jiġi kkalkolat darba biss.

3.

Is-Servizzi ta’ Pagamenti, Flus Kontanti, Saldu, Ikklerjar, Kustodja

Bħala regola ġenerali, għandhom jiġu rrapportati l-medji tat-tranżazzjonijiet ta’ kuljum matul is-sena. Jekk ma jkunux disponibbli, jistgħu jiġu rrapportati l-medji fuq perjodu iqsar (eż. ta’ ftit xhur).

Għandhom jitqiesu l-miżuri li ġejjin, b’mod speċifiku fir-rigward tal-funzjonijiet differenti:

—

Is-servizzi ta’ pagament (3.1 u 3.2): In-numru ta’ tranżazzjonijiet li saru.

—

Ir-Referenzi: L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva (UE) 2015/2366; BĊE/2013/43.

—

Is-servizzi ta’ flus kontanti (3.3): In-numru ta’ tranżazzjonijiet mill-ATM, kif definiti fit-Tabella 7 tal-BĊE/2013/43, kif ukoll ġbid ta’ flus mingħand kaxxier, kif definit fit-Tabella 4 tal-BĊE/2014/15.

—

Is-servizzi ta’ saldu tat-titoli (3.4): In-numru ta’ tranżazzjonijiet ta’ trasferimenti ta’ titoli pproċessati f’isem il-klijenti. Dan jinkludi tranżazzjonijiet saldati permezz ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli jew saldati internament mill-grupp jew istituzzjoni ta’ rapportar, u tranżazzjonijiet “mingħajr pagament”.

4.

Is-Swieq Kapitali

In-numru ta’ kontropartijiet jew tranżazzjonijiet. Għad-derivattivi (4.1 u 4.2) u għall-istrumenti tas-swieq sekondarji (4.3), in-numru totali tal-kontropartijiet. Għas-swieq primarji (4.4), in-numru totali ta’ tranżazzjonijiet sottoskritti.

5.

Il-finanzjament tal-operaturi

In-numru totali ta’ kontropartijiet. Jekk kontroparti jkollha aktar minn kont wieħed u/jew aktar minn tranżazzjoni waħda, il-kontroparti għandha tiġi kkalkolata darba biss.

0050

L-impatt fuq is-suq

L-impatt stmat ta’ waqfien f’daqqa tal-funzjoni fuq partijiet terzi, swieq finanzjarji u l-ekonomija reali, filwaqt li jitqiesu d-daqs, is-sehem mis-suq fil-pajjiż, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità, u l-attivitajiet transfruntiera tal-istituzzjoni.

Din il-valutazzjoni għandha tiġi espressa kwalitattivament bħala “Għoli (GĦ)”, “Medju-Għoli (MGĦ)”, “Medju-Baxx (MB)” jew “Baxx (B)”.

“GĦ” għandha tintgħażel jekk il-waqfien ikollu impatt kbir fuq is-suq nazzjonali; “MGĦ” jekk l-impatt ikun sinifikanti; “MB” jekk l-impatt ikun materjali, iżda limitat; u “B” jekk l-impatt ikun baxx.

0060

Is-sostitwibbiltà

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/778.

Funzjoni titqies bħala sostitwibbli fejn din tista’ tiġi ssostitwita b’mod aċċettabbli u fi żmien raġonevoli u b’hekk jiġu evitati problemi sistemiċi għall-ekonomija reali u għas-swieq finanzjarji. Għandhom jitqiesu l-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-istruttura tas-suq għal dik il-funzjoni u d-disponibbiltà ta’ fornituri alternattivi;

(b)

l-abbiltà ta’ fornituri oħrajn f’termini ta’ kapaċità, ir-rekwiżiti sabiex iwettqu l-funzjoni, u l-ostakli potenzjali għad-dħul jew għall-espansjoni;

(c)

l-inċentiv ta’ fornituri oħrajn sabiex iwettqu dawn l-attivitajiet;

(d)

iż-żmien meħtieġ mill-utenti tas-servizz sabiex jiċċaqilqu lejn il-fornitur tas-servizz il-ġdid u l-kostijiet ta’ dak iċ-ċaqliq, iż-żmien meħtieġ għal kompetituri oħrajn sabiex jieħdu f’idejhom il-funzjonijiet u jekk dak iż-żmien huwiex biżżejjed sabiex jiġi evitat tfixkil sinifikanti skont it-tip ta’ servizz.

Din il-valutazzjoni għandha tiġi espressa kwalitattivament bħala “Għoli (GĦ)”, “Medju-Għoli (MGĦ)”, “Medju-Baxx (MB)” jew “Baxx (B)”.

“GĦ” għandha tintgħażel jekk funzjoni tkun tista’ faċilment tiġi pprovduta minn bank ieħor taħt kundizzjonijiet paragunabbli fi żmien raġonevoli;

“B” jekk funzjoni ma tkunx tista’ tiġi ssostitwita faċilment jew f’qasir żmien;

“MGĦ” u “MB” għal każijiet intermedji filwaqt li jitqiesu dimensjonijiet differenti (eż. is-sehem mis-suq, il-konċentrazzjoni tas-suq, il-ħin għas-sostituzzjoni, kif ukoll l-ostakoli ġuridiċi u r-rekwiżiti operazzjonali għad-dħul jew għall-espansjoni).

0070

Il-Funzjoni Kritika

F’din il-kolonna għandu jiġi rrapportat jekk, f’dan il-mudell, meta titqies id-data kwantitattiva u l-indikaturi ta’ kritikalità, il-funzjoni ekonomika titqiesx bħala kritika fis-suq għall-pajjiż rilevanti.

Irrapporta “Iva” jew “Le”

II.7.3   Z 07.02 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi skont l-entità ġuridika (FUNC 2): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

42.

Dan il-mudell għandu jiġi rrapportat għall-grupp kollu. Huma biss il-funzjonijiet kritiċi identifikati bħala t-tali {Z 07.01;070} (għal kull Stat Membru) li għandhom jiġu rrapportati f’dan il-mudell.

43.

Il-kombinament ta’ valuri rapportati fil-kolonni 0010, 0020 u 0040 ta’ dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

Kolonni

Struzzjonijiet

0010

Il-Pajjiż

Il-pajjiż li għalih il-funzjoni hija kritika, kif irrapportat f’Z 07.01 (FUNC 1).

0020

ID

L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu II.7.1 ta’ hawn fuq u msemmija fil-Mudell Z 07.01 (FUNC 1).

0030

L-Isem tal-Entità

L-isem tal-entità li twettaq il-funzjoni kritika, kif irrapportat f’Z 01.00 (ORG).

Jekk ikun hemm diversi entitajiet li jkunu qegħdin iwettqu l-istess funzjonijiet kritiċi fl-istess pajjiż, kull entità għandha tiġi rrapportata f’ringiela separata.

0040

Il-Kodiċi

Il-kodiċi tal-entità li twettaq il-funzjoni kritika, kif irrapportat f’Z 01.00 - L-istruttura organizzazzjonali (ORG).

0050

L-ammont monetarju

Il-kontribuzzjoni, f’ammont monetarju, tal-entità ġuridika għall-ammont monetarju kif deskritt fil-kolonna 0030 tal-Mudell Z 07.01 (FUNC 1).

II.7.4   Z 07.03 - Immappjar tal-linji ta’ negozju ewlenin mal-entitajiet ġuridiċi (FUNC 3): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

44.

Il-kombinament ta’ valuri rapportati fil-kolonni 0020 u 0040 ta’ dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

45.

L-entitajiet ġuridiċi biss għandhom jiġu rrapportati f’din il-formola.

Kolonni

Struzzjonijiet

0010

Il-linja ta’ negozju ewlenija

Il-linja tan-negozju ewlenija skont il-punt (36) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/778.

0020

L-ID tal-Linja ta’ Negozju

L-ID unika tal-linja ta’ negozju li trid tiġi pprovduta mill-istituzzjoni.

0030

Id-Deskrizzjoni

Id-deskrizzjoni ta’ linja ta’ negozju ewlenija.

0040

L-Isem tal-Entità

L-isem tal-entità kif irrapportat f’Z 01.00 (ORG) li għandha parti jew li hija parti mil-linja ta’ negozju ewlenija.

Jekk ikun hemm diversi entitajiet li jkollhom jew ikunu parti mill-istess linja ta’ negozju ewlenija, kull entità għandha tiġi rrapportata f’ringiela separata.

0050

Il-Kodiċi

Il-kodiċi tal-entità li għandha jew li hija parti mil-linja ta’ negozju ewlenija, kif irrapportat f’Z 01.00 (ORG).

II.7.5   Z 07.04 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-linji ta’ negozju ewlenin (FUNC 4): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

46.

Il-kombinament ta’ valuri rapportati fil-kolonni 0010, 0020 u 0040 ta’ dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

47.

Huma biss il-funzjonijiet kritiċi, kif identifikati f’{Z 07.01;0070}, li għandhom jiġu rrapportati f’dan il-mudell.

Kolonni

Struzzjonijiet

0010

Il-Pajjiż

Il-pajjiż li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f’Z 07.01 (FUNC 1).

0020

L-ID tal-funzjoni

L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu II.7.1 ta’ hawn fuq u msemmija fil-Mudell Z 07.01 (FUNC 1).

0030

Il-linja ta’ negozju ewlenija

Il-linja ta’ negozju ewlenija skont il-punt (36) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/778 tat-2 ta’ Frar 2016, kif irrapportat fil-Mudell Z 07.03 (FUNC 3).

0040

L-ID tal-Linja ta’ Negozju

L-ID unika tal-linja ta’ negozju li trid tiġi pprovduta mill-istituzzjoni; l-istess ID kif rapportata fil-Mudell Z 07.03 (FUNC 3).

II.8   Z 08.00 - Servizzi kritiċi (SERV)

II.8.1   Struzzjonijiet ġenerali

48.

L-informazzjoni li trid tiġi inkluża f’dan il-mudell għandha tiġi rrapportata darba għall-grupp kollu, telenka s-servizzi kritiċi riċevuti minn kwalunkwe entità fil-grupp, u torbothom mal-funzjonijiet kritiċi provduti mill-grupp.

49.

Is-servizzi kritiċi għandhom ifissru l-operazzjonijiet, l-attivitajiet u s-servizzi sottostanti mwettqa għal unità ta’ negozju waħda (is-servizzi dedikati) jew aktar unitajiet kummerċjali jew entitajiet ġuridiċi (is-servizzi kondiviżi) fil-grupp li huma meħtieġa sabiex jipprovdu funzjoni kritika waħda jew aktar. Is-servizzi kritiċi jistgħu jitwettqu minn entitajiet fil-grupp (servizz intern) jew jistgħu jiġu esternalizzati lil fornitur estern (servizz estern). Servizz għandu jitqies kritiku meta t-tfixkil tiegħu jista’ jkun ta’ xkiel serju għat-twettiq ta’ funzjonijiet kritiċi, jew jipprevjenih għalkollox, peress li dawn huma marbuta b’mod intrinsiku mal-funzjonijiet kritiċi li twettaq l-istituzzjoni għal partijiet terzi.

50.

Is-servizzi li jitwettqu kompletament internament lil entità ġuridika ma għandhomx jiġu rrapportati f’dan il-mudell.

51.

Is-servizzi li ma għandhomx impatt materjali fuq il-funzjonijiet kritiċi ma għandhomx jiġu rrapportati f’dan il-mudell.

52.

Il-kombinament ta’ valuri rapportati fil-kolonni 0005, 0010, 0030, 0050, 0070 u 0080 ta’ dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

II.8.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonni

Struzzjonijiet

0005

L-Identifikatur

0010

It-tip ta’ servizz

It-tip ta’ servizz għandu jkun wieħed mit-tipi ta’ servizzi elenkati hawn taħt.

Meta jkun possibbli, għandha tiġi rrapportata s-sottokategorija (identifikazzjoni b’żewġ ċifri). Meta ma tkun teżisti l-ebda sottokategorija jew l-ebda sottokategorija ma tiddeskrivi kif suppost is-servizz provdut mill-istituzzjoni, għandha tiġi rrapportata l-kategorija prinċipali (identifikazzjoni b’ċifra waħda).

1.

L-appoġġ għar-riżorsi umani

1.1.

l-amministrazzjoni tal-persunal, inkluża l-amministrazzjoni tal-kuntratti u tar-remunerazzjoni

1.2.

il-komunikazzjoni interna

2.

It-teknoloġija tal-informatika

2.1.

Il-hardware tal-IT u tal-komunikazzjoni

2.2.

il-ħżin u l-ipproċessar tad-data

2.3.

infrastruttura oħra tal-IT, l-istazzjonijiet tax-xogħol, it-telekomunikazzjonijiet, is-servers, iċ-ċentri tad-data u s-servizzi relatati

2.4.

l-amministrazzjoni ta’ liċenzji tas-software u s-software tal-applikazzjonijiet

2.5.

l-aċċess għall-fornituri esterni, b’mod partikolari fornituri tad-data u tal-infrastruttura

2.6.

il-manutenzjoni tal-applikazzjonijiet, inklużi l-manutenzjoni tal-applikazzjonijiet tas-software u l-flussi tad-data relatati

2.7.

l-iġġenerar tar-rapporti, il-flussi interni tal-informazzjoni u l-bażijiet ta’ data

2.8.

l-appoġġ għall-utent

2.9.

l-irkupru minn emerġenzi u diżastri

3.

L-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet, inklużi kwistjonijiet ġuridiċi dwar it-tranżazzjonijiet, b’mod partikolari il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

4.

Il-forniment jew il-ġestjoni ta’ faċilitajiet u beni immobbli u l-faċilitajiet assoċjati

4.1.

il-bini tal-uffiċċji u tal-imħażen

4.2.

il-ġestjoni tal-faċilitajiet interni

4.3.

is-sigurtà u l-kontroll tal-aċċess

4.4.

il-ġestjoni ta’ portafoll talproprjetà immobbli

4.5.

oħrajn, jekk jogħġbok speċifika

5.

Is-servizzi ġuridiċi u l-funzjonijiet ta’ konformità:

5.1.

l-appoġġ ġuridiku korporattiv

5.2.

is-servizzi ġuridiċi tan-negozju u tranżazzjonali

5.3.

l-appoġġ għall-konformità

6.

Is-servizzi relatati mat-teżor

6.1.

il-koordinazzjoni, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-attività tat-teżor

6.2.

il-koordinazzjoni, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tar-rifinanzjament tal-entità, inkluża l-ġestjoni tal-kollateral

6.3.

il-funzjoni ta’ rapportar, b’mod partikolari fir-rigward ta’ proporzjonijiet regolatorji ta’ likwidità

6.4.

il-koordinazzjoni, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni ta’ programmi ta’ finanzjament fuq terminu medju u twil, u r-rifinanzjament ta’ entitajiet fi grupp

6.5.

il-koordinazzjoni, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni ta’ rifinanzjament, b’mod partikolari kwistjonijiet fuq terminu qasir

7.

Il-ġestjoni kummerċjali/tal-assi

7.1.

l-ipproċessar tal-operazzjonijiet: il-qbid tal-iskambji kummerċjali, it-tfassil, it-twettiq, il-manutenzjoni tal-prodotti kummerċjali

7.2.

il-konferma, is-saldu, il-pagament

7.3.

il-ġestjoni tal-pożizzjoni u tal-kontropartijiet, fir-rigward tar-rapportar tad-data u r-relazzjonijiet mal-kontropartijiet

7.4.

il-ġestjoni tal-pożizzjonijiet (ir-riskju u r-rikonċiljazzjoni)

8.

Il-ġestjoni u l-valwazzjoni tar-riskju

8.1.

il-linja ċentrali jew ta’ negozju jew il-ġestjoni tar-riskju relatata mat-tip ta’ riskju

8.2.

l-iġġenerar tar-rapporti dwar ir-riskju

9.

Il-Kontabbiltà

9.1.

ir-rapportar statutorju u regolatorju

9.2.

il-valwazzjoni, b’mod partikolari ta’ pożizzjonijiet fis-suq

9.3.

ir-rapportar dwar il-ġestjoni

10.

L-immaniġġar tal-flus

0020-0030

Ir-riċevitur tas-servizz

L-entità tal-grupp li tirċievi s-servizz kritiku rapportat fil-kolonna 0010 minn entità oħra tal-grupp jew mill-fornitur estern rapportat fil-kolonni 0040-0050.

0020

L-isem tal-entità

Irid ikun differenti mill-isem elenkat fil-kolonna 0040.

0030

Il-Kodiċi

L-identifikatur uniku tal-entità ġuridika fil-kolonna 0020 kif irrapportat fil-Mudell Z 01.00 (ORG)

Irid ikun differenti mill-identifikatur rapportat fil-kolonna 0050.

0040-0050

Il-fornitur tas-servizzi

L-entità ġuridika (interna jew esterna) li tipprovdi s-servizz kritiku rapportat fil-kolonna 0010 lil entità fi grupp.

0040

L-isem tal-entità

Irid ikun differenti mill-isem elenkat fil-kolonna 0020.

0050

Il-Kodiċi

L-identifikatur uniku tal-entità ġuridika fil-kolonna 0040. Irid ikun differenti mill-identifikatur elenkat fil-kolonna 0030.

Meta l-fornitur tas-servizz ikun entità fi grupp, il-kodiċi għandu jkun l-istess bħal dak rapportat fil-Mudell Z 01.00 (ORG).

Meta l-fornitur tas-servizz ma jkunx entità fi grupp, il-kodiċi ta’ dik l-entità għandu jkun:

—

għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra;

—

fil-każ ta’ entitajiet oħrajn, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b’kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b’mod konsistenti fil-mudelli kollha.

0060

Parti mill-grupp

“Iva” – jekk is-servizz huwa provdut minn entità fil-grupp (“interna”)

“Le” – jekk is-servizz huwa provdut minn entità mhux fil-grupp (“esterna”)

0070-0080

Il-funzjoni kritika

Il-funzjoni kritika li, f’każ ta’ waqfien tas-servizz kritiku, it-twettiq tagħha jġarrab xkiel serju jew ikun ipprevenut għalkollox. Hija waħda mill-funzjonijiet valutati bħala kritiċi fil-Mudell Z 07.01 (FUNC 1).

0070

Il-Pajjiż

L-Istat Membru li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f’Z 07.01 (FUNC 1).

0080

ID

L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu II.7.1 ta’ hawn fuq u msemmija fil-Mudell Z 07.01 (FUNC 1).

0090

Iż-żmien stmat għas-sostitwibbiltà

Iż-żmien stmat meħtieġ sabiex fornitur jiġi sostitwit b’ieħor sa livell paragunabbli fir-rigward tal-oġġett, tal-kwalità u tal-kost tas-servizz riċevut.

Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:

—

“minn ġurnata sa ġimgħa”, meta ż-żmien għas-sostituzzjoni ma jkunx aktar minn ġimgħa;

—

“minn ġimgħa sa xahar”, meta ż-żmien għas-sostituzzjoni jkun aktar minn ġimgħa iżda mhux aktar minn xahar;

—

“minn xahar sa sitt xhur”, meta ż-żmien għas-sostituzzjoni jkun aktar minn xahar iżda mhux aktar minn sitt xhur;

—

“minn sitt xhur sa 12-il xahar”, meta ż-żmien għas-sostituzzjoni jkun aktar minn sitt xhur iżda mhux aktar minn sena;

—

“aktar minn sena”, meta ż-żmien għas-sostituzzjoni jkun itwal minn sena.

0100

Iż-żmien stmat għall-aċċess għall-kuntratti

Iż-żmien stmat meħtieġ sabiex tinkiseb l-informazzjoni li ġejja dwar il-kuntratt li jirregola s-servizz wara talba mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni:

—

id-durata tal-kuntratt

—

il-partijiet fil-kuntratt (il-parti li tawtorizza u l-fornitur, il-persuni ta’ kuntatt) u l-ġuriżdizzjoni tagħhom

—

in-natura tas-servizz (jiġifieri deskrizzjoni qasira tan-natura tat-tranżazzjoni bejn il-partijiet, inklużi l-prezzijiet)

—

jekk l-istess servizz jistax jiġi offrut minn kwalunkwe fornitur intern/estern ieħor (u jiġu identifikati kandidati potenzjali)

—

il-ġuriżdizzjoni tal-kuntratt

—

id-dipartiment inkarigat mit-trattament tal-operazzjonijiet prinċipali koperti mill-kuntratt

—

il-penali prinċipali inklużi fil-kuntratt f’każ ta’ sospensjoni jew dewmien fil-pagamenti

—

x’jiskatta terminazzjoni bikrija u ż-żmien permess għat-terminazzjoni

—

l-appoġġ operazzjonali wara t-terminazzjoni

—

ir-rilevanza f’termini ta’ funzjonijiet kritiċi u linji ta’ negozju

Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:

—

ġurnata

—

minn ġurnata sa ġimgħa

—

aktar minn ġimgħa

—

l-ebda kuntratt li jirregola s-servizz

0110

Il-liġi regolatorja

Il-kodiċi ISO tal-pajjiż li l-liġi tiegħu tirregola l-kuntratt.

0120

Il-kuntratt b’validità għal riżoluzzjoni

Jirrifletti l-valutazzjoni dwar jekk il-kuntratt jistax jitkompla u jiġi ttrasferit f’riżoluzzjoni.

Il-valutazzjoni għandha tqis, fost fatturi oħrajn:

—

kwalunkwe klawżola li tintitola lil kontroparti sabiex tittermina l-kuntratt unikament minħabba riżoluzzjoni, miżuri ta’ intervent bikri jew xenarji ta’ inadempjenza indiretta minkejja li l-obbligi sostantivi jibqgħu jitwettqu;

—

kwalunkwe klawżola li tintitola lil kontroparti sabiex tibdel it-termini tas-servizz jew tal-ipprezzar unikament minħabba riżoluzzjoni, intervent bikri jew xenarji ta’ inadempjenza indiretta minkejja li l-obbligi sostantivi jibqgħu jitwettqu;

—

ir-rikonoxximent, fil-kuntratt, tad-drittijiet ta’ sospensjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:

—

“Iva” – jekk il-valutazzjoni tal-kuntratt tkun waħda ta’ kuntratt b’validità għal riżoluzzjoni

—

“Le” – jekk il-valutazzjoni tal-kuntratt ma tkunx waħda ta’ kuntratt b’validità għal riżoluzzjoni

—

“Mhux valutat” – jekk ma tkun saret l-ebda valutazzjoni

II.9   Z 09.00 - Servizzi FMI - Il-fornituri u l-utenti- Immappjar ma’ funzjonijiet kritiċi

II.9.1   Rimarki ġenerali

53.

Dan il-mudell jidentifika l-attivitajiet, il-funzjonijiet jew is-servizzi tal-ikklerjar, pagamenti, tas-saldu u kustodja tat-titoli, li jekk jitwaqqfu jista’ jkun hemm xkiel serju fit-twettiq ta’ funzjoni kritika waħda jew aktar, jew it-twettiq jista’ jiġi pprevenut għalkollox.

54.

Dan il-mudell għandu jiġi rrapportat darba għall-istituzzjoni kollha jew għall-grupp kollu.

55.

Għandhom jiġu rrapportati biss l-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji li l-waqfien tagħhom ikun ta’ xkiel serju għat-twettiq ta’ funzjoni kritika, jew għall-prevenzjoni tagħha.

56.

Il-kombinament ta’ valuri rapportati fil-kolonni 0020, 0030, 0040, 0070 u 0100 ta’ dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

II.9.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonni

Struzzjonijiet

0010-0020

L-Utent

L-entità fi grupp li tuża servizzi ta’ pagamenti, kustodja, saldu, ikklerjar jew repożitorju tat-tranżazzjonijiet, kif irrapportat f’Z 01.00 - L-istruttura organizzazzjonali (ORG).

0010

L-Isem tal-Entità

L-isem tal-entità li tuża servizzi ta’ pagamenti, kustodja, saldu, ikklerjar jew repożitorju tat-tranżazzjonijiet, kif irrapportat f’Z 01.00 - L-istruttura organizzazzjonali (ORG).

Għandhom jiġu rrapportati biss l-entitajiet identifikati bħala li jipprovdu funzjonijiet kritiċi f’Z 07.02.

0020

Il-Kodiċi

Il-kodiċi tal-entità li tuża servizzi ta’ pagamenti, kustodja, saldu, ikklerjar jew repożitorju tat-tranżazzjonijiet, kif irrapportat f’Z 01.00 - L-istruttura organizzazzjonali (ORG).

0030-0040

Il-Funzjoni Kritika

Il-funzjoni kritika mwettqa mill-entità, li t-twettiq tagħha jista’ jġarrab xkiel jew jiġi pprevenut mill-waqfien tal-aċċess għas-servizz ta’ pagamenti, kustodja, saldu, ikklerjar jew repożitorju tat-tranżazzjonijiet.

0030

Il-Pajjiż

Il-pajjiż li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f’Z 07.01 (FUNC 1).

0040

ID

L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu II.7.1 ta’ hawn fuq u msemmija fil-Mudell Z 07.01 (FUNC 1).

0050-0070

L-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji (FMI)

Ir-Referenza: CPMI, Il-prinċipji għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju

Sistema multilaterali fost l-istituzzjonijiet finanzjarji parteċipanti, inkluż l-operatur tas-sistema, użata għall-finijiet ta’ reġistrar, ikklerjar, jew saldu ta’ pagament, titoli, derivattivi, jew tranżazzjonijiet finanzjarji oħra.

0050

It-Tip ta’ Sistema

Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:

“PS”

Is-Sistema ta’ Pagament

“(I) CSD”

(Internazzjonali) Id-Depożitarju Ċentrali tat-Titoli, inkluż (I) is-CSD li jipprovdi servizzi ta’ saldu (internament jew esternalizzati)

“SSS”

Is-Sistema ta’ Saldu tat-Titoli mingħajr kustodja

“It-Titoli tas-CCP”

Il-Kontroparti Ċentrali għall-Ikklerjar tat-Titoli

“Id-Derivattivi tas-CCP”

Il-Kontroparti Ċentrali għall-Ikklerjar tad-Derivattivi

“TR”

Ir-Repożitorju tat-Tranżazzjonijiet

“Oħrajn”

meta t-tip ta’ sistema tal-FMI ma tikkorrispondi għall-ebda tip predefinit imsemmi hawn fuq

“NA”

meta s-servizzi kritiċi tal-pagamenti, l-ikklerjar, is-saldu jew il-kustodja jiġu pprovduti minn entità li ma hijiex infrastruttura tas-swieq finanzjarji msemmija hawn fuq, pereżempju il-banek kustodji.

0060

L-Isem

L-isem kummerċjali tal-infrastruttura tas-swieq finanzjarji

Meta “NA” tiġi rrapportata fil-kolonna 0050, din il-kolonna għandha titħalla vojta.

0070

Il-Kodiċi tal-FMI

Il-kodiċi tal-FMI. Meta disponibbli, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra. Meta l-LEI ma jkunx disponibbli, kodiċi b’kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Meta “NA” tiġi rrapportata fil-kolonna 0050, din il-kolonna għandha titħalla vojta.

0080

Il-Modalità tal-Parteċipazzjoni

Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:

“Diretta”

f’każ ta’ sħubija diretta jew ta’ parteċipazzjoni diretta

“Indiretta”

f’każ ta’ sħubija indiretta jew ta’ parteċipazzjoni indiretta

“NA”

meta “NA” tiġi rrapportata fil-kolonna 0050.

0090

L-Isem

L-isem kummerċjali tal-intermedjarju meta “Indiretta” jew “MA” jiġu rrapportati fil-kolonna 0080.

Meta “Diretta” tiġi rrapportata fil-kolonna 0080, għandha tiġi rrapportata “MA” (għal Mhux Applikabbli).

L-intermedjarju jista’ jkun jew parti mill-grupp li għalih tappartjeni l-entità relatriċi jew inkella istituzzjoni ta’ kreditu oħra mhux relatata ma’ dak il-grupp.

Intermedjarju jista’ jkun ditta li tipprovdi servizzi ta’ kklerjar, pagamenti, saldu u/jew kustodja tat-titoli lil ditti oħrajn (speċjalment meta tiġi rrapportata “NA” fil-kolonna 0050); jista’ jkun membru dirett tal-FMI waħda jew aktar u jipprovdi aċċess indirett għas-servizzi offruti mit-tali FMI (speċjalment meta tiġi rrapportata “Indiretta” fil-kolonna 0080).

0100

Il-Kodiċi

Il-kodiċi tal-intermedjarju. Meta disponibbli, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI, b’20 ċifra. Meta l-LEI ma jkunx disponibbli, kodiċi b’kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Meta “Diretta” tiġi rrapportata fil-kolonna 0090, għandha tiġi rrapportata “MA” (għal Mhux Applikabbli).

0110

Id-deskrizzjoni ta’ servizz

Id-deskrizzjoni tas-servizz jekk it-tip ta’ sistema rapportat fil-kolonna 050 ikun “Oħrajn” jew “MA”.

0120

Il-Liġi Regolatorja

L-identifikazzjoni ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż li l-liġi tiegħu tirregola l-aċċess għall-FMI.

F’każ ta’ sħubija diretta jew parteċipazzjoni diretta, hija l-liġi regolatorja tal-kuntratt bejn l-infrastruttura tas-swieq finanzjarji u l-utent li trid tiġi rrapportata. F’każ ta’ sħubija indiretta jew parteċipazzjoni indiretta, hija l-liġi regolatorja tal-kuntratt bejn l-istituzzjoni rappreżentattiva u l-utent li trid tiġi rrapportata.

II.10   Sistemi ta’ informazzjoni kritiċi

II.10.1   Rimarki ġenerali

57.

Din it-taqsima tikkonsisti fil-mudelli li ġejjin:

(a)

Z 10.01 - Is-sistemi ta’ informazzjoni kritiċi (L-informazzjoni ġenerali) (CIS 1), li telenka s-sistemi ta’ informazzjoni kritiċi kollha fil-grupp;

(b)

Z 10.02 - L-immappjar ta’ sistemi ta’ informazzjoni (CIS 2), li jimmappja s-sistemi ta’ informazzjoni kritiċi mal-entitajiet tal-utenti fil-grupp u l-funzjonijiet kritiċi.

58.

Sistema ta’ Informazzjoni Kritika (“CIS”) għandha tinftiehem bħala software jew applikazzjoni tal-IT li tappoġġa servizz kritiku u li l-waqfien tagħha jkun ta’ xkiel serju jew jipprevjeni t-twettiq ta’ funzjoni kritika.

59.

Dawn il-mudelli għandhom jiġu rrapportati għall-grupp kollu.

II.10.2   Z 10.01 - Sistemi ta’ informazzjoni kritiċi (L-informazzjoni ġenerali) (CIS 1): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

60.

Il-valur rapportat fil-kolonna 0010 ta’ dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

Il-Kolonni

L-Istruzzjonijiet

0010 - 0040

Is-Sistema ta’ Informazzjoni Kritika

0010

Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tas-Sistema

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-sistema huwa akronimu stabbilit mill-istituzzjoni li jidentifika s-sistema ta’ informazzjoni kritika b’mod inekwivokabbli.

Dan huwa identifikatur tar-ringiela u għandu jkun uniku għal kull ringiela fil-mudell.

0020

L-Isem tas-sistema

L-isem kummerċjali jew intern tas-sistema.

0030

It-Tip ta’ Sistema

Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:

—

“Software Personalizzat għall-Appoġġ tan-Negozju”

L-applikazzjonijiet li ġew żviluppati f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tan-negozju. Dan seta’ ġie żviluppat internament jew permezz ta’ kuntratturi esterni, iżda dejjem għall-fini ta’ appoġġ għan-negozju.

—

“Software mixtri kif inhu”

L-applikazzjonijiet akkwistati fis-suq, tipikament mibjugħin jew liċenzjati minn bejjiegħ, li ma ġewx immodifikati f’termini ta’ personalizzazzjonijiet speċifiċi skont in-negozju tal-organizzazzjoni. L-applikazzjonijiet li kienu soġġetti għal mekkaniżmi ta’ konfigurazzjoni normali huma inklużi f’din il-kategorija.

—

“Software Akkwistat b’Modifiki Personalizzati”

L-applikazzjonijiet akkwistati fis-suq iżda f’każijiet li fihom il-bejjiegħ (jew ir-rappreżentant tiegħu) ikun ħoloq verżjoni speċifika għall-kuntest ta’ dik l-installazzjoni. Din il-verżjoni partikolari hija karatterizzata minn bidliet fil-prestazzjoni tal-applikazzjoni, minn karatteristiċi ġodda jew minn żidiet ta’ plug-ins mhux standard żviluppati skont in-negozju tal-organizzazzjoni.

—

“L-Applikazzjoni/Il-Portal Estern”

Il-portali esterni jew l-applikazzjonijiet ipprovduti minn partijiet terzi, tipikament imsieħba, sabiex jaċċessaw is-servizzi offruti minnhom. Normalment dawn ikunu barra l-ambitu tal-ġestjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni mill-organizzazzjoni, u jiġu installati, miżmuma u ġestiti mill-imsieħeb innifsu. Applikazzjonijiet bħal dawn spiss ikunu f’għamla ta’ portals (aċċessibbli permezz tal-Internet jew ta’ networks privati), u minkejja li ma jkunux jaqgħu fl-ambitu tas-servizzi ta’ ġestjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-organizzazzjoni, dawn ikunu importanti (jew kritiċi) għal xi funzjonijiet tan-negozju.

0040

Id-Deskrizzjoni

Id-deskrizzjoni tal-iskop prinċipali tas-sistema ta’ informazzjoni fil-kuntest tan-negozju.

0050 - 0060

L-Entità tal-Grupp Responsabbli mis-Sistema

0050

L-isem tal-entità

L-isem tal-entità ġuridika responsabbli għas-sistema fil-grupp.

Din hija l-entità responsabbli għall-akkwist, għall-iżvilupp, għall-integrazzjoni, għall-modifika, għall-operazzjoni, għall-manutenzjoni u għall-irtirar ta’ sistema ta’ informazzjoni u hija kontributur ewlieni fl-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet ta’ disinn tas-sistema sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet operazzjonali tal-utent u tas-sigurtà jkunu dokumentati, ittestjati u implimentati.

0060

Il-Kodiċi

Il-kodiċi tal-entità ġuridika responsabbli mis-sistema fil-grupp, kif irrapportat f’Z 01.00 - L-istruttura organizzazzjonali (ORG).

II.10.3   Z 10.02 - Immappjar ta’ sistemi ta’ informazzjoni (CIS 2): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

61.

Il-kombinament ta’ valuri rapportati fil-kolonni 0010, 0030, 0040, 0050 u 0060 ta’ dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

Il-Kolonni

L-Istruzzjonijiet

0010

Il-Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tas-Sistema

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tas-sistema ta’ informazzjoni, kif irrapportat fil-kolonna 010 tal-Mudell Z 10.01 (CIS 1).

0020-0030

L-utent tal-Entità fi Grupp tas-Sistema

L-entità li tuża s-sistema fil-grupp (“utent”). Fil-każ ta’ diversi utenti, għandha tiġi rrapportata ringiela separata għal kull utent tal-istess sistema ta’ informazzjoni.

0020

L-isem tal-entità

L-isem tal-entità tal-utent, kif irrapportat f’Z 01.00 (ORG)

0030

Il-Kodiċi

Il-kodiċi tal-entità tal-utent, kif rapportat f’Z 01.00 (ORG)

0040

Is-servizz kritiku

L-identifikatur tas-servizz kritiku, kif irrapportat f’Z 08.00 (il-kolonna 0005), appoġġat mis-sistema. Is-servizz kritiku jista’ jkun minnu nnifsu servizz tal-IT, jew tip ieħor ta’ servizz appoġġat mis-sistema ta’ informazzjoni (pereżempju l-ipproċessar ta’ tranżazzjonijiet).

0050-0060

Il-funzjoni kritika

Il-funzjoni kritika li tiġi serjament imxekkla jew ipprevenuta għalkollox minn waqfien fis-servizzi appoġġati mis-sistema ta’ informazzjoni. Jaf ikun hemm diversi funzjonijiet kritiċi, f’liema każ għandhom jiġu rrapportati diversi ringieli għall-istess sistema ta’ informazzjoni.

0050

Il-Pajjiż

Il-pajjiż li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f’Z 07.01 (FUNC 1).

0060

ID

L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu II.7.1 ta’ hawn fuq u msemmija fil-Mudell Z 07.01 (FUNC 1).

“

(1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1-1955).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(3)  L-informazzjoni dettaljata tista’ tinstab fuq is-sit web li ġej: www.leiroc.org.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(7)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(8)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16-85).

(10)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(11)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(12)  Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

(13)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(14)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(17)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1401 tat-23 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għal metodoloġiji u prinċipji dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi (ĠU L 228, 23.8.2016, p. 7).

(18)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/778 tat-2 ta’ Frar 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji ex post jista’ jkun parzjalment jew kompletament differit, u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-attivitajiet, is-servizzi u l-operazzjonijiet fir-rigward ta’ funzjonijiet kritiċi, u għad-determinazzjoni tal-linji ta’ negozju u servizzi assoċjati fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin (ĠU L 131, 20.5.2016, p. 41).

(19)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(20)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Novembru 2013 dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 18-44).

(22)  Il-Linji Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2014 dwar l-istatistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2014/15) (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1–209).