|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1799 |
9.9.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1799
tat-8 ta’ Awwissu 2025
li tistabbilixxi l-ilħuq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet għall-pagament tar-raba’ pagament parzjali tal-appoġġ fil-forma ta’ self skont il-Pjan għall-Ukrajna tal-Faċilità għall-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna (il-“Faċilità”) jagħmel appoġġ finanzjarju sa EUR 38 270 000 000 disponibbli għall-Ukrajna għall-perjodu 2024-2027 fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli u ta’ self. Il-finanzjament taħt il-Pilastru I huwa prinċipalment allokat abbażi tal-Pjan għall-Ukrajna tal-Faċilità għall-Ukrajna (il-“Pjan”). Il-Pjan jistabbilixxi l-aġenda ta’ riforma u investiment tal-Ukrajna, u l-passi kwalitattivi u kwantitattivi li huma marbutin mal-finanzjament taħt il-Pilastru I tal-Faċilità. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2024/792, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 (2) dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan. L-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Pjan, inklużi l-passi kwalitattivi u kwantitattivi li huma marbuta mal-finanzjament taħt il-Pilastru I tal-Faċilità, hija stabbilita fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Is-somma totali tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-Pjan skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 tammonta għal EUR 32 270 000 000, li minnhom EUR 5 270 000 000 huma fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u sa EUR 27 000 000 000 huma fil-forma ta’ self. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE) 2024/792, ġew żborżati EUR 6 000 000 000 lill-Ukrajna bħala finanzjament tranżitorju eċċezzjonali, u EUR 1 890 000 000 fil-forma ta’ prefinanzjament li jirrappreżenta pagament bil-quddiem ta’ 7 % tal-appoġġ fil-forma ta’ self li l-Ukrajna hija eliġibbli li tirċievi skont il-Pjan. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2024/792, ġew żborżati EUR 11 939 263 363 lill-Ukrajna fl-ewwel tliet pagamenti parzjali skont il-Pjan, li minnhom EUR 3 400 000 000 fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u EUR 8 307 021 428 fil-forma ta’ self. F’konformità mal-Ftehim ta’ Self konkluż bejn l-Unjoni u l-Ukrajna skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2024/792, l-ammont ta’ EUR 625 259 677 mill-ewwel żewġ pagamenti parzjali intuża biex jiġi kklerjat il-prefinanzjament tas-self. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2024/792, fis-6 ta’ Ġunju 2025, l-Ukrajna ressqet talba debitament ġustifikata għall-pagament ta’ parti mir-raba’ pagament parzjali tal-appoġġ fil-forma ta’ self, li tammonta għal EUR 3 286 218 317. It-talba kienet akkumpanjata minn serje ta’ dokumenti li juru t-twettiq sodisfaċenti ta’ 13-il pass kwantitattiv u kwalitattiv, kif ukoll id-dokumenti l-oħra kollha meħtieġa skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim Qafas, l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Finanzjament u l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Self konklużi bejn l-Unjoni u l-Ukrajna skont l-Artikoli 9, 10 u 22, rispettivament, tar-Regolament (UE) 2024/792. |
|
(7) |
It-13 il-pass huma relatati ma’ diversi riformi stabbiliti fil-Pjan taħt il-kapitoli dwar ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, il-ġestjoni tal-assi pubbliċi, il-kapital uman, id-deċentralizzazzjoni u l-politika reġjonali, is-settur agroalimentari, il-ġestjoni tal-materja prima kritika, it-trasformazzjoni diġitali u t-tranżizzjoni ekoloġika u l-protezzjoni ambjentali. Daħlet fis-seħħ leġiżlazzjoni dwar ir-remunerazzjoni tas-servizz pubbliku, l-edukazzjoni preprimarja, il-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-politika pubblika, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tar-riżorsi tal-informazzjoni tal-istat u tal-infrastruttura kritika tal-informazzjoni u dwar il-Politika tal-Istat dwar il-Klima. Ġew adottati strateġija għall-iżvilupp tal-kultura Ukrena kif ukoll pjan ta’ azzjoni għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi sal-2026 u pjan ta’ azzjoni għall-istabbiliment ta’ sistema nazzjonali għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. L-Ukrajna adottat ukoll pjan direzzjonali dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u tal-attivitajiet mhux ta’ OSP, pjan fit-tul dwar is-sistema tat-tisqija, pjan rivedut għall-allokazzjoni u l-użu tal-ispettru tar-radju. Ġie stabbilit ukoll kabinett elettroniku aġġornat għall-utenti tas-sottoswol. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2024/792, il-Kummissjoni qieset it-talba tal-Ukrajna fid-dettall u għamlet valutazzjoni pożittiva tat-twettiq sodisfaċenti ta’ 13mis-16-il pass meħtieġa għar-raba’ pagament parzjali, kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Dik il-valutazzjoni pożittiva saret fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Pjan. Aktar allinjament mal-acquis tal-Unjoni ser jiġi ffaċilitat permezz tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE. |
|
(9) |
Il-miżuri relatati mal-passi li għalihom l-Ukrajna kienet kisbet twettiq sodisfaċenti fil-pagamenti parzjali preċedenti tal-Pjan ma treġġgħux lura mill-Ukrajna. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-Ukrajna għadha tissodisfa l-prekundizzjoni għall-appoġġ tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2024/792. B’mod partikolari, l-Ukrajna tkompli żżomm u tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluża sistema parlamentari b’diversi partiti, u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet rilevanti għall-pagament tar-raba’ pagament parzjali fir-rigward ta’ 13 mis-16-il stadju skont il-Pjan intlaħqu b’mod sodisfaċenti. |
|
(12) |
Meta titqies is-sitwazzjoni fiskali diffiċli li qed tiffaċċja l-Ukrajna, huwa ta’ importanza kbira li l-fondi jiġu żborżati malajr kemm jista’ jkun. Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni u bil-ħsieb li jitħaffef il-proċess, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ilħuq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet rilevanti għall-pagament parzjali tar-raba’ pagament parzjali tal-appoġġ fil-forma ta’ self li jammonta għal EUR 3 286 218 317 huwa b’dan stabbilit f’konformità mal-valutazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/792, annessa ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/1447, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1447/oj).
ANNESS
Valutazzjoni tal-ilħuq sodisfaċenti tal-passi marbuta mar-raba' pagament parzjali tal-Pjan għall-Ukrajna
SOMMARJU EŻEKUTTIV
Fis-6 ta' Ġunju 2025, l-Ukrajna ressqet talba għall-pagament parzjali tar-raba' pagament parzjali tal-Pjan għall-Ukrajna, f'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Biex tappoġġa t-talba għall-pagament, l-Ukrajna pprovdiet ġustifikazzjoni tal-ilħuq sodisfaċenti ta' 13-il pass stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2024/1447 (2).
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Ukrajna, it-13-il pass jitqiesu li ntlaħqu b'mod sodisfaċenti.
Bħala parti mill-kapitolu 1 dwar ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar ir-riforma tar-remunerazzjoni tas-servizz pubbliku.
Bħala parti mill-kapitolu 6 dwar il-ġestjoni tal-assi pubbliċi, ġie adottat il-pjan direzzjonali dwar is-separazzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku u l-attivitajiet mhux ta' OSP (obbligu ta' servizz pubbliku).
Bħala parti mill-kapitolu 7 dwar il-kapital uman, daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar l-edukazzjoni preprimarja u ġiet adottata l-istrateġija dwar l-iżvilupp tal-kultura Ukrena.
Bħala parti mill-kapitolu 9 dwar id-deċentralizzazzjoni u l-politika reġjonali, daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet dwar l-ordni pubbliku.
Bħala parti mill-kapitolu 12 dwar is-settur agroalimentari, ġiet stabbilita u implimentata sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet mal-art, u ġie adottat il-pjan fit-tul dwar is-sistema tat-tisqija.
Bħala parti mill-kapitolu 13 dwar il-ġestjoni tal-materja prima kritika, ġie stabbilit u implimentat kabinett elettroniku mtejjeb tal-utenti tas-sottoswol.
Bħala parti mill-kapitolu 14 dwar it-trasformazzjoni diġitali, daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar it-tisħiħ taċ-ċibersigurtà u ġew adottati l-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-użu tal-ispettru tar-radju u dwar id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi.
Bħala parti mill-kapitolu 15 dwar it-tranżizzjoni ekoloġika u l-protezzjoni ambjentali, daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar il-politika tal-istat dwar il-klima u ġie adottat il-pjan ta' azzjoni dwar l-istabbiliment ta' sistema nazzjonali għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.
Pass 1.1
|
Isem tal-pass: Dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi għar-riforma tar-remunerazzjoni tas-servizz pubbliku |
||||||||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Riforma 1. Riforma tar-remunerazzjoni tas-servizz pubbliku |
||||||||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 1.1 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni (inkluża l-adozzjoni tal-atti legali sekondarji u normattivi meħtieġa), li tikkonforma mal-prinċipji rilevanti tal-OECD SIGMA tal-amministrazzjoni pubblika. Il-leġiżlazzjoni tiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:
Il-pass 1.1 huwa l-uniku pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 1 fil-Kapitolu 1 (riforma tal-amministrazzjoni pubblika). |
||||||||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 1.1. L-objettiv tar-Riforma 1 fil-Kapitolu 1 (riforma tal-amministrazzjoni pubblika) huwa li tiġi introdotta sistema ta' remunerazzjoni trasparenti, ġusta u prevedibbli għas-servizz ċivili, f'konformità mal-prinċipji rilevanti tal-OECD/SIGMA tal-amministrazzjoni pubblika. Għal dan l-għan, il-Parlament Ukren adotta l-Liġi Nru 4282-IX fil-11 ta' Marzu 2025, li ġiet iffirmata mill-President tal-Ukrajna fl-4 ta' Ġunju 2025. Il-Liġi daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2025, u l-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti għaddiet sas-6 ta' Ġunju 2025. Il-liġi tistabbilixxi sistema ta' klassifikazzjoni obbligatorja tal-impjiegi funzjonali għal kull kariga tas-servizz pubbliku fil-korpi kollha tal-Istat. Il-karigi huma miġbura f'familji li għandhom fokus funzjonali kondiviż, u kull familja tinqasam f'livelli ta' kumplessità u responsabbiltà differenti. Il-Kabinett tal-Ministri japprova katalgu li japplika għall-pajjiż kollu ta' karigi tipiċi tas-servizz pubbliku u l-kriterji għall-assenjazzjoni ta' postijiet lilu, filwaqt li tinħareġ metodoloġija vinkolanti. L-awtoritajiet tal-Istat kollha jeħtiġilhom jużaw din il-metodoloġija meta jkunu qed jimmappjaw l-impjiegi tagħhom mal-katalgu. Din il-klassifikazzjoni tal-impjiegi hija marbuta direttament mal-paga, peress li l-ammonti uffiċjali tas-salarju huma stabbiliti fuq il-bażi tal-katalgu. Kull pożizzjoni hija mqabbla ma' rwoli ekwivalenti fis-settur privat fl-Ukrajna, u t-tabelli tas-salarji jiġu aġġornati kull sena. Il-liġi tillimita wkoll il-komponent varjabbli tal-paga ta' impjegat taċ-ċivil għal 30 % tas-salarju ta' kull xahar u annwali tiegħu, filwaqt li tiżgura li l-komponent fiss ikun mill-inqas 70 % tas-salarju ta' kull xahar u annwali tiegħu. Fl-aħħar nett, il-liġi tintroduċi limitu għall-ħlas għall-anzjanità: 2 % tas-salarju ta' impjegat taċ-ċivil għal kull sena kalendarja ta' esperjenza fis-servizz ċivili, iżda mhux aktar minn 30 % tas-salarju uffiċjali b'kollox. Dawn il-bidliet leġiżlattivi poġġew lis-sistema ta' remunerazzjoni tas-servizz pubbliku tal-Ukrajna f'allinjament aktar mill-qrib mal-prinċipji rilevanti tal-OECD/SIGMA tal-amministrazzjoni pubblika, b'mod partikolari l-Prinċipju 11: “L-impjegati taċ-ċivil huma mmotivati, imħallsa paga ġusta u kompetittiva u għandhom kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin”. Dan il-prinċipju jistipula li amministrazzjoni pubblika għandha “tippromwovi paga ugwali għal xogħol ugwali … billi tiddetermina s-salarju bażiku fuq il-klassifikazzjoni tal-impjieg. Dan jibbaża allowances u benefiċċji oħra fuq kriterji oġġettivi stabbiliti fil-liġi u jiżgura li ma jkun hemm l-ebda tip ta' diskriminazzjoni fir-remunerazzjoni.” |
||||||||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 6.6
|
Isem tal-pass: Adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta' OSP |
||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Ir-riforma 3. Separazzjoni tal-kontijiet bejn attivitajiet ta' obbligi ta' servizz pubbliku (OSP) u attivitajiet mhux ta' OSP f'intrapriżi tal-istat |
||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 6.6 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Adozzjoni u pubblikazzjoni tal-Pjan Direzzjonali li jiddefinixxi l-passi għas-separazzjoni strutturali obbligatorja tal-attivitajiet ta' OSP u mhux ta' OSP għall-SOEs kollha involuti f'OSP. Il-Pjan Direzzjonali huwa bbażat fuq il-livell attwali identifikat ta' adozzjoni ta' approċċi kontabilistiċi meħtieġa u jinkludi passi operazzjonali għas-separazzjoni tal-kontijiet għall-kumpaniji fi stadji differenti tal-implimentazzjoni tal-bidliet meħtieġa. Il-Pjan Direzzjonali jiddeskrivi kif is-separazzjoni tal-kontijiet bejn l-attivitajiet tal-OSP u dawk mhux ta' OSP ser titwettaq fl-ewwel SOEs ewlenin maġġuri kollha approvati bid-deċiżjoni tal-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri.” Il-Pass 6.6 huwa l-ewwel wieħed minn tliet passi fl-implimentazzjoni tar-Riforma 3 tal-Kapitolu 6 (ġestjoni tal-assi pubbliċi). Dan huwa segwit mill-Pass 6.7 (mistenni fit-tielet trimestru tal-2025) mad-dħul fis-seħħ tal-bidliet leġiżlattivi identifikati fil-pjan direzzjonali u l-Pass 6.8 (mistenni fir-raba' trimestru tal-2027) dwar is-sottomissjoni ta' rapport ta' awditu indipendenti dwar is-separazzjoni strutturali tal-kontijiet fl-SOEs involuti fl-OSP. |
||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 6.6. L-objettiv tar-Riforma 3 fil-Kapitolu 6 (il-ġestjoni tal-assi pubbliċi) huwa li l-kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni jsiru aktar ġusti u li jkun hemm aktar konverġenza mal-acquis tal-UE, permezz ta' separazzjoni tal-kontijiet bejn l-attivitajiet marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku (OSP) minn attivitajiet mhux ta' OSP f'intrapriżi tal-Istat- (SOEs, state-owned enterprises). Għal dan il-għan, il-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna adotta u ppubblika pjan ta' azzjoni għas-separazzjoni tal-kontijiet fl-SOEs involuti fl-OSP, fil-forma tal-Ordni Nru 308-r tal-4 ta' April 2025. Il-pjan ta' azzjoni jintroduċi definizzjoni orizzontali ta' OSP li għandha tiġi applikata fl-SOEs kif ukoll f'kumpaniji privati attivi f'setturi ekonomiċi differenti, inklużi l-enerġija, it-trasport u s-servizzi tal-posta. Din id-definizzjoni hija konsistenti mad-definizzjoni ta' OSP stabbilita fil-Politika tal-Ukrajna dwar is-Sjieda mill-Istat, adottata f'Novembru 2024, u tinkorpora l-kunċett ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SGEIs, services of general economic interest). Din id-definizzjoni hija mistennija li tiġi trasposta fid-dritt primarju sat-tielet trimestru tal-2025, bħala parti mir-riżultati tanġibbli tal-Pjan għall-Ukrajna li jmiss. B'mod ġenerali, il-pjan ta' azzjoni jidentifika l-bidliet leġiżlattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-separazzjoni tal-kontijiet, inkluż obbligu legali għall-SOEs involuti fl-OSP biex jisseparaw il-kontijiet. Minbarra l-bidliet leġiżlattivi, il-pjan ta' azzjoni jiddeskrivi passi operazzjonali speċifiċi għall-SOEs biex jisseparaw il-kontijiet sal-2027. Dawn il-passi jinkludu r-rekwiżit għall-SOEs li janalizzaw id-dħul, l-ispejjeż, l-assi u l-obbligazzjonijiet assoċjati mal-OSP u l-attivitajiet kummerċjali. Barra minn hekk, l-SOEs iridu jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom lista tal-OSP li huma fdati bihom. Dawn il-passi operazzjonali japplikaw għall-SOEs kollha involuti fl-OSP, b'mod partikolari l-akbar 33 SOE identifikati fid-Deċiżjoni tal-Kabinett tal-Ministri Nru 122 tad-29 ta' Diċembru 2024. |
||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 7.2
|
Isem tal-pass: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar l-edukazzjoni preprimarja |
||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Ir-riforma 2. Edukazzjoni preprimarja aħjar |
||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 7.2 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar l-Edukazzjoni Preprimarja’ f'allinjament mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2019 dwar l-Edukazzjoni Bikrija ta' Kwalità Għolja tat-Tfal. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-Pass 7.2 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 2 tal-Kapitolu 7 (kapital uman). |
||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 7.2. L-objettiv tar-Riforma 2 fil-Kapitolu 7 (kapital uman) huwa li jiġi żgurat aċċess għal edukazzjoni preprimarja ta' kwalità bl-għan li jiżdied l-involviment tan-nisa bi tfal ta' età preprimarja fis-suq tax-xogħol. Għal dan l-għan, il-Parlament Ukren adotta l-Liġi Nru 3788-IX dwar l-Edukazzjoni Preprimarja fis-6 ta' Ġunju 2024. Din il-liġi, kif emendata bl-Artikolu 31(2) tal-Liġi Nru 4059-IX, daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2025. Wieħed mill-prinċipji bażiċi tal-liġi huwa l-aċċessibbiltà, filwaqt li jiġi żgurat li l-edukazzjoni bikrija u preprimarja tkun disponibbli għat-tfal irrispettivament mill-post u mil-livell tal-introjtu tagħhom. L-edukazzjoni preprimarja b'xejn se tiġi pprovduta f'istituzzjonijiet statali u muniċipali lil kull tifel u tifla, irrispettivament mill-istatus. Biex tittejjeb l-aċċessibbiltà, il-liġi tiddeskrivi l-kunsiderazzjonijiet ewlenin għall-atturi u l-korpi differenti involuti fit-twassil tal-edukazzjoni preprimarja, inklużi l-awtoritajiet tal-istat, il-gvernijiet lokali u l-maniġers tal-istituzzjonijiet preprimarja. Dawn huma marbuta mal-aċċessibbiltà territorjali, il-prossimità, u l-adegwatezza tal-bini biex jipprovdi servizzi edukattivi. Il-liġi tintroduċi qafas ġenerali biex tirregola s-sistema tal-edukazzjoni preprimarja u toħloq kundizzjonijiet ekwi bejn il-korpi operattivi differenti billi tiddefinixxi l-prinċipji legali, organizzattivi u ekonomiċi tas-sistema. Dawn ir-regoli l-ġodda japplikaw għall-korpi kollha (pubbliċi u privati) li jipprovdu servizzi ta' edukazzjoni preprimarja. Fil-livell ċentrali, il-gvern huwa meħtieġ jiżviluppa standards nazzjonali ta' edukazzjoni preprimarja. Fil-livell lokali, kull istituzzjoni preprimarja se tiżviluppa programmi edukattivi li jirrispettaw l-istandards nazzjonali u jikkonformaw magħhom. Sabiex tiġi mmonitorjata l-kwalità tas-sistema tal-edukazzjoni preprimarja u jiġi żgurat li tikkonforma mal-istandards nazzjonali, il-liġi tistabbilixxi sistema interna u esterna ta' assigurazzjoni tal-kwalità. Il-liġi ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-impjegati kollha fis-settur tal-edukazzjoni preprimarja, inklużi dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni bejn il-persunal u l-kapijiet tal-istituzzjonijiet. Hija tirregola s-sigħat tax-xogħol bl-għan li tnaqqas l-ammont ta' xogħol tal-persunal tat-tagħlim. Barra minn hekk, tistabbilixxi l-possibbiltà li l-maniġers tal-edukazzjoni preprimarja jipprovdu salarji u benefiċċji monetarji lill-impjegati tagħhom, lil hinn mill-ammonti stabbiliti fil-livell ċentrali. Il-liġi tiddefinixxi responsabbiltajiet, drittijiet u obbligi ċari għall-fornituri tal-edukazzjoni preprimarja. Sabiex jiġu promossi l-iskambji u n-networks, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni preprimarja għandhom il-possibbiltà li jistabbilixxu kunsilli pedagoġiċi konġunti, li jlaqqgħu flimkien persunal pedagoġiku minn diversi istituzzjonijiet. Il-liġi tippromwovi u tħeġġeġ ukoll il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tal-edukazzjoni preprimarja fl-Ukrajna u dawk barra mill-pajjiż. B'mod ġenerali, il-liġi dwar l-edukazzjoni preprimarja hija konformi mal-prinċipji ġenerali tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta' Edukazzjoni u Kura Bikrija ta' Kwalità Għolja tat-Tfal. Dan jinkludi l-objettiv ġenerali tal-liġi li tistabbilixxi qafas legali biex tiġi rregolata l-edukazzjoni preprimarja fl-Ukrajna, kif ukoll l-għan li jittejbu l-aċċessibbiltà, l-affordabbiltà u l-inklużività tas-servizzi tal-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal. |
||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 7.11
|
Isem tal-pass: Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Kultura Ukrena |
||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Ir-riforma 9. Żvilupp kulturali aħjar |
||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 7.11 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Adozzjoni ta' Ordni mill-Kabinett tal-Ministri li tapprova l-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Kultura Ukrena. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-Pass 7.11 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 9 tal-Kapitolu 7 (kapital uman). |
||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 7.11. L-objettiv tar-Riforma 9 fil-Kapitolu 7 (kapital uman) huwa li tippromwovi l-patrimonju kulturali tal-Ukrajna. Għal dan l-għan, l-Istrateġija għall-Iżvilupp tal-Kultura Ukrena għall-perjodu sal-2030 ġiet adottata permezz tal-Ordni Nru 293-r tat-28 ta' Marzu 2025. L-istrateġija tistabbilixxi l-għanijiet u l-miżuri assoċjati għall-iżvilupp tal-kultura Ukrena sal-2030. L-għanijiet strateġiċi huma: (i) il-protezzjoni, il-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-patrimonju kulturali u tal-valuri kulturali tal-poplu tal-Ukrajna, (ii) it-tisħiħ tal-kapital uman permezz ta' servizzi kulturali mtejba, (iii) it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali tas-setturi tal-industrija kulturali u kreattiva, u (iv) l-integrazzjoni ulterjuri tal-kultura tal-Ukrajna fil-proċessi kulturali Ewropej u globali. Sabiex jiġi protett, ippreservat u promoss il-patrimonju kulturali, l-istrateġija tinkludi miżuri li jsaħħu l-ġestjoni tal-patrimonju kulturali kemm għall-assi kulturali tanġibbli (mobbli u immobbli) kif ukoll għal dawk intanġibbli. Tali miżuri jikkonsistu fir-rieżami tal-qafas regolatorju għall-protezzjoni tal-patrimonju kulturali, l-introduzzjoni ta' sistema effettiva ta' valutazzjoni tat-telf u tar-riskju għall-proprjetà kulturali u t-titjib tal-proċess ta' evakwazzjoni għall-kollezzjonijiet tal-mużewijiet fil-każ ta' theddid għas-sigurtà. Miżuri oħra jikkonsistu fl-iżvilupp ta' infrastruttura diġitali moderna biex jiġi ddokumentat il-patrimonju kulturali tanġibbli u intanġibbli, it-titjib tal-metodi ta' restawr għall-proprjetà kulturali immobbli li tkun ġarrbet ħsara jew li tinqered matul l-ostilitajiet, l-integrazzjoni ta' prattiki kulturali fl-edukazzjoni biex tiġi żgurata l-preservazzjoni tal-kommemorazzjoni nazzjonali u l-introduzzjoni ta' programmi edukattivi għall-prattikanti tal-patrimonju kulturali. Sabiex jissaħħaħ il-kapital uman, l-istrateġija tipprevedi miżuri li jtejbu l-kwalità tas-servizzi kulturali u li jippromwovu l-awtorealizzazzjoni kreattiva tan-nies. Tali miżuri jiffukaw fuq l-espansjoni tal-aċċessibbiltà għal servizzi kulturali bil-lingwa Ukrena ta' kwalità għolja permezz tat-teknoloġija diġitali, l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament ta' proġetti fis-settur kreattiv, l-istabbiliment ta' programmi ta' taħriġ iddedikati għall-appoġġ tal-intraprenditorija kreattiva u s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għal prodotti kreattivi. Sabiex tittejjeb il-kapaċità istituzzjonali fis-settur kulturali, l-istrateġija tinkludi miżuri li jirrieżaminaw l-effettività tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet kulturali, li jsaħħu l-aċċess tagħhom għas-servizzi diġitali, u li jrawmu sħubijiet transsettorjali. L-istrateġija tipprevedi wkoll miżuri biex il-kultura tal-Ukrajna tiġi integrata aktar fil-livell Ewropew u internazzjonali. Dan jinkludi l-promozzjoni tal-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet kulturali f'pajjiżi sħab permezz ta' programmi ta' skambju u l-kofinanzjament ta' prodotti kreattivi, l-espansjoni tal-preżenza tal-operaturi tal-industrija kreattiva tal-Ukrajna fis-swieq internazzjonali u l-iżgurar tal-parteċipazzjoni attiva tal-Ukrajna fl-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fis-setturi kulturali u kreattivi, pereżempju permezz tal-Programm Ewropa Kreattiva. Fl-aħħar nett, il-miżuri li jappoġġaw is-settur tal-industriji kreattivi jinkludu r-rieżami tas-sistema tal-kwalifiki professjonali u l-promozzjoni tal-arti kontemporanja bħala mutur tal-innovazzjoni soċjali permezz ta' aċċess aħjar għall-finanzjament għal proġetti tal-arti kontemporanji fil-livelli nazzjonali u lokali. Il-miżuri jiffukaw ukoll fuq it-titjib tal-kapaċità, il-ġestjoni u s-sistemi ta' finanzjament għall-istituzzjonijiet pubbliċi ewlenin tal-Ukrajna fis-settur kreattiv, bħall-Aġenzija Ukrena tal-Istat għall-Films u l-Istitut Ukren għall-Kotba. |
||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 9.4
|
Isem tal-pass: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-politika pubblika b'applikazzjoni ttardjata |
||||
|
Riforma/investiment relatati: Ir-riforma 2. Involviment akbar taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell lokali |
||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 9.4 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar il-Konsultazzjonijiet Pubbliċi’ bl-applikazzjoni tagħha fi żmien 12-il xahar mid-data tat-terminazzjoni jew l-abolizzjoni tal-liġi marzjali fl-Ukrajna. Il-liġi ser tniedi mekkaniżmu legali għall-konsultazzjonijiet pubbliċi matul il-formazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika pubblika, filwaqt li tindirizza kwistjonijiet ta' importanza lokali, li ser jistabbilixxu prekundizzjonijiet għat-tfassil tal-politika u t-teħid ta' deċiżjonijiet koerenti, effettivi u effiċjenti.” Il-Pass 9.4 huwa l-uniku pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 2 tal-Kapitolu 9 (deċentralizzazzjoni u politika reġjonali). |
||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 9.4. L-objettiv tar-Riforma 2 fil-Kapitolu 9 (deċentralizzazzjoni u politika reġjonali) huwa li jiżdiedu l-involviment taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni attiva fil-proċessi lokali tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Għal dan l-għan, il-liġi “Dwar il-Konsultazzjonijiet Pubbliċi” daħlet fis-seħħ fl-20 ta' Ġunju 2024, bl-applikazzjoni tagħha fi żmien 12-il xahar wara d-data tat-terminazzjoni jew tal-kanċellazzjoni tal-liġi marzjali fl-Ukrajna. Il-liġi tistabbilixxi l-mekkaniżmu legali għall-konsultazzjonijiet pubbliċi i) għall-iżvilupp, il-formazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Istat; ii) għall-indirizzar ta' kwistjonijiet ta' importanza lokali permezz ta' dokumenti tal-programmi; u iii) għall-iżvilupp ta' atti legali. Il-liġi tidentifika l-korpi li huma obbligati jwettqu konsultazzjonijiet pubbliċi, il-prinċipji ġenerali li għandhom jirregolaw il-proċess, u l-lista ta' eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu. Il-liġi tagħti aktar dettalji dwar il-proċeduri li għandhom japplikaw għat-twettiq ta' konsultazzjonijiet pubbliċi, inklużi l-formati li fihom għandhom isiru, il-perjodi minimi ta' żmien għall-parteċipazzjoni pubblika u l-proċedura speċjali li tapplika għall-konsultazzjonijiet imwettqa mill-Parlament Ukren. Il-liġi tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ, ir-rapportar u t-tixrid tas-sottomissjonijiet u r-riżultati ta' konsultazzjoni pubblika. |
||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 12.3
|
Isem tal-pass: Twaqqif ta' sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet dwar l-artijiet |
||||||||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Ir-riforma 2. L-iżgurar ta' suq tal-artijiet funzjonali |
||||||||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 12.3 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Bdiet titħaddem sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet mal-art, li tiffunzjona fil-qafas taż-żamma tal-Katast tal-Istat tal-Art. Sistema ġeoinformattiva għall-valutazzjoni tal-massa tal-art bdiet titħaddem bħala parti mis-software tal-Katast tal-Art tal-Istat.” Il-Pass 12.3 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 2 tal-Kapitolu 12 (is-settur agroalimentari). |
||||||||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 12.3. L-objettiv tar-Riforma 2 fil-Kapitolu 12 (is-settur agroalimentari) huwa li jittejjeb is-suq tal-art funzjonali. Għal dan l-għan, bdew jitħaddmu sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet mal-art u sistema ta' ġeoinformazzjoni għall-valutazzjoni tal-massa tal-art. L-interazzjoni taż-żewġ sistemi ma' sistemi ta' informazzjoni eżistenti oħra tal-Istat tkompli ttejjeb il-mekkaniżmi ta' kontroll u ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tar-relazzjonijiet mal-art. Iż-żewġ sistemi jippermettu li jiġu ddeterminati l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet għar-relazzjonijiet mal-art (ix-xiri, il-lokazzjoni, u s-sullokazzjoni tal-art) u jistabbilixxu l-bażi għat-titjib ulterjuri tas-sistema tat-tassazzjoni f'konformità mal-prattiki globali tat-tassazzjoni fuq il-proprjetà immobbli. Il-“Proċedura għat-Twettiq tal-Monitoraġġ Pubbliku tar-Relazzjonijiet mal-Art u l-Monitoraġġ tas-Suq tal-Art bħala parti minnu” (minn hawn 'il quddiem il-Proċedura għall-Monitoraġġ tal-Art) kif approvata mir-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri Nru 474 “Dwar il-Monitoraġġ Pubbliku tar-Relazzjonijiet mal-Art” tat-12 ta' Mejju 2023 tispeċifika li s-sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet mal-art tippermetti l-ġbir, il-ħżin, l-aggregazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar l-istat tar-relazzjonijiet mal-art. F'konformità mal-Proċedura għall-Monitoraġġ tal-Art, l-Ordni tal-Ġeokatast tal-Istat Nru 120 tat-31 ta' Marzu 2025 approvat lista ta' data li għandha tiġi ppubblikata f'forma ġeneralizzata (test, grafika, kartografika jew tabella) fi ħdan is-software tas-sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet mal-art. Is-sistema hija aċċessibbli permezz tas-sit web:https://monitoring.land.gov.ua/. Il-funzjonalitajiet ewlenin tas-sistema huma aċċessibbli għall-pubbliku. L-utenti rreġistrati jingħataw funzjonalitajiet addizzjonali. Is-sistema awtomatizzata għall-monitoraġġ pubbliku tar-relazzjonijiet tal-art ġiet implimentata iżda se tiġi introdotta f'fażijiet. Fiż-żmien tal-valutazzjoni, is-sistema kienet qed topera fil-fażi sperimentali tal-operat, u kienet qed topera taħt kundizzjonijiet reali biex jiġu vverifikati l-funzjonalitajiet u identifikati żbalji jew vulnerabbiltajiet potenzjali. Il-“Proċedura għall-Implimentazzjoni tal-Proġett Pilota għat-Twettiq tal-Valutazzjoni tal-Art tal-Massa”, kif approvata mir-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri Nru 1078 “Ċerti Kwistjonijiet dwar l-Implimentazzjoni tal-Proġett Pilota dwar il-Valwazzjoni tal-Art tal-Massa”, tiddefinixxi s-sistema ta' ġeoinformazzjoni għall-valutazzjoni tal-art tal-massa bħala għodda għall-awtomatizzazzjoni tal-proċess tat-twettiq u tal-aġġornament tal-valwazzjonijiet tal-art għal irqajja' art individwali, u biex jiġi żgurat l-aċċess pubbliku għar-riżultati. Tirrikjedi wkoll li s-sistema ta' ġeoinformazzjoni tiġi integrata mas-software tal-Katast tal-Istat. L-Ordni tal-Ġeokatast tal-Istat Nru 121 “Dwar il-Pubblikazzjoni tar-Riżultati tal-Proġett Pilota dwar il-Valutazzjoni tal-Massa tal-Art” tal-31 ta' Marzu 2025 tawtorizza l-pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Ġeokatast tal-Istat tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-art tal-massa l-aktar reċenti għall-art agrikola, abbażi ta' mudell ta' rigressjoni. Is-sistema ta' ġeoinformazzjoni għall-valutazzjoni tal-art tal-massa tista' tiġi aċċessata permezz tas-sit web tal-Ġeokatast tal-Istat: https://e.land.gov.ua/services. |
||||||||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 12.7
|
Isem tal-pass: L-adozzjoni tal-pjan fit-tul dwar is-sistema tat-tisqija |
||||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Ir-riforma 5. L-iżvilupp fit-tul tas-sistema tat-tisqija biex tiżdied ir-reżiljenza għall-klima tas-settur |
||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 12.7 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “L-adozzjoni tal-‘Pjan fit-tul għall-iżvilupp tas-sistema tal-irrigazzjoni.’ Il-pjan jiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:
Il-Pass 12.7 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 5 tal-Kapitolu 12 (is-settur agroalimentari). |
||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 12.7. L-objettiv tar-Riforma 5 fil-Kapitolu 12 (is-settur agroalimentari) huwa li jiġi żgurat l-ippjanar fit-tul tal-infrastruttura tat-tisqija b'mod sostenibbli, biex titrawwem ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima fis-settur agroalimentari. Għal dan l-għan, il-Kabinett tal-Ministri adotta l-Pjan fit-Tul għall-Iżvilupp tal-Kumpless tat-tisqija tal-Ukrajna sal-2050 (minn hawn 'il quddiem “il-Pjan”) permezz tal-Ordni Nru 280-p tal-25 ta' Marzu 2025. Il-Pjan jiddefinixxi l-prijoritajiet ewlenin għas-settur tat-tisqija, abbażi ta' analiżi tal-benefiċċji ekonomiċi sħaħ tiegħu. Jistabbilixxi d-direzzjoni għall-iżvilupp tal-infrastruttura tat-tisqija sal-2050, b'objettivi u attivitajiet għall-ewwel fażi ta' implimentazzjoni sal-2030. Din il-fażi inizjali se tiffoka fuq proġetti pilota fl-oblasts ta' Odesa, Mykolaiv u Zaporizhzhia. Il-Pjan jinkludi wkoll attivitajiet għall-promozzjoni tal-biedja sostenibbli u għall-mitigazzjoni tal-impatt tat-tibdil fil-klima. Hija tistma l-benefiċċji ekonomiċi mill-ewwel fażi ta' implimentazzjoni fi tliet oqsma ewlenin: Dħul ta' UAH 2 371,6 miljun (madwar EUR 51,3 miljun) minn rendimenti miżjuda fuq art irrigata addizzjonali; UAH 587,5 miljun (madwar EUR 12,7 miljun) fi ffrankar mit-tnaqqis tat-telf tal-ilma, u UAH 445 miljun (madwar EUR 9,6 miljun) fi ffrankar mill-iffrankar tal-enerġija fl-istazzjonijiet tal-ippumpjar. Il-pjan huwa allinjat mal-Istrateġija dwar l-Ilma tal-Ukrajna għall-perjodu sal-2050, li ġiet approvata mill-Kabinett tal-Ministri fl-2022, u mal-prinċipji tal-ġestjoni tal-ilma bbażati fuq il-baċiri. L-iżvilupp tal-infrastruttura tal-irrigazzjoni se jitwettaq skont il-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċin tax-xmara, filwaqt li tiġi żgurata l-preservazzjoni tar-riżorsi tal-ilma. Il-pjan jenfasizza l-ħtieġa għal investiment pubbliku u investiment ieħor, u għal aktar privatizzazzjoni. L-implimentazzjoni tal-Pjan se teħtieġ investiment ta' UAH 4 644,3 miljun (madwar EUR 100,5 miljun). L-istimi preliminari tal-Pjan jindikaw li se jkunu meħtieġa UAH 24 360,9 miljun oħra (madwar EUR 527,2 miljun) minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u investituri privati biex tiġi żviluppata l-infrastruttura tar-reklamazzjoni. Il-Pjan jipprevedi li l-faċilitajiet infrastrutturali ewlenin se jibqgħu taħt is-sjieda tal-Istat u se jkunu ġestiti mill-Istat, fl-interess pubbliku. Jipprevedi wkoll li 60 % tas-sistemi tat-tisqija reġjonali u 100 % tas-sistemi tat-tisqija lokali se jiġu ttrasferiti lil organizzazzjonijiet tal-utenti tal-ilma jew lil sidien privati. Dan se jippermetti lill-bdiewa jinvestu b'mod indipendenti fl-infrastruttura tat-tisqija. It-tħejjijiet għall-privatizzazzjoni tal-istazzjonijiet tal-ippumpjar se jiġu konklużi sal-2030. Il-Pjan jiffoka fuq it-titjib tal-istruttura tal-governanza u tal-ġestjoni tas-settur tat-tisqija. L-infrastruttura tat-tisqija se tiġi ġestita bħala sistema teknoloġikament integrata u magħquda, konsistenti mal-limiti ekoloġiċi. Il-funzjonijiet tal-ġestjoni tal-ilma se jiġu sseparati mill-funzjonijiet tal-infrastruttura tat-tisqija. Il-Pjan jipprevedi l-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet tal-utenti tal-ilma, bi rwol aktar b'saħħtu fil-governanza tas-settur. Jinkludi wkoll miżuri biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-korpi lokali ta' governanza awtonoma, tal-amministrazzjonijiet tal-istat lokali u tal-produtturi agrikoli fil-ġestjoni tas-sistemi tat-tisqija u fl-implimentazzjoni ta' teknoloġiji moderni fis-settur tat-tisqija. Il-monitoraġġ nazzjonali tal-implimentazzjoni tal-Pjan se jsir kull sena, filwaqt li se jsir rieżami komprensiv tal-għanijiet u l-prijoritajiet tiegħu kull 5 snin. Se jitwettqu valutazzjonijiet ambjentali għal proġetti ta' riabilitazzjoni jew ta' kostruzzjoni f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-UE fil-qasam, peress li l-Pjan se jiġi implimentat f'konformità mal-Liġijiet tal-Ukrajna “Dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika” u “Dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali.” |
||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 13.5
|
Isem tal-pass: L-istabbiliment ta' kabinett elettroniku mtejjeb tal-utenti tas-sottoswol |
||||||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Ir-riforma 2. Proċeduri amministrattivi mtejba |
||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 13.5 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Ikun operattiv kabinett elettroniku aġġornat tal-utenti tas-sottoswol b'funzjonalitajiet addizzjonali ta' aċċess għar-reġistru tal-istat ta' permessi speċjali għall-użu tas-sottoswol li jippermettu t-talba u l-kisba ta' liċenzji elettroniċi (estratt mir-Reġistru) u li jipprovdu aċċess għal data ġeoloġika diġitali.” Il-Pass 13.5 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 2 fil-Kapitolu 13 (ġestjoni tal-materja prima kritika). Huwa segwit mill-Pass 13.3 (mistenni sat-tieni trimestru tal-2025) dwar il-pubblikazzjoni ta' riżerva ta' proġetti ta' investiment għall-estrazzjoni tal-materja prima kritika u l-Pass 13.4 (mistenni sat-tieni trimestru tal-2025) dwar it-tnedija ta' offerti internazzjonali għall-Ftehim dwar il-Kondiviżjoni tal-Prodotti filwaqt li tiġi żgurata t-trasparenza tagħhom. |
||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 13.5. L-objettiv tar-Riforma 2 fil-Kapitolu 13 (ġestjoni tal-materja prima kritika) huwa li tiġi ottimizzata l-proċedura u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-investituri potenzjali. L-għan ewlieni huwa li jittejbu t-trasparenza, il-ħeffa u l-kosteffiċjenza għal deċiżjonijiet ġodda ta' investiment. Għal dan l-għan, il-kabinett elettroniku mtejjeb (ir-Reġistru tal-Istat tal-Permessi Speċjali għall-Użu tas-Sottoswol) ġie rilaxxat għall-użu kummerċjali u sar operattiv permezz tal-Ordni tas-Servizz tal-Istat tal-Ġeoloġija u s-Sottoswol tal-Ukrajna Nru 109. Huwa aċċessibbli fuq is-sit web tas-Servizz tal-Istat tal-Ġeoloġija u s-Sottoswol tal-Ukrajna: Kabinett Elettroniku tal-Portal Ġeoloġiku tal-Istat. Il-kabinett elettroniku mtejjeb jipprovdi funzjonalitajiet addizzjonali għall-aċċess ta' data ġeoloġika diġitali u jippermetti li tiġi rreġistrata informazzjoni dwar permessi speċjali għall-użu tas-sottoswol. Ir-reġistru jinkludi informazzjoni dwar id-data, il-perjodu ta' validità, u r-raġunijiet għall-ħruġ ta' permess speċjali għall-użu tas-sottoswol, kif ukoll l-estensjonijiet u l-emendi tiegħu. Jiddeskrivi wkoll it-tip u l-iskop tal-użu tas-sottoswol, l-informazzjoni dwar is-sit tas-sottoswol, is-sors ta' finanzjament għax-xogħol li għandu jitwettaq mill-utent tas-sottoswol matul l-użu tas-sottoswol (fondi pubbliċi jew privati), kundizzjonijiet speċjali, dettalji tas-sjieda, informazzjoni dwar l-approvazzjoni tal-permessi u dettalji tal-ftehim dwar l-użu tas-sottoswol jew il-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-produzzjoni. Mill-1 ta' April 2025, permess speċjali għall-użu tas-sottoswol jinħareġ b'mod elettroniku (liċenzja elettronika) bħala estratt mir-reġistru, li jiġi ġġenerat permezz tal-kabinett elettroniku tas-Sistema ta' Ġeoinformazzjoni Unifikata, il-kabinett elettroniku tal-utent tas-sottoswol, u l-kabinetti elettroniċi tal-Pjattaforma Ambjentali Unifikata “EcoSytem”. Fiż-żmien tal-valutazzjoni, l-informazzjoni fl-estratt mir-reġistru hija aġġornata. |
||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 14.1
|
Isem tal-pass: L-adozzjoni ta' Pjan rivedut għall-allokazzjoni u l-użu tal-ispettru tar-radju fl-Ukrajna |
||||
|
Riforma/investiment relatati: Ir-riforma 1. Infrastruttura diġitali sigura u effiċjenti |
||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 14.1 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-emendar tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna ‘Dwar l-Approvazzjoni tal-Pjan għall-Allokazzjoni u l-Użu tal-Ispettru tar-Radju fl-Ukrajna.’ Ir-Riżoluzzjoni tiddefinixxi t-teknoloġiji tar-radju li l-użu tagħhom huwa permissibbli fl-Ukrajna, bid-definizzjoni tal-baned tal-frekwenzi tar-radju u s-servizzi tar-radju li jikkorrispondu magħhom, kif ukoll il-kundizzjonijiet tat-terminazzjoni tal-iżvilupp u l-użu tagħhom, kif ukoll il-lista ta' teknoloġiji tar-radju promettenti għall-implimentazzjoni fl-Ukrajna bid-definizzjoni tal-baned tal-frekwenzi tar-radju u s-servizzi tar-radju li jikkorrispondu magħhom, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħhom f'konformità mal-acquis tal-UE.” Il-Pass 14.1 huwa l-ewwel minn żewġ passi fl-implimentazzjoni tar-Riforma 1 fil-Kapitolu 14 (trasformazzjoni diġitali). Huwa implimentat b'mod parallel mal-Pass 14.2 (li huwa mistenni fl-ewwel trimestru tal-2025 ukoll) dwar id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tar-riżorsi tal-informazzjoni tal-Istat u tal-infrastruttura kritika tal-informazzjoni. |
||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 14.1. L-objettiv tar-Riforma 1 fil-Kapitolu 14 (trasformazzjoni diġitali) huwa li ssaħħaħ iċ-ċibersigurtà fil-proċess tat-trasformazzjoni diġitali. Għal dan l-għan, il-Kabinett tal-Ministri adotta Riżoluzzjoni li fiha Pjan rivedut għall-allokazzjoni u l-użu tal-ispettru tar-radju. Ir-riżoluzzjoni adottata temenda r-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri Nru 1340 “Dwar l-Approvazzjoni tal-Pjan għall-Allokazzjoni u l-Użu tal-Ispettru tar-Radju fl-Ukrajna”, datata d-19 ta' Diċembru 2023. Il-pjan rivedut jiddefinixxi t-teknoloġiji tar-radju permissibbli għall-użu fl-Ukrajna, filwaqt li jispeċifika l-baned u s-servizzi tal-frekwenzi tar-radju korrispondenti. Jistabbilixxi wkoll termini għat-terminazzjoni tal-iżvilupp u l-użu tagħhom, filwaqt li jidentifika lista ta' teknoloġiji tar-radju promettenti flimkien mal-meded ta' frekwenzi u s-servizzi tar-radju assoċjati tagħhom, u b'hekk tgħin lill-Ukrajna ttejjeb ix-xenarju tat-telekomunikazzjoni tagħha f'konformità mal-acquis tal-UE. L-allinjament strateġiku tal-Ukrajna għandu jrawwem aktar innovazzjoni fis-settur tat-telekomunikazzjoni. Barra minn hekk, l-adozzjoni tal-Pjan emendat hija kruċjali għall-istabbiliment ta' politika effiċjenti tal-ispettru tar-radju mmirata lejn it-tnaqqis tal-interferenza potenzjali, it-titjib tas-sigurtà u l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-frekwenzi tar-radju disponibbli. B'mod ġenerali, din ir-Riżoluzzjoni tgħin l-impenn tal-Ukrajna li tikseb parità teknoloġika mal-UE, u b'hekk tmexxi 'l quddiem it-trasformazzjoni diġitali tagħha. |
||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 14.2
|
Isem tal-pass: Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tar-riżorsi tal-informazzjoni tal-istat u l-infrastruttura kritika tal-informazzjoni |
||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Ir-riforma 1. Infrastruttura diġitali sigura u effiċjenti |
||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 14.2 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Id-dħul fis-seħħ tal-atti leġiżlattivi rispettivi biex ikun hemm allinjament mal-qafas tal-NIS u tal-NIS2 (jiġifieri d-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148. L-att jiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:
Il-Pass 14.2 huwa t-tieni u l-aħħar pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 1 fil-Kapitolu 14 (trasformazzjoni diġitali). Dan isir b'mod parallel mal-Pass 14.1 (li huwa mistenni fl-ewwel trimestru tal-2025 ukoll) dwar l-adozzjoni ta' Pjan rivedut għall-allokazzjoni u l-użu tal-ispettru tar-radju fl-Ukrajna. |
||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 14.2. L-objettiv tar-Riforma 1 fil-Kapitolu 14 (trasformazzjoni diġitali) huwa li ssaħħaħ iċ-ċibersigurtà fil-proċess tat-trasformazzjoni diġitali. Għal dan l-għan, il-Parlament Ukren adotta l-Liġi tal-Ukrajna Nru 4336-IX “Dwar l-Emendi ta' Ċerti Liġijiet tal-Ukrajna dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni u ċ-Ċiberdifiża tar-Riżorsi tal-Informazzjoni tal-Istat, Oġġetti ta' Infrastruttura Kritika tal-Informazzjoni”, datata s-27 ta' Marzu 2025. Il-Liġi daħlet fis-seħħ fit-18 ta' April 2025. Il-Liġi tintroduċi miżuri taċ-ċibersigurtà, u tislet mill-prinċipji tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2). Il-Liġi għandha ttejjeb il-kapaċità globali tas-sistema nazzjonali taċ-ċibersigurtà biex tindirizza u timmitiga t-theddid ċibernetiku. Tistabbilixxi qafas nazzjonali reżiljenti u koerenti mmirat lejn il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-ġlieda kontra l-aggressjoni ċibernetika fil-kuntest tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Għal dan l-għan, il-Liġi tistabbilixxi sistema nazzjonali ta' skambju ta' informazzjoni dwar l-inċidenti ċibernetiċi, iċ-ċiberattakki u t-theddid ċibernetiku. Il-Liġi tipprevedi l-identifikazzjoni ta' partijiet ikkonċernati ewlenin bħall-korpi li jiġġestixxu l-infrastruttura kritika u r-riżorsi tal-informazzjoni tal-Istat, u d-delineazzjoni tal-obbligi tagħhom. Tiddeskrivi wkoll ir-responsabbiltajiet tal-Iskwadri ta' Rispons għal Inċidenti Relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs, Computer Security Incident Response Teams) u tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-ġbir, il-protezzjoni u d-divulgazzjoni tal-informazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, il-Liġi toħloq sistema nazzjonali ta' rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà, tistabbilixxi rwoli u responsabbiltajiet ċari fil-livelli nazzjonali, settorjali, reġjonali u funzjonali, flimkien ma' proċeduri biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni effettiva fost dawn l-atturi. Il-Liġi għandha l-għan li ssaħħaħ il-protezzjoni tar-riżorsi tal-informazzjoni tal-Istat u tal-infrastruttura kritika tal-informazzjoni miċ-ċiberattakki. Tagħti mandat għall-introduzzjoni ta' sistema ta' detezzjoni tal-vulnerabbiltajiet speċifikament għas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni (ICS, information and communication systems) li jiġġestixxu r-riżorsi ta' informazzjoni tal-Istat jew li jaqdu faċilitajiet infrastrutturali kritiċi. Dawn il-miżuri huma mfassla biex jappoġġaw l-identifikazzjoni proattiva tat-theddid u r-rimedju fost l-assi teknoloġiċi essenzjali kollha. Il-Liġi tintroduċi riforma tar-reġim regolatorju li jirregola ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tal-informazzjoni. Il-qafas regolatorju jinkludi rekwiżiti għall-protezzjoni ċibernetika u tal-informazzjoni, flimkien ma' proċeduri għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà fl-ICS li jipproċessaw informazzjoni mill-Istat jew data b'aċċess ristrett. Barra minn hekk, il-Liġi tistabbilixxi rekwiżiti ġenerali għall-kwalifiki professjonali u għall-verifika tal-isfond tal-persunal involut fil-funzjonijiet taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari dawk li jimmaniġġjaw informazzjoni sensittiva jew kritika. Tagħti wkoll mandat għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' taħriġ strutturat, eżerċizzji regolari u laqgħat ta' informazzjoni mmirati għall-professjonisti taċ-ċibersigurtà. Dawn l-attivitajiet ta' bini tal-kapaċità jestendu għal individwi inkarigati mis-salvagwardja tal-infrastruttura kritika u għal dawk li jwettqu funzjonijiet għoljin fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Istat, u b'hekk jiżguraw livell għoli ta' preparatezza u reżiljenza. Id-deskrizzjoni tar-Riforma 1 fil-Kapitolu 14 (trasformazzjoni diġitali) tirreferi wkoll għall-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi li jwittu t-triq lejn l-implimentazzjoni tas-Sett ta' Għodod tas-Sigurtà tal-5G tal-UE. Għal dan l-għan, fit-28 ta' Mejju 2025 ġie adottat Protokoll ta' Intenzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Il-Protokoll jistabbilixxi pjan direzzjonali strutturat biex tinbeda l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar iċ-ċibersigurtà tal-5G, billi jidentifika u jivvaluta r-riskji preżenti u emerġenti, jallinja l-leġiżlazzjoni nazzjonali mar-rekwiżiti tal-UE, u jinvolvi ruħu f'konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u mal-Istati Membri. Dan jagħti mandat għall-adozzjoni tal-bidliet leġiżlattivi meħtieġa, id-deżinjazzjoni ta' fornituri b'riskju għoli b'restrizzjonijiet korrispondenti tal-użu u l-ħruġ ta' linji gwida dettaljati lill-operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. |
||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 14.3
|
Isem tal-pass: L-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi sal-2026 |
||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Ir-riforma 2. Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi |
||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 14.3 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “L-adozzjoni tal-Ordinanza tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta' azzjoni għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi sal-2026. Il-pjan ta' azzjoni jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-Pass 14.3 huwa l-ewwel minn żewġ passi fl-implimentazzjoni tar-Riforma 2 fil-Kapitolu 14 (trasformazzjoni diġitali). Dan huwa segwit mill-Pass 14.4 (mistenni sat-tieni trimestru tal-2026) mad-dħul fis-seħħ tal-att legali li jappoġġa skemi ta' identifikazzjoni elettronika allinjati mar-Regolament eIDAS. |
||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 14.3. L-objettiv tar-Riforma 2 fil-Kapitolu 14 (trasformazzjoni diġitali) huwa li tissimplifika l-interazzjoni bejn l-Istat u ċ-ċittadini billi tiddiġitalizza s-servizzi pubbliċi. Għal dan l-għan, il-Kabinett tal-Ministri approva pjan ta' azzjoni permezz tal-Ordinanza Nru 263-p tal-21 ta' Marzu 2025, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin: l-irkupru, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, is-servizzi għall-veterinarji, l-uffiċjali tas-servizzi militari, id-dwana u l-isfera soċjali elettronika. Il-pjan ta' azzjoni jipprevedi t-tranżizzjoni ta' ċerti servizzi pubbliċi lejn format elettroniku f'dawn l-oqsma ewlenin sal-2026. Dwar l-irkupru, il-pjan ta' azzjoni għandu l-għan li jipprovdi aċċess għal informazzjoni dwar id-danni lid-drittijiet tal-individwi mhux relatati mal-proprjetà, u b'hekk itejjeb l-effiċjenza. Dwar l-edukazzjoni, il-pjan jintroduċi l-ħruġ elettroniku taċ-ċertifikati, filwaqt li jiżgura rikonoxximent sigur u aċċessibbli tal-kisbiet edukattivi. Dwar il-kura tas-saħħa, il-pjan ifittex li jtejjeb id-diġitalizzazzjoni billi jinforza prattiki tajba ta' manifattura għall-prodotti mediċinali u jippermetti l-ħruġ elettroniku ta' liċenzji għall-produzzjoni u l-bejgħ ta' mediċini. Il-pjan ta' azzjoni jiffoka wkoll fuq it-titjib tas-servizzi għall-veterinarji billi jiffaċilita l-ipproċessar elettroniku tal-istatus tal-veterinarji u tal-pensjonijiet tad-diżabilità. Għall-uffiċjali tas-servizzi militari, il-pjan jinkludi l-ġestjoni diġitali tal-benefiċċji, bħall-akkomodazzjoni u l-pensjonijiet. Barra minn hekk, il-pjan għandu l-għan li jissimplifika l-proċeduri doganali permezz tas-sottomissjoni u l-ġestjoni tal-liċenzji u tal-permessi b'mod elettroniku. Fl-aħħar nett, fl-isfera soċjali, il-pjan jenfasizza l-forniment diġitali ta' servizzi essenzjali, bħar-reġistrazzjoni online u l-ġestjoni tad-drittijiet għall-akkomodazzjoni. |
||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 15.2
|
Isem tal-pass: Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-Politika dwar il-klima tal-Istat |
||||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Ir-riforma 2. Politika tal-klima |
||||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 15.2 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Id-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna ‘Dwar il-Prinċipji Bażiċi tal-Politika tal-Istat dwar il-Klima’. Il-liġi tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-Pass 15.2 huwa l-ewwel minn żewġ passi fl-implimentazzjoni tar-Riforma 2 fil-Kapitolu 15 (tranżizzjoni ekoloġika u protezzjoni ambjentali). Huwa segwit mill-Pass 15.4 (mistenni sat-tielet trimestru tal-2025) dwar l-adozzjoni tat-tieni Kontribut Stabbilit fil-Livell Nazzjonali tal-Ukrajna għall-Ftehim ta' Pariġi u l-Pass 15.3 (mistenni sar-raba' trimestru tal-2025) dwar l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni dwar il-Kunsill Xjentifiku u Espert dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Preservazzjoni tas-Saff tal-Ożonu. |
||||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 15.2. L-objettiv tar-Riforma 2 fil-Kapitolu 15 (tranżizzjoni ekoloġika u protezzjoni ambjentali) huwa li tinħoloq arkitettura għall-governanza klimatika kif ukoll mekkaniżmu xieraq għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Istat fil-qasam tat-tibdil fil-klima fl-Ukrajna. Għal dan l-għan, il-politika tal-Istat dwar il-klima tal-Ukrajna deskritta fil-Liġi Nru 3991-IX tiddefinixxi l-mekkaniżmi ewlenin u l-għanijiet għall-governanza klimatika. Il-politika tal-Istat dwar il-klima tal-Ukrajna għandha l-għan li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050, b'mira intermedja ta' tnaqqis ta' mill-inqas 65 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. L-ambizzjonijiet fuq terminu medju jinkludu t-tnaqqis tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta' gassijiet serra, iż-żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli, it-tnaqqis tal-intensità enerġetika globali u l-progress fit-teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet. L-objettivi fit-tul, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, jiffukaw fuq iż-żamma taż-żieda fit-temperatura globali għal ferm anqas minn 2 gradi Celsius, u l-ħidma biex jintlaħaq limitu ta' 1,5 grad Celsius. Il-prinċipji gwida tal-politika tal-Istat dwar il-klima tal-Ukrajna jenfasizzaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, ir-responsabbiltà differenzjata u n-newtralità klimatika. Il-prinċipji ewlenin addizzjonali jinkludu l-prijoritizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”. Il-korpi governattivi ewlenin tal-politika tal-Istat dwar il-klima huma l-Parlament Ukren, il-Kabinett tal-Ministri, u korpi eżekuttivi ċentrali ddedikati, bħall-kunsill xjentifiku u espert. Il-Parlament huwa responsabbli biex jiddefinixxi l-prinċipji bażiċi tal-politika tal-Istat dwar il-klima u għall-eżerċitar tas-sorveljanza parlamentari fuq l-implimentazzjoni tagħha. Dan jinkludi li jirċievi rapporti annwali dwar il-progress mill-Kabinett tal-Ministri. Il-politika tistabbilixxi sistema nazzjonali li fiha l-awtoritajiet eżekuttivi ċentrali kull sena jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni u l-eżiti tal-miżuri ta' mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima lill-Kabinett tal-Ministri, filwaqt li jiżguraw l-allinjament mal-obbligi nazzjonali u internazzjonali. Il-Kunsill Xjentifiku u Espert jevalwa dawn il-politiki għall-effettività u l-konformità, billi jipprovdi tbassir, filwaqt li r-riżultati tal-monitoraġġ jiġu integrati fir-rapporti tal-gvern u jintużaw biex jaġġustaw il-politiki meta jkun meħtieġ. Il-Kabinett tal-Ministri għandu l-kompitu li jagħti prijorità u jwettaq il-politika transsettorjali tal-Istat dwar il-klima, jikkoordina l-isforzi fost il-ministeri kompetenti u joħroġ atti legali li jappoġġaw il-politika, bħall-kontribuzzjonijiet tal-Ukrajna għall-Ftehim ta' Pariġi. Il-korpi eżekuttivi ċentrali għandhom il-kompitu li jifformulaw u jimplimentaw il-politiki tal-Istat f'oqsma speċifiċi ddefiniti fil-politika tal-Istat dwar il-klima. Il-Kabinett tal-Ministri jeħtieġlu jaġġorna l-“Istrateġija fit-tul dwar l-iżvilupp b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju tal-Ukrajna” kull 5 snin biex jiżgura approċċ dinamiku u risponsiv għat-tibdil fil-klima. Il-mekkaniżmi biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi jinkludu strumenti fiskali mfassla biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, bħat-taxxi, is-sussidji u l-inċentivi għall-adozzjoni ta' teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Barra minn hekk, huma stabbiliti mekkaniżmi speċifiċi ta' appoġġ biex jgħinu lin-negozji jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra, li jinvolvu assistenza finanzjarja jew teknika biex tiġi mħeġġa tranżizzjoni lejn operazzjonijiet aktar sostenibbli. Il-Kunsill Xjentifiku u Espert jivvaluta l-politiki tal-Istat skont l-għanijiet u l-prinċipji tal-politika tal-Istat dwar il-klima. Jivvaluta wkoll l-effettività tal-istrumenti fiskali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Il-politika tal-Istat dwar il-klima tal-Ukrajna tkompli ssaħħaħ is-sistema nazzjonali diġà eżistenti għall-inventarju tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn perspettiva legali bħala proċess immexxi mill-korp eżekuttiv ċentrali għall-protezzjoni ambjentali, filwaqt li tiżgura t-trasparenza, il-preċiżjoni u l-konformità mal-istandards internazzjonali. Tordna rapporti nazzjonali annwali dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti, imfassla u ppubblikati minn dan il-korp jew minn istituzzjoni awtorizzata, b'kontribuzzjonijiet tad-data mill-awtoritajiet pubbliċi u min-negozji. |
||||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Pass 15.5
|
Isem tal-pass: L-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Istabbiliment ta' Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjonijiet ta' Gassijiet Serra |
||||||||
|
Riforma/investiment relatati: Ir-riforma 3. Mekkaniżmi tas-suq tal-ipprezzar tal-karbonju |
||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 15.5 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “L-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna ‘Dwar l-Approvazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Istabbiliment ta' Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet ta' Gassijiet Serra’. L-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni se tiżgura d-definizzjoni ta':
Il-Pass 15.5 huwa l-ewwel minn żewġ passi fl-implimentazzjoni tar-Riforma 3 fil-Kapitolu 15 (tranżizzjoni ekoloġika u protezzjoni ambjentali). Huwa segwit mill-Pass 15.6 (mistenni sat-tieni trimestru tal-2025) dwar it-tkomplija tas-sistema obbligatorja ta' monitoraġġ, rapportar u verifika. |
||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta' evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 15.5. L-objettiv tar-Riforma 3 fil-Kapitolu 15 (tranżizzjoni ekoloġika u protezzjoni ambjentali) huwa li jitrawwem l-iżvilupp ta' mekkaniżmi tas-suq għall-ipprezzar tal-karbonju. Għal dan l-għan, il-pjan ta' azzjoni għall-“Istabbiliment ta' Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet ta' Gassijiet Serra” huwa pass lejn l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi tas-suq għall-ipprezzar tal-karbonju fl-Ukrajna. Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Istabbiliment ta' Sistema Nazzjonali għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet ta' Gassijiet Serra fl-Ukrajna jiddeskrivi żewġ stadji ewlenin tal-implimentazzjoni, kull wieħed b'kompiti, perjodi ta' żmien, responsabbiltajiet u aġġornamenti tal-progress speċifiċi. L-istadju preparatorju jiffoka fuq il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u l-iżvilupp u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni meħtieġa, filwaqt li tittejjeb l-infrastruttura teknika – b'mod partikolari s-sistema ta' Monitoraġġ, Rapportar u Verifika (MRV), li hija prerekwiżit kruċjali għas-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS, Emissions Trading System). Dan l-istadju jinkludi l-abbozzar ta' proposti leġiżlattivi inizjali tal-ETS biex jiġu allinjati mar-rekwiżiti tal-UE, filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet nazzjonali, kif ukoll l-istabbiliment ta' glossarju ta' termini, il-ħatra ta' istituzzjoni responsabbli għall-monitoraġġ u l-identifikazzjoni ta' korp ta' implimentazzjoni. Se jiġi żviluppat abbozz ta' liġi tal-ETS bejn l-2025 u l-2028, u se jsiru emendi tar-regolamenti dwar l-MRV mill-2025 sal-2027. Se jitħejjew dokumenti metodoloġiċi li jiddeskrivu l-qafas tal-ETS bejn l-2026 u l-2028. L-istadju operazzjonali jinvolvi l-funzjonament sħiħ tas-sistema, u se jibda mhux aktar kmieni minn 3 snin wara t-terminazzjoni jew il-kanċellazzjoni tal-liġi marzjali fl-Ukrajna. Il-pjan ta' azzjoni jenfasizza l-iżvilupp ta' infrastruttura essenzjali biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-UE. Dan jinkludi l-iżgurar tal-funzjonalità operazzjonali tas-sistema tal-MRV fi żmien sentejn wara t-terminazzjoni jew il-kanċellazzjoni tal-liġi marzjali, li jinvolvi l-kisba ta' data vverifikata dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-installazzjonijiet koperti kollha. Barra minn hekk, se jinħoloq reġistru unifikat relatat mas-sistema tal-MRV bejn l-2025 u l-2026. Sabiex jiġu appoġġati dawn l-isforzi, il-programmi ta' taħriġ se jibdew fl-2026. Dan it-titjib fl-infrastruttura għandu l-għan li jiffaċilita l-ewwel stadju operazzjonali tal-ETS fl-Ukrajna sal-2028, filwaqt li jallinja ma' għanijiet usa' għall-ġestjoni sistematika u effiċjenti tal-emissjonijiet. Il-pjan ta' azzjoni jinkludi diversi miżuri organizzazzjonali biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tiegħu. Dawn il-miżuri jiffukaw fuq it-trawwim ta' pjattaforma inklużiva u trasparenti għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati, u b'hekk jiżguraw li d-diversi perspettivi u għarfien espert jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-sistema. Barra minn hekk, il-pjan ta' azzjoni jenfasizza l-kollaborazzjoni kontinwa mal-UE, b'mod partikolari fil-kuntest tal-proċess ta' adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE, biex l-isforzi jiġu allinjati mal-istandards u l-prattiki tal-UE. |
||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj).
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta' Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/1447, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1447/oj). L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CONSIL%3AST_9492_2024_ADD_1&qid=1716536456361
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1799/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)