02016R2374 — MT — 01.01.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2374

tat-12 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ

(ĠU L 352 23.12.2016, p. 33)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2167 tal-5 ta' Lulju 2017

  L 306

2

22.11.2017




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2374

tat-12 ta' Ottubru 2016

li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ



Artikolu 1

Implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art

L-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika f'sub-żoni VIII, IX, X tal-ICES u ż-żoni CECAF 34.1.1, 34.1.2, 34.2.0 għas-sajd stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Eżenzjoni ta' sopravivenza

1.  L-eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art stipulat fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal speċijiet li fil-każ tagħhom l-evidenza xjentifika turi rati ta' sopravivenza għolja għandha tapplika għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud fis-subżoni VIII u IX tal-ICES bix-xbieki tat-tkarkir (kodiċijiet tal-irkaptu ( 1 ): OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT u TX).

2.  L-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett fl-Ilmijiet tal-Lbiċ għandhom sal-1 ta' Mejju 2017 biex jippreżentaw l-informazzjoni xjentifika addizzjonali li tġġustifika l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija sal-1 ta' Settembru 2017.

Artikolu 3

Eżenzjonijiet de minimis

1.  B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet li ġejjin:

(a) għall-merluzz (Merluccius merluccius), sa massimu ta' 7 % fl-2017 u sa 6 % fl-2018 tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir (kodiċijiet tal-irkaptu: OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX u SV) li jimmiraw għal din l-ispeċi fis-subżoni VIII u IX tal-ICES.

(b) għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta' 5 % tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (kodiċi tal-irkaptu: TBB) u xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (kodiċijiet tal-irkaptu: OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, it-TBB, OT, PT u TX) li jimmiraw għal din l-ispeċi fid-Diviżjonijiet VIIIa u VIIIb tal-ICES;

(c) għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta' 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw pariti u għeżula (kodiċijiet tal-irkaptu: GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR u GEN) li jimmiraw għal din l-ispeċi fid-Diviżjonijiet VIIIa u VIIIb tal-ICES;

2.  Qabel l-1 ta' Mejju 2017, l-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett fl-Ilmijiet tal-Lbiċ għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni dejta addizzjonali dwar l-iskartar u kull informazzjoni xjentifika rilevanti oħra li tiġġustifika l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(a). Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jevalwa l-informazzjoni xjentifika mogħtija sal-1 ta' Settembru 2017.

Artikolu 4

Bastimenti soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-bastimenti soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art għal kull qasam tas-sajd partikolari.

Bastimenti li kienu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu sajd fl-2016 għandhom jibqgħu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dak is-sajd.

Sal-31 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri konċernati għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, permezz ta' sit web sigur tal-kontroll tal-Unjoni, il-listi ta' bastimenti ddefiniti skont il-paragrafu 1 għal kull qasam tas-sajd partikolari stabbiliti fl-Anness. Huma għandhom iżommu dawn il-listi aġġornati.

Artikolu 5

Tħassir

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2439 huwa mħassar.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018.

L-Artikolu 4 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS

Is-sajd soġġett għall-obbligu tal-ħatt l-art



1.  Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 70 mm u 100 mm

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

TBB

Ix-xbieki tat-tkarkir bit-travu kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 70 mm u 100 mm

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-parit u x-xbieki tal-għażel kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa 100 mm jew iktar.



2.  Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea) u tal-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Id-diviżjoni Ixa tal-ICES

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-parit u x-xbieki tal-għażel kollha

Malji tax-xbieki ta' 100 mm jew akbar

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni u tal-barbun tat-tbajja'



3.  Is-sajd tal-merluzz (Merluccius merluccius)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES

OTB, OTT, PTB, SDN, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SX, SV

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa 100 mm jew iktar.

Il-qabdiet kollha tal-merluzz

LL, LLS

Il-konzijiet kollha

Kollha

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN

Ix-xbieki tal-għażel kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa 100 mm jew iktar.

Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES

OTB, OTT, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni kollha

Bastimenti li jissodisfaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin:

1.  Jużaw malja tax-xbieki ta' 70 mm jew akbar

2.  It-total ta' ħatt l-art tal-merluzz fil-perjodu 2014/2015 (1) jikkonsisti minn: aktar minn 5 % ta' dawk l-ispeċijiet kollha li nħattu l-art u f'aktar minn 5 tunnellati metriċi.

Il-qabdiet kollha tal-merluzz

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN

Ix-xbieki tal-għażel kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 80 mm u 99 mm

LL, LLS

Il-konzijiet kollha

Ganċ itwal minn 3,85 cm +/– 1,15 cm u usa' minn 1,6 cm +/– 0,4 cm

(1)   Il-perjodu ta' referenza jiġi aġġornat skont dan għas-snin sussegwenti. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza se jkun 2015 u 2016 u għall-2019, il-perjodu ta' referenza se jkun 2016 u 2017.



4.  Is-sajd tal-petriċi (Lophiidae)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN

Ix-xbieki tal-għażel kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa 200 mm jew iktar

Il-qabdiet kollha tal-petrika

Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN

Ix-xbieki tal-għażel kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa 200 mm jew iktar

Il-qabdiet kollha tal-petrika



5.  Is-sajd tal-iskampu (Nephrops norvegicus)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss)

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT u TX).

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Malji tax-xbieki ta' 70 mm jew akbar

Il-qabdiet kollha tal-iskampu

Id-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss)

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, OT, PT, TX TB

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Malji tax-xbieki ta' 70 mm jew akbar

Il-qabdiet kollha tal-iskampu



6.  Is-sajd taċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Diviżjonijiet tal-ICES VIIIc, IX, X u CECAF 34.1.2

LLS, DWS

Il-konzijiet tal-qiegħ

—

Il-qabdiet kollha taċ-ċinturin iswed



7.  Is-sajd tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Id-diviżjoni IX tal-ICES

LLS, DWS

Il-konzijiet tal-qiegħ

Daqs tal-ganċ itwal minn 3,95 cm u usa' minn 1,65 cm

Il-qabdiet kollha tal-paġella ħamra



( 1 ) Il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'dan ir-Regolament huma ddefiniti mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti.