|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2479 |
3.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 125/2024
tat-12 ta’ Ġunju 2024
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/2479]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/896 tal-5 ta’ Diċembru 2023 li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jadattaw l-ammonti bażi tal-euro għal assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali u għall-kapaċità finanzjarja tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13e (id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-FtehimŻEE:
|
“- |
32024 R 0896: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/896 tal-5 ta’ Diċembru 2023 (ĠU L 2024/896, 20.3.2024).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2024/896 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Ġunju 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2024/896, 20.3.2024.
(*1) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2479/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)