02002R0471 — MT — 04.06.2013 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 471/2002 tal-15 ta’ Marzu 2002 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 075 16.3.2002, p. 13) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1179/2009 tas-26 ta’ Novembru 2009 |
L 317 |
1 |
3.12.2009 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 441/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013 |
L 130 |
1 |
15.5.2013 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 471/2002
tal-15 ta’ Marzu 2002
li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
L-Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tal-Anness huma kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna 2 tal-Anness.
L-Artikolu 2
Suġġetti għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi ta’ kontroll doppju u għas-sorveljanza preċedenti u rettrospettiva tal-Komunità ta’ prodotti tat-tessuti mal-importazzjoni fil-Komunità, l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li mhix konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija taħt iil-punti Nri 1, 3, 4 u 5 tat-tabella tal-Anness dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu mitluba għal perjodu ta’ 60 ġurnata, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija taħt il-punt Nru 2 fit-tabella tal-Anness ta’ dan ir-Regolament tista’ tkompli tintalab għal perjodu ta’ tlett xhur, taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
L-Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-ĠurnaJ Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifika (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
1. Oġġett magħmul minn plastika ċellulari, madwar 4 mm ħxuna, (b’qies ta’ madwar 20 x 24 ċm) kważi rettangolari, minħabba l-kantunieri fit-tond tagħha, koperta minn naħa waħda b’saff ta’ madwar 0.2 mm ta’ drapp maħdum tat-tessuti stampat fħafna kuluri (Mouse-pads u oġġetti simili) (Ara r-ritratt Nru 618) (*1) |
6307 90 10 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġene- rali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, in-noti 7(a) u 8(a) tas- Sezzjoni XI, in-noti 1 u 2(a)(5) tal-Kapitolu 59, in-noti 1 u 2(a) tal-Kapitolu 63 u mill-kliem tal- kodiċi tan-NM 6307 , 6307 90 u 6307 90 10 L-oġġett huwa “magħmul” fis-sens tan-nota 7(a) tas-Sezzjoni XI minħabba li huwa maqtugħ mod ieħor apparti milli fi kwadru u rettangoli Il-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 39 hija eskluża skond in-nota 2(a)(5) tal-Kaptiolu 59, minħabba li d-drapp maħdum mhux preżenti biss għall- iskopijiet biex isaħħaħ. Ara wkoll in-noti ta’ spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Kapi- tolu 39, konsiderazzjonijiet ġenerali (tgħaqqid tal-plastika u d-drapp), (d) Skond in-nota 8(a) tas-Sezzjoni XI l-oġġetti magħmula jappartjenu għall-Kapitoli 61 sa 63 |
|
2. Oġġett magħmul minn plastika ċellulari, madwar 4 mm ħxuna, (b’qies ta’ madwar 20 x 24 ċm) kważi rettangolari, minħabba l-kantunieri fit-tond tiegħu, kopert minn naħa waħda b’saff ta’ madwar 0.2 mm ta’ drapp maħdum tat-tessuti stampat ta’ kulur wieħed (Mouse-pads u oġġetti simili) (Ara r-ritratt Nri 612 A + B) (*1) |
►M1 3926 90 97 ◄ |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġene- rali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, in-nota 1 tal-Kapi- tolu 39, in-nota 1(h) tas-Sezzjoni XI,in-noti 1 u 2(a)(5) tal-Kapitolu 59 u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 3926 , 3926 90 u ►M1 3926 90 97 ◄ Il-klassifikazzjoni fis-Sezzjoni XI hija eskluża skond in-nota 2(a)(5) tal-Kaptiolu 59, minħabba li d-drapp maħdum huwa preżenti biss għall- iskopijiet biex isaħħaħ. Ara wkoll in-noti ta’ spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Kapi- tolu 39, konsiderazzjonijiet ġenerali (tgħaqqid tal-plastika u d-drapp), (d) |
|
3. Plastik ċellulari rettangolari, madwar 4 mm ħxuna (polyurethane) (b’qies ta’ madwar 20 x 21 ċm), koperta minn naħa waħda b’saff ta’ madwar 0.2 mm ta’ drapp maħdum tat- tessuti stampat fħafna kuluri (Mouse-pads u oġġetti simili) (Ara r-ritratt Nru 619) (*1) |
5903 20 90 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġene- rali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, in-noti 7(a) tas- Sezzjoni XI, in-noti 1 u 2(a)(5) tal-Kapitolu 59 u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 5903 , 5903 20 u 5903 20 90 L-oġġetti huma “magħmula” fis-sens tan-nota 7(a) tas-Sezzjoni XI minħabba li huma maqtu- għin fforma rettangolari Il-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 39 hija eskluża skond in-nota 2(a)(5) tal-Kaptiolu 59, minħabba li d-drapp maħdum huwa stampat fħafna kuluri u għalhekk mhux preżenti biss għall-iskopijiet biex isaħħaħ. Ara wkoll in-noti ta’ spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Kapitolu 39, konsiderazzjonijiet ġenerali (tgħaqqid tal- plastika u d-drapp), (d) |
|
4. Oġġett ħafif maħdum tal-kulur tiegħu stess għan-nisa jew it-tfajliet (86 % nylon, 14 % elastane), li għandu jintlibes fuq il-ġilda, li jlaħħaq biss sa taħt is-sider, b’ċineg irqaq tal- ispallejn li jaġġustaw ruħhom. Għandhom dawra tal-għonq maqtugħa baxxa fuq qud- diem u fuq wara, mingħajr fetħa. Hemm faxex ta’ drapp maħdum meħjut mad-dawra tal-għonq u taħt l-idejn Hemm biċċiet maħduma fil-ġenb tal- elastiċità li tvarja fuq l-oġġett, kif ukoll rinfurzar elastiku fuq quddiem Hemm ħjata eżatt taħt is-sider, imsaħħa minn ġewwa, li ssegwi l-forma naturali tas- sider Hemm faxxa elastika ta’ wisa’ ta’ madwar 2ċm fit-tarf ta’ isfel tal-oġġett, biex jassigura li l-oġġett iżomm mal-ġisem (Riċipetto/Bra) (Ara r-ritratt Nru 615) (*1) |
6212 10 90 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġene- rali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, in-nota 2(a) tal-Kapi- tolu 61 u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 6212 , 6212 10 u 6212 10 90 Ir-rinfurzar elastiku fuq quddiem, li jiġbor id-drapp u jikkontribwixxi għall-forma konvessa tal-iskutelli, li jwassal għas-separazzjoni tas-sider li hija karatteristika ta’ reċipetto Il-ħjata ssegwi l-forma tas-sider u tiġbor id-drappp fforma ta’ skutelli Ir-rinfurzar tal-ħjata fuq ġewwa tal-oġġett iservi bħala ebusija u, flimkien mal-biċċiet elastiċi tal- ġenb, jipprovdi l-appoġġ meħtieġ għar-riċipetti, skond in-noti ta’ spjegazzjoni tas-Sistema Armo- nizzata tal-intestatura 6212 , l-ewwel paragrafu |
|
5. Oġġett magħmul fforma ta’ rettangolu (ta’ qisien ta’ madwar 110 x 160ċm) ta’ drapp minsuġ tat-tessuti (100 % qoton), imwaħħal maż-żewġ ġnubijiet il-qosra tad-drapp minsuġ għal kull tarf tal-arblu tal-injam (tul: madwar 110ċm) permezz ta’ kurduni mberfla. Minħabba t-tulijiet differenti tal- kurduni d-drapp minsuġ tat-tessuti jakk- wista form asimetrika. Fuq l-arblu tal-injam hemm apparat biex jitwaħħal miegħu li jik- konsisti minn żewġ kurduni mberfla u ħolqa tal-metall, li jippermettu li l-oġġett jitwaħħal e.g. ma’ ganċ. L-oġġett m’għandux post defi- nit għas-serħan tiegħu (Oġġett simili għal brnda) (Ara r-ritratt Nru 617) (*1) |
►M2 6306 90 00 ◄ |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġene- rali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan- Nomenklatura Magħquda, ►M2 in-noti 7(f) ◄ u 8(a) tat- Taqsima XI, in-nota 1 tal-Kapitolu 63 u mill- kliem tal-kodiċi tan-NM 6306 u ►M2 6306 90 00 ◄ ►M2 Oġġetti tal-Oħrajn ◄ tat-tessuti magħmula u minsuġa jappartjenugħall-Kapitolu 63 skondin-nota 8(a) tas-Sezzjoni XI u n-nota 1 tal-Kapitolu 63 Skond ir-regoli ġenerali 1 u 6, l-oġġett huwa kklassifikat taħt l-oġġetti tal-kampeġġ, minħabba - wara li jkunu kkunsidrati l-karatteristiċi tal- iskop tiegħu - l-oġġett huwa magħmul minn drapp rettangolari tat-tessuti magħmul u minsuġ li huwa mdendel miż-żewġ naħat permezz ta’ kurduni mberfla u minħabba li l-oġġett jieħu l-forma tal-ġisem tal-persuna li joqgħod bil- qegħda jew jimtedd fih, peress li l-oġġett m’għandux post definit għas-serħan tiegħu. L-oġġett jista’ jintuża barra jew ġewwa Għalhekk, l-oġġett għandu jkun ikklassifikat - bħal branda - taħt l-oġġetti tal-kampeġġ fl-intestatura 6306 . Ara n-noti ta’ spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 6306 (5), li fihom l-oġġetti tal-kampeġġ jinkludu, fost oħrajn, il-branda. Barra minn hekk, in-noti tal- ispjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal- intestatura 9403 (għamara oħra, eċċ.), (e), jeskludu l-branda mill-intestatura 9403 u jassenjawhom - skond il-materjal tal-oġġett - taħt l-intestaturi 6306 jew 5608 (xbieki maħ- duma) |
|
(*1) Ir-ritratti huma purament għall-informazzjoni. |
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|