22002D0065



Official Journal L 238 , 05/09/2002 P. 0036 - 0037


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 65/2002

tal-31 ta' Mejju 2002

li temenda l-Anness XXI (Statistika) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 45/2002 tad-19 ta' April 2002 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 li jippreskrivi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 fir-rigward ta' statistika dwar il-kummerċ estern [2], kif korrett bil-ĠU L 3, tas-6.1.2001, p. 28, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1917/2000 iħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2001 ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 840/96 tas-7 ta' Mejju 1996 li jippreskrivi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 fir-rigward ta' statistika dwar il-kummerċ estern [3], li huwa inkorporat fil-Ftehim u li b'konsegwenza għandu jitħassar taħt il-Ftehim.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2001 ta' l-20 ta' Awissu 2001 li jemenda l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1917/2000 li jippreskrivi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 fir-rigward ta' statistika dwar il-kummerċ estern [4] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI li jinsab mal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 16 (it-test tal-punt 16 (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 455/88), imħassar):

"16a. 32000 R 1917: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 li jippreskrivi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 fir-rigward ta' statistika dwar il-kummerċ estern (ĠU L 229, tad-9.9.2000, p. 14), kif korrett bil-ĠU L 3, tas-6.1.2001, p. 28, kif emendat bi:

- 32001 R 1669: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2001 ta' l-20 ta' Awissu 2001 (ĠU L 224, tal-21.8.2001, p. 3).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom. għall-finijiet tal-Ftehim presenti, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a) Ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 2454/93 fl-Artikolu 6(1) ma tapplikax.

(b) Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 7(1)(a):

"Għall-Istati EFTA States "pajjiż ta' oriġini" għandha tittieħed li tfisser il-pajjiż li fih joriġinaw l-oġġetti skond it-tifsira tar-regoli nazzjonali rispettivi ta'oriġini."

(ċ) Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 9(2):

"Għall-Istati EFTA States "il-valur doganali" għandu jiġi definit skond ir-regoli nazzjonali rispettivi."

(d) L-Artikolu 11(2) ma japplikax.

(e) Il-Kapitolu 2 tat-Titolu II (L-Artikoli 16-19) ma japplikax.

(f) Il-Kodiċi Nru 7 fl-Artikoli 6(4)(a) u 6(4)(b) ma għandux japplika għall-Liechtenstein.

(g) "Propulżjoni proprja" bħala mod ta' trasport taħt l-Artikolu 10(3) ma tintużax fil-Liechtenstein

."

2. It-test tal-punt 10 għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1917/2000, kif korretti bil-ĠU L 3, tas-6.1.2001, p. 28 u r-Regolament (KE) Nru 1669/2001 fil-lingwa ta' l-Islanda u n-Norveġja,li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE [5].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Mejju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 154, tat-13.6.2002, p. 32.

[2] ĠU L 229, tad-9.9.2000, p. 14.

[3] ĠU L 114, tat-8.5.1996, p. 7.

[4] ĠU L 224, tal-21.8.2001, p. 3.

[5] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------