31996D0155



Official Journal L 036 , 14/02/1996 P. 0029 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Novembru 1993

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-emenda għall-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' transitu

(96/155/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar proċedura komuni ta' transitu [1], jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt imwaqqaf minn dik il-Konvenzjoni sabiex jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet għall-emendi tal-Konvenzjoni;

Billi l-Konvenzjoni ġiet emendata biex taħseb għas-sħubija ta' Partijiet Kontraenti ġodda;

Billi l-emendi in kwistjoni huma stabbiliti fir-rakkomandazzjoni Nru 1/93 tal-Kumitat Konġunt; billi l-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri dwar dik ir-rakkomandazzjoni għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-emenda tal-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' transitu qed jiġi hawnhekk approvat għan-nom tal-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawnhekk jiġi awtorizzat sabiex jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex torbot lill-Komunità.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Novembru 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

Ph. Maystadt

[1] ĠU L 226, tat-13.8.1987, p. 2.

--------------------------------------------------