|
13.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/19 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1970
tal-11 ta' Diċembru 2018
li temenda u testendi d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-injam tal-fraxxnu li joriġina fil-Kanada jew li huwa pproċessat hemmhekk
(notifikata bid-dokument C(2018) 8240)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/412 (2) awtorizzat lill-Istati Membri biex jipprevedu deroga temporanja mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 2.3 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva għal rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-injam tal-fraxxnu (Fraxinus L.) li joriġina fil-Kanada. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412, estiża bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2180 (3), tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba waqt l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412 u abbażi tal-informazzjoni miksuba waqt l-awditu tal-Kummissjoni fil-Kanada f'Ġunju 2018, jixraq li jkomplu japplikaw ir-rekwiżiti tagħha skont din id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412 tiġi estiża sat-30 ta' Ġunju 2020 sabiex tiġi rieżaminata abbażi ta' żviluppi xjentifiċi u tekniċi ġodda. |
|
(4) |
Abbażi tal-informazzjoni miksuba waqt awditu mill-Kummissjoni fil-Kanada f'Ġunju 2018, u tal-informazzjoni mogħtija mill-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Kanada għall-Protezzjoni tal-Pjanti, jixraq li jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-awditjar tar-rekords u tal-proċeduri, u tat-tikkettar, tal-ispezzjonijiet qabel it-tagħbija u tal-monitoraġġ tal-postijiet approvati fejn jisserraw l-injam. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412 tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2(2)(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 5, “fil-31 ta' Diċembru 2018” huwa sostitwit bi “fit-30 ta' Ġunju 2020.” |
|
(3) |
L-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/412 tas-17 ta' Marzu 2016 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-injam tal-fraxxnu li joriġina fil-Kanada jew li huwa pproċessat hemmhekk (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 41).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2180 tas-16 ta' Novembru 2017 li testendi l-perjodu ta' validità tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-injam tal-fraxxnu li joriġina fil-Kanada jew li huwa pproċessat hemmhekk (ĠU L 307, 23.11.2017, p. 57).