<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0500449901.case.xml"><NO.CASE>C-485/07</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62007CJ0485</NO.CELEX><NO.SEQ>0036.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-4503</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-4539</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>37</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20110526">26.5.2011</DATE> — KAWŻA C-485/07</LEFT><RIGHT>AKDAS <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-485/07,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjizi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20071101">1 ta’ Novembru 2007</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20071105">5 ta’ Novembru 2007</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">H. Akdas,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">H. Agartan,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Z. Akbulut,</HT></P><?PAGE NO="I-4504"?><P><HT TYPE="BOLD">M. Bas,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">K. Yüzügüllüer,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">E. Keskin,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">C. Topaloglu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">A. Cubuk,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">S. Sariisik,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, J.-J. Kasel (Relatur), A. Borg Barthet, M. Ilešič u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="I-4505"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għar-Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen, minn F. Keunen u I. Eijkhout, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għal H Akdas, minn C. de Roy van Zuydewijn, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal H. Agartan, minn D. Schaap, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal M. Bas, minn N. Türkkol, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels, C. ten Dam u M. Noort, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn Z. Bryanston-Cross, bħala aġent, assistita minn J. Coppel u T. Ward, barristers,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek u V. Kreuschitz, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="I-4506"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-<DATE ISO="19630912">12 ta’ Settembru 1963</DATE> f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-<DATE ISO="19631223">23 ta’ Diċembru 1963</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 10, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ftehim ta’ Assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-<DATE ISO="19701123">23 ta’ Novembru 1970</DATE> fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-<DATE ISO="19721219">19 ta’ Diċembru 1972</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 43, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Protokoll Addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll tal-Artikolu 3(1) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-<DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE>, dwar l-applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u għall-membri tal-familja tagħhom (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="1983">ĠU 1983, C 110, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni Nru 3/80).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn ir-Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Uwv<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u H. Akdas u tmien ex ħaddiema migranti Torok oħra dwar ir-revoka ta’ suppliment mal-pensjoni ta’ invalidità (iktar ’il quddiem il-“benefiċċju supplimentari) mogħti lil dawn tal-aħħar skont il-leġiżlazzjoni Olandiża.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4507"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-assoċjazzjoni KEE-Turkija</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tiegħu, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandu l-għan li jippromwovi t-tisħiħ kontinwu u ekwilibrat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn il-partijiet kontraenti, inkluż fil-qasam tax-xogħol, permezz tal-kisba b’mod gradwali tal-moviment liberu tal-ħaddiema (l-Artikolu 12 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni) kif ukoll bl-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment (l-Artikolu 13 tal-imsemmi Ftehim) u fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (l-Artikolu 14 tal-istess Ftehim), bil-għan li jittejjeb il-livell ta’ għajxien tal-poplu Tork u tiġi ffaċilitata sussegwentment l-adeżjoni tar-Repubblika tat-Turkija mal-Komunità (ir-raba’ premessa tal-preambolu u l-Artikolu 28 ta’ dan il-Ftehim).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jinkludi fażi preparatorja, li tippermetti lir-Repubblika tat-Turkija ssaħħaħ l-ekonomija tagħha bl-għajnuna tal-Komunità (l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim), fażi tranżitorja li matulha jiġu żgurati l-implementazzjoni progressiva ta’ unjoni doganali u l-approssimazzjoni tal-politika ekonomika (l-Artikolu 4 tal-imsemmi Ftehim), u fażi definittiva li hija bbażata fuq l-unjoni doganali u tinvolvi t-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-partijiet kontraenti (l-Artikolu 5 tal-istess Ftehim).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4508"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-iżvilupp progressiv tas-sistema ta’ assoċjazzjoni, il-Partijiet kontraenti għandhom jiltaqgħu fi ħdan Kunsill ta’ Assoċjazzjoni li għandu jaġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilu mill-ftehim.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jinsab fit-Titolu II tiegħu, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Implementazzjoni tal-fażi tranżitorja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi, qabel ma tibda l-fażi tranżitorja, u skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 1 tal-Protokoll provviżorju, il-kundizzjonijiet, il-modalitajiet u r-ritmi tal-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-oqsma koperti mit-[Trattat KE] li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari dawk imsemmija f’dan it-titolu, kif ukoll kull klawżola ta’ salvagwardja li tirriżulta utli<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jinsab fl-istess Titolu II ta’ dan tal-aħħar, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-Partijiet kontraenti jirrikonoxxu li fil-qasam ta’ applikazzjoni tal-Ftehim, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari li jistgħu jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 8, kull tip ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ nazzjonalità hija pprojbita skont il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu [12 KE]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4509"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li wkoll jinsab fit-Titolu II tiegħu, Kapitolu 3, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dispożizzjonijiet oħra ta’ natura ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li ser ikunu ggwidati mill-Artikoli [39 KE], [40 KE] u [41 KE] sabiex bejniethom jintlaħaq progressivament il-moviment liberu tal-ħaddiema.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 22(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mill-Ftehim [ta’ Assoċjazzjoni] u fil-każijiet previsti minnu, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jieħu deċiżjoni. Kull waħda miż-żewġ partijiet għandha l-obbligu li tieħu l-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda. […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>-</NO.P><TXT>Il-Protokoll Addizzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Protokoll Addizzjonali li, skont l-Artikolu 62 tiegħu, jagħmel parti integrali mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, jistabbilixxi, skont l-Artikolu 1 tiegħu, il-kundizzjonijiet, l-modalitajiet u r-ritmi tat-twettiq tal-fażi tranżitorja prevista fl-Artikolu 4 tal-imsemmi Ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Protokoll Addizzjonali jinkludi Titolu II, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Moviment ta’ persuni u ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li l-Kapitolu I tiegħu jikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[i]l-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4510"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 tal-Protokoll Addizzjonali, li jifforma parti mill-imsemmi Kapitolu I, jipprovdi li l-moviment liberu tal-ħaddiema bejn l-Istati Membri tal-Komunità u t-Turkija ser jitwettaq progressivament, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 12 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, bejn l-aħħar tat-tnax u tat-tnejn u għoxrin sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, u li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jiddeċiedi dwar l-modalitajiet neċessarji għal dan il-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 39(1) tal-Protokoll Addizzjonali huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Qabel it-tmiem ta’ l-ewwel sena wara d-dħul b’effett ta’ dan il-Protokoll, il-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni għandu jadotta miżuri ta’ sigurtà soċjali għal ħaddiema ta’ nazzjonalità Torka li jiċċaqilqu fil-Komunità u għall-familji tagħhom li jabitaw fil-Komunità.</P><PARAG IDENTIFIER="039.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dawn id-disposizzjonijiet għandhom jiffaċilitaw lill-ħaddiema ta’ nazzjonalita Torka, b’konformità ma l-arranġamenti li għandhom ikunu stabbiliti, il-perijodu aggregati għall-assigurazzjoni jew l-impieg imwettqa fi Stati Membri ndividwali fir-rigward tal-penzjoni ta’ l-età, il-benefiċji tal-mewt u l-penzjonijiet ta’ l-invalidità, u wkoll fir-rigward tal-provvediment tas-servizzi tas-saħħa għal ħaddiema u l-familji tagħhom li jabitaw fil-Komunità. Dawn il-miżuri m’għandhomx joħolqu l-ebda obligazzjoni fuq l-Istati Membri sabiex jikkonsidraw il-perijodi mwettqa fit-Turkija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="039.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri msemmija hawn fuq għandhom jassiguraw li l-benefiċji tal-familja ikunu mħallsa jekk il-familja tal-ħaddiem tkun tabita fil-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="039.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun possibbli li tkun trasferita lejn it-Turkija l-penzjoni ta’ l-età, il-benefiċji tal-mewt u l-penzjoni ta’ l-invalidità akwistati permezz tal-miżuri adotti permezz tal-paragrafu 2.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-4511"?><PARAG IDENTIFIER="039.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan l-Artkolu m’għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u l-obligi li joriġinaw mill-ftehim bilaterali bejn it-Turkija u l-Istati Membri tal-Komunità, sa kemm dawn il-ftehim jipprovdu għal arranġamenti aktar favorevoli għal ċittadini Torok<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Fl-oqsma koperti b’dan il-Protokoll, it-Turkija m’għandhiex tirċievi trattament aktar favorevoli minn dak li l-Istati Membri jagħtu lil-xulxin permezz tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Id-Deċiżjoni Nru 3/80</P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Nru 3/80, li ġiet adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 39 tal-Protokoll Addizzjonali, hija intiża li tikkoordina s-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri sabiex il-ħaddiema Torok li jaħdmu jew li ħadmu fi wieħed jew iktar mill-Istati Membri tal-Komunità, kif ukoll il-membri tal-familja ta’ dawn il-ħaddiema u s-superstiti tagħhom, jibbenefikaw mill-benefiċċji li jaqgħu taħt l-oqsma tradizzjonali tas-sigurtà soċjali. Għal dan il-għan, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-deċiżjoni huma essenzjalment riprodotti f’ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35)</TXT></NP><?PAGE NO="I-4512"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 3/80, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Persuni koperti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Din id-deċiżjoni tapplika:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-ħaddiema li huma jew li kienu suġġetti għal-liġi ta’ wieħed jew iktar Stati Membri u li huma ta’ ċittadinanza Torka,</P></ITEM><ITEM><P>għall-membri tal-familja ta’ dawn il-ħaddiema, residenti fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri,</P></ITEM><ITEM><P>għas-superstiti ta’ dawn il-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, u li jirriproduċi kliem l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1408/71, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Il-persuni residenti fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri u li għalihom id-dispożizzjonijiet ta’ din id-deċiżjoni japplikaw għandhom jiġu suġġetta għall-obbligi u għandhom jingħataw il-benefiċċji li jirriżultaw mil-liġi ta’ kull Stat Membru taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tiegħu, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari ta’ din id-deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4513"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 3/80, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Materji koperti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-deċiżjoni għandha tapplika għal-leġiżlazzjoni kollha rigward il-friegħi tas-sigurtà soċjali li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>benefiċċji tal-mard u tal-maternità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>benefiċċji tal-invalidità, inklużi dawk maħsuba għall-manteniment jew it-titjib fil-kapaċità tal-qligħ (tal-flus);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>benfiċċji tax-xjuħija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>benefiċċji tas-superstiti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>benefiċċji rigward inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard kawżat mix-xogħol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>għotijiet minħabba mwiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>benefiċċji tal-qgħad;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>benefiċċji tal-familja.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-4514"?><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-iskemi kollha u speċjali ta’ sigurtà soċjali, sewwa jekk kontributorji u sewwa jekk mhux kontributorji […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 3/80, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Revoka tal-klawżoli ta’ residenza […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u li jikkorrispondi għall-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71, jistabbilixxi, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Għajr fejn provdut xorta oħra f’din id-deċiżjoni, il-benefiċċji fi flus għall-invalidità, ix-xjuħija jew is-sopravivenza, il-pensjonijiet għall-inċidenti fuq ix-xogħol jew għall-mard kawżat mix-xogħol u għotjiet għall-imwiet miksuba skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar għandhom ikunu bla ħsara għal kull tnaqqis, modifika, żamma, treġġigħ lura jew konfiska minħabba l-fatt illi min jirċevihom jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li ma huwiex dak li fih tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>It-Titolu III tad-Deċiżjoni Nru 3/80, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Dispożizzjonijiet partikolari għall-kategoriji differenti ta’ benefiċċji<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jinkludi d-dispożizzjonijiet ta’ koordinament, iggwidati mir-Regolament Nru 1408/71, dwar b’mod partikolari l-benefiċċji ta’ invalidità, tax-xjuħija u fil-każ ta’ mewt (pensjonijiet).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32 tad-Deċiżjoni Nru 3/80 :</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>It-Turkija u l-Komunità għandhom, kull waħda f’dak li jirrigwardha, jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19830208">8 ta’ Frar 1983</DATE>, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ippreżentat proposta għal Regolament tal-Kunsill (KEE) intiża sabiex tiġi applikata, fil-Komunità Ekonomika Ewropea, id-Deċiżjoni Nru 3/80 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1983">ĠU C 110, p. 1</REF.DOC.OJ>), li tipprovdi li din <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>tapplika fil-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (l-Artikolu 1) u li tistabbilixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>modalitajiet għall-applikazzjoni supplimentari<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4515"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, sa llum, din il-proposta ma wasslitx għall-adozzjoni ta’ regolament mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1408/71</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1408/71 jinkludi Artikolu 3, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Ugwaljanza ta’ trattament<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fejn il-paragrafu 1 tiegħu jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Suġġetti għad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ dan ir-Regolament, persuni li għalih japplika dan ir-Regolament jkunu suġġetti għall-istess obbligazzjonijiet u jgawdu l-istess benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) u (2) tal-imsemmi regolament jiddefinixxi l-materji koperti minnu billi jipprovdi s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha rigward il-friegħi tas-sigurtà soċjali li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>benefiċċji tal-mard u tal-maternità ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>benefiċċji ta’ l-invalidità, inklużi dawk maħsuba għall-manteniment jew it-titjib fil-kapaċità tal-qligħ (tal-flus);</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4516"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>benfiċċji tax-xjuħija ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>benefiċċji tas-superstiti ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>benefiċċji rigward inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard kawżat mix-xogħol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>għotijiet minħabba mwiet ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>benefiċċji tal-qgħad;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>benefiċċji familjari/tal-familja.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika għall-iskemi kollha u speċjali ta’ sigurtà soċjali, sewwa jekk kontributorji u sewwa jekk mhux kontributorji […]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1247/92, tat-<DATE ISO="19920430">30 ta’ April 1992</DATE>, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vo. 2, p. 41), li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19920601">1 ta’ Ġunju 1992</DATE>, żied mal-Artikolu 4 l-paragrafu 2a li huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-benefiċċji speċjali mhux kontributorji li huma pprovduti taħt leġislazzjoni jew skemi li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1 jew esklużi permezz tal-paragrafu 4, billi dawn il-benefiċċji huma maħsuba:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jew sabiex jipprovdi protezzjoni supplimentari, sostitwita jew anċillari kontra r-riskji koperti mill-friegħi ta’ sigurtà soċjali msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (h), jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4517"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>unikament bħala protezzjoni speċifika għall-persuni b’diżabilità<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 647/2005 emenda l-imsemmi Artikolu 4(2a), li issa jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Dan l-Artikolu għandu japplika għall-benefiċċji ta’ flus speċjali u mhux kontributorji provduti f’liġi li, minħabba l-ambitu personali tagħha, l-għanijiet tagħha u/jew il-kundizzjonijiet għal dritt taħtha, għandha l-karatteristiċi kemm tal-liġi dwar is-sigurtà soċjali msemmija fil- paragrafu 1 kif ukoll ta’ assistenza soċjali.</P><P>Benefiċċji ta’ flus speċjali u mhux kontributorji tfisser dawk li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>huma ntiżi sabiex jipprovdu jew</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>assigurazzjoni supplimentari, sostituttiva jew anċillari kontra r-riskji koperti mill-oqsma tas-sigurtà soċjali msemmija fil-paragrafu 1, u li jiggarantixxu lill-persuni kkonċernati dħul minimu għas-sussistenza waqt li jittieħed kont tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Istat Membru ikkonċernat jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>protezzjoni speċifika biss għal persuni b’diżabbiltà, li jkollha x’taqsam mill-qrib ma’ l-ambjent soċjali tal-persuna msemmija fl-Istat Membru kkonċernat, u</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4518"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fejn il-finanzjament ikun derivat esklużivament minn tassazzjoni obbligatorja maħsuba sabiex tkopri l-infiq ġenerali pubbliku u l-kondizzjonijiet sabiex jipprovdu u jikkalkolaw il-benefiċċji mhumiex dipendenti minn kwalunkwe kontribuzzjoni fir-rigward tal-benefiċjarju. Madankollu, il-benefiċċji provduti sabiex jiġi supplimentat benefiċċju kontributorju m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala benefiċċji kontributorji għal din ir-raġuni waħedha; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>huma elenkati fl-Anness IIa<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Barra fejn hu pprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament il-benefiċċji għall-invalidità, għax-xjuħija u għall-ħlas tas-superstiti, il-pensjoni għall-inċidenti fuq ix-xogħol jew għall-mard u l-mewt okkupazzjonali akkwistati taħt il-leġislazzjoni ta’ wieħed jew iktar Stati Membri ma jkunu suġġetti għall-ebda tnaqqis, modifika, sospensjoni, tneħħija jew konfiska minħabba l-fatt li r-reċipjent jabita fit-territorju ta’ Stat membru għajr dak li fih tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(4) tar-Regolament Nru 1247/92 inkluda wkoll fir-Regolament Nru 1408/71 Artikolu 10a ġdid, fejn il-paragrafu 1 tiegħu huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 u t-Titolu III, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom jingħataw benefiċċji speċjali monetarji mhux kontributorji msemmija fl-Artikolu 4(2a) esklussivament fit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn jirrisjedu, skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, basta dawk il-benefiċċji huma mniżżla fl-Anness IIa. Benefiċċji bħal dawn għandhom jingħataw minn, u a spejjeż ta’, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4519"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(5) tar-Regolament Nru 647/2005 emenda l-paragrafu 1 tal-imsemmi Artikolu 10a, li issa jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 u tat-Titolu III m’għandhomx japplikaw għall-benefiċċji ta’ flus speċjali u mhux kontributorji msemmija fl-Artikolu 4(2a). Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom jirċievu dawn il-benefiċċji esklużivament fit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn jirrisjedu u skond il-liġi ta’ dak l-Istat, sakemm dawn il-benefiċċji jkunu msemmija fl-Anness IIa. Il-benefiċċji għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza u bi spejjeż tagħha<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Nru 1247/92:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament ma għandux fih innifsu jeffettwa l-irtirar tal-benefiċċji mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu III tar-Regolament [...] Nru 1408/71, li għalih id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament japplikaw”.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament ma għandux fih innifsu jeffettwa ċ-ċaħda ta’ l-applikazzjoni għall-benefiċċju speċjali mhux kontributorju, mogħti b’żieda ta’ pensjoni, magħmula minn mill-pretendent jew il-benefiċjarju li ssodisfa l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ dak il-benfiċċju qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament anke jekk hu jew hi residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti, basta l-applikazzjoni għall-benefiċċju hija magħmula ħames snin qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4520"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-<DATE ISO="19720321">21 ta’ Marzu 1972</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali Kapitolu 5, Vol. 1, p. 53).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-Liġi dwar l-iskema ġenerali tal-assigurazzjoni għal inkapaċità ta’ xogħol (Wet op de arbeidsongeschiktheidsverzekering, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>WAO<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>), fis-seħħ mill-1966, tistabbilixxi l-assigurazzjoni għall-ħaddiema bi salarju kontra l-inkapaċità ta’ xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar is-supplimenti (Toeslagenwet), tas-<DATE ISO="19861106">6 ta’ Novembru 1986</DATE> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>TW<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>), li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="19870101">1 ta’ Jannar 1987</DATE>, hija intiża li tagħti lill-persuni li jirċievu, abbażi ta’ assigurazzjoni soċjali bħal dik implementata bil-WAO (fuq l-istess bażi bħal, b’mod partikolari, l-assigurazzjoni għan-nies qiegħda, l-assigurazzjoni għall-morda u l-assigurazzjoni għan-nies involuti f’inċident fuq il-post ta’ xogħol), allowance għal telf fis-salarju li huwa inqas mis-salarju minimu, benefiċċju supplimentari intiż li jqiegħed id-dħul ta’ sostituzzjoni tagħhom fuq livell li, fl-ogħla livell, jilħaq dak tas-salarju minimu fis-seħħ fil-Pajjiżi l-Baxxi. Meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, dan il-benefiċċju supplimentari kien iffissat għal 30 % ta’ dan is-salarju minimu, b’mod li dawk li kellhom dritt u li kienu jirċievu allowance ta’ invalidità li kien 70 % inqas mill-imsemmi salarju kellhom dħul li kien inqas mis-salarju minimu. L-Uwv tistabbilixxi, fuq talba tal-persuna kkonċernata, l-eżistenza ta’ dritt għal suppliment abbażi tat-TW.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar ir-restrizzjoni fl-esportazzjoni tal-allowances (Wet beperking export uitkeringen), tas-<DATE ISO="19990527">27 ta’ Mejju 1999</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>BEU<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>), introduċiet fit-TW Artikolu 4a ġdid, li l-paragrafu 1 tiegħu jistabbilixxi li l-persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mill-allowances abbażi ta’ din l-aħħar liġi ma għandhiex dritt għalihom matul il-perijodu li fih ma tkunx residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi. Din tispeċifika li l-esportazzjoni tal-benefiċċji inkwistjoni hija possibbli biss sa<?PAGE NO="I-4521"?> fejn hemm ftehim bilaterali konkluż mal-Istat ta’ residenza tal-parti kkonċernata li jiggarantixxi l-applikazzjoni tajba tal-leġiżlazzjoni Olandiża.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-espożizzjoni tal-motivi tal-BEU, din l-emenda tal-TW kienet intiża li tissostitwixxi l-prinċipju ta’ personalità mal-prinċipju ta’ territorjalità sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet ta’ kontroll tal-allowances mogħtija lill-benefiċjarji residenti barra ’l pajjiż. F’dan il-kuntest, il-leġiżlatur Olandiż invoka wkoll insostenn tal-imsemmija emenda n-natura tal-benefiċċju supplimentari maħsub sabiex jiżgura l-minimu vitali fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-fatt li l-finanzjament tal-benefiċċju huwa żgurat mill-baġit tal-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-emenda msemmija iktar ’il fuq tat-TW daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20000101">1 ta’ Jannar 2000</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, ġiet stabbilita skema tranżitorja, li permezz tagħha l-persuni li għandhom dritt, fid-data li fiha daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni l-ġdida, għall-allowances stabbiliti bit-TW u li, f’dik id-data, ma humiex residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>1</NO.P><TXT>jirċievu l-ħlas [sħiħ] tal-ammont li għalih huma għandhom dritt li kieku għexu fil-Pajjiżi l-Baxxi matul l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi [jiġifieri matul is-sena 2000];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>jirċievu ħlas li jammonta għal żewġ terzi tal-ammont li għalih huma għandhom dritt li kieku għexu fil-Pajjiżi l-Baxxi matul it-tieni sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi [jiġifieri matul is-sena 2001];</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4522"?><ITEM><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>jirċievu ħlas li jammonta għal terz tal-ammont li għalih huma għandhom dritt li kieku għexu fil-Pajjiżi l-Baxxi matul it-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi [jiġifieri matul is-sena 2002];<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għas-snin sussegwenti, il-benefiċċju tneħħa kompletament għall-persuni li ma humiex residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 647/2005 żied lit-TW, kif emendata fl-2000 bil-BEU, fil-lista li tinsab fl-Anness IIa tar-Regolament Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 1247/92, dwar benefiċċji speċjali ta’ natura mhux kontributtiva fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1408/71, li għalihom, skont l-Artikolu 10a ta’ dan l-aħħar regolament, l-obbligu ta’ esportazzjoni stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71 ma japplikax.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Sussegwentement, ġiet introdotta fit-TW, b’effett mis-<DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dispożizzjoni tranżitorja ġdida favur persuni li ma humiex residenti fil-pajjiżi l-Baxxi, iżda fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, fi Stat taż-Żona Ekonomika Ewropea jew fl-Isvizzera, li permezz tagħha dawn il-persuni, kemm-il darba dawn għandhom, fil-jum qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 647/2005, id-dritt għal allowances skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71,</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jirċievu, matul is-sena 2007, il-ħlas sħiħ tal-ammont li għalih huma kien ikollhom dritt kieku għexu fil-Pajjiżi l-Baxxi;</P></ITEM><ITEM><P>jirċievu, matul is-sena 2008, ħlas li jammonta għal żewġ terzi tal-ammont li għalih huma kien ikollhom dritt kieku għexu fil-Pajjiżi l-Baxxi;</P></ITEM><?PAGE NO="I-4523"?><ITEM><P>jirċievu, matul is-sena 2009, ħlas li jammonta għal terz tal-ammont li għalih huma kien ikollhom dritt kieku għexu fil-Pajjiżi l-Baxxi.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għall-imsemmija persuni, il-benefiċċju tneħħa kompletament mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-konvenuti fil-kawża prinċipali huma ċittadini Torok li matul ċertu perijodu ħadmu b’salarju fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Dawk, li ntlaqtu minn invalidità, talbu u kisbu, qabel l-2000, il-benefiċċju ta’ allowance abbażi tal-WAO mogħtija mill-Istat Olandiż.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-ammont tal-imsemmi allowance kien inqas mis-salarju minimu, il-konvenuti fil-kawża prinċipali kisbu wkoll, skont it-TW fis-seħħ qabel l-2000, l-għoti ta’ benefiċċju supplimentari, li kien maħsub sabiex jiżguralhom dħul li l-livell tiegħu jkun kemm jista’ jkun qrib is-salarju minimu.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Minħabba l-inkapaċità fiżika tagħhom li jkomplu jaħdmu, il-konvenuti fil-kawża prinċipali sussegwentement irritornaw lejn it-Turkija għand il-familji tagħhom, billi żammew il-benefiċċju ta’ dawn iż-żewġ benefiċċji, skont l-Artikolu 39(4) tal-Protokoll Addizzjonali. Il-ħlas dejjem sar fil-forma ta’ għoti wieħed li ma jagħmel<?PAGE NO="I-4524"?> l-ebda distinzjoni bejn l-ammont tal-pensjoni ta’ invalidità u l-ammont tal-benefiċċju supplimentari.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Wara l-emenda tat-TW bil-BEU, li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20000101">1 ta’ Jannar 2000</DATE>, l-awtoritajiet kompetenti Olandiżi ddeċidew, skont l-iskema tranżitorja msemmija fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, it-tneħħija progressiva, b’rata ta’ terz fis-sena li bdiet tiddekori mill-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE>, tal-benefiċċju supplimentari li kien ingħatalhom sa dak iż-żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-konvenuti fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikorsi kontra din it-tneħħija progressiva.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20030314">14 ta’ Marzu 2003</DATE>, is-Centrale Raad van Beroep qieset li din it-tneħħija kienet tikser l-obbligu li jipprovdi li l-esportazzjoni tal-benefiċċji għandha tiġi permessa, stabbilita fl-Artikolu 5(1) tal-Ftehim 118 dwar it-trattament ugwali ta’ ċittadini u persuni li ma humiex ċittadini fil-qasam tas-sigurtà soċjali, adottata f’Genève fit-<DATE ISO="19640628">28 ta’ Ġunju 1964</DATE> mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Ftehim 118 tal-OIX<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20030818">18 ta’ Awwissu 2003</DATE>, l-Uwv iddeċidiet għalhekk li tagħti lill-konvenuti fil-kawża prinċipali benefiċċju supplimentari sħiħ għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> sat-<DATE ISO="20030630">30 ta’ Ġunju 2003</DATE>. Min-naħa l-oħra, mill-<DATE ISO="20030701">1 ta’ Lulju 2003</DATE>, l-għoti ta’ dan il-benefiċċju kien tneħħa b’mod definittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>L-azzjonijiet ippreżentati mill-konvenuti fil-kawża prinċipali kontra dawn id-deċiżjonijiet ġew miċħuda.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4525"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>B’sentenzi tad-<DATE ISO="20040319">19 ta’ Marzu 2004</DATE> u tat-<DATE ISO="20040823">23 ta’ Awwissu 2004</DATE>, ir-Rechtbank te Amsterdam iddikjarat bħala fondat ir-rikorsi ġudizzjarji ppreżentati mill-konvenuti fil-kawża prinċipali u annullat l-imsemmija deċiżjonijiet, billi qieset li t-tneħħija tal-benefiċċju supplimentari li dawn tal-aħħar ibbenefikaw minnu kienet inkompatibbli mhux biss mal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim 118 tal-OIX, iżda wkoll mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 u mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità stabbilit fl-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>), moqrija flimkien mal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Pariġi fl-<DATE ISO="19520320">20 ta’ Marzu 1952</DATE> (iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Ewwel Protokoll Addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>), kif ukoll mal-Artikolu 26 tal-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, adottat fis-<DATE ISO="19661216">16 ta’ Diċembru 1966</DATE> mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjoni Unit u li daħal fis-seħħ fit-<DATE ISO="19760323">23 ta’ Marzu 1976</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Uwv ippreżentat appell kontra dawn id-deċiżjonijiet quddiem is-Centrale Raad van Beroep.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Wara li kkonstatat, bħalma għamlet ir-Rechtbank te Amsterdam u fin-nuqqas ta’ kontestazzjoni mill-partijiet fil-kawża pendenti quddiemha, li l-benefiċċji supplimentari mogħtija abbażi tal-WAO, fejn l-għoti ma jiddependix minn evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-persuna li titlob, għandhom jitqiesu bħala benefiċċju ta’ invalidità fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 u jaqa’ għalhekk taħt il-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dan tal-aħħar, is-Centrale Raad van Beroep tistaqsi madankollu, minn naħa, kemm fuq l-effett dirett kif ukoll fuq il-portata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn din tipprojbixxi b’mod assolut il-klawżoli ta’ residenza, filwaqt li, wara d-data li fiha l-imsemmija deċiżjoni ġiet adottata, ir-Regolament Nru 1408/71 ġie emendat fis-sens li din l-istess projbizzjoni ma tapplikax, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-benefiċċji speċjali ta’ natura li ma hijiex kontributtiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4526"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tesprimi ċerti dubji dwar l-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità fil-kuntest tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni KEE-Turkija.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif ir-Rechtbank te Amsterdam diġà ddeċieda, ir-regola ta’ trattament ugwali li tinsab fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 ma tistax tintuża b’mod utli f’din il-kawża, inkwantu din id-dispożizzjoni tapplika biss għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>persuni li huma residenti fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, u l-konvenuti fil-kawża prinċipali huma issa residenti fit-Turkija. Madankollu, dan ma jgħoddx għall-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li ma jinkludix riżerva simili.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Huwa paċifiku bejn il-partijiet li dan l-aħħar artikolu għandu effett dirett. Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita li tipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjonijiet diretti bbażati fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll kull forma indiretta ta’ diskriminazzjoni li, permezz tal-użu ta’ kriterji oħra li jiddistingwu, iwassal fil-fatt għall-istess riżultat.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’din il-kawża, is-Centrale Raad van Beroep tinnota l-eżistenza ta’ żewġ forom differenti ta’ distinzjoni indiretta bbażata fuq in-nazzjonalità li jirriżultaw mill-Artikolu 4 tat-TW, li għandhom jiġu evalwati b’mod separat f’dak li jirrigwarda l-ġustifikazzjoni eventwali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa minnu li n-numru ta’ persuni li huma intitolati għal benefiċċju u li huma ta’ nazzjonalità li ma hijiex Olandiża, li fosthom hemm grupp sinjifikattiv ta’ ċittadini Torok, u li ma għadx għandhom dritt għall-benefiċċju supplimentari abbażi tat-TW minħabba li ma għadhomx residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi, huwa ikbar min-numru ta’ persuni li huma intitolati għal benefiċċju u li huma ta’ nazzjonalità Olandiża, li spiss jibqgħu residenti fit-territorju Olandiż.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4527"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-ġustifikazzjonijiet invokati mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi sabiex itemm il-possibbiltà tal-esportazzjoni tal-benefiċċji supplimentari mogħtija abbażi tat-TW huma l-kontroll allegatament diffiċli sabiex tiġi vverifikata s-sitwazzjoni personali u patrimonjali tal-benefiċjarji li ma humiex residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-finanzjament ta’ dan il-benefiċċju mill-baġit tal-Istat, ix-xewqa tal-leġiżlatur nazzjonali li jirritorna għall-qofol tas-sistema tas-sigurtà soċjali, jiġifieri l-allowances ta’ sussidji lir-residenti, kif ukoll in-natura partikolari tat-TW, intiża li ssaħħaħ il-benefiċċju ta’ sigurtà soċjali sabiex jintlaħaq is-salarju minimu fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ kontroll, il-qorti tar-rinviju tenfasizza l-eżistenza ta’ ftehim bilaterali konkluż mar-Repubblika tat-Turkija, li jistabbilixxi l-possibbiltajiet ta’ kontroll f’dan l-Istat. Għaldaqstant, is-Central Raad van Beroep tistaqsi jekk ir-raġunijiet l-oħra, marbuta essenzjalment ma’ raġunijiet ta’ natura finanzjarja, jistgħux jikkostitwixxu ġustifikazzjoni suffiċjenti għad-differenza fit-trattament inkwistjoni fil-kawża li hija trid tiddeċiedi.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>It-tieni nett, hemm distinzjoni indiretta bbażata fuq in-nazzjonalità, inkwantu l-benefiċċju supplimentari mogħti lill-konvenuti tneħħa kompletament mill-<DATE ISO="20030701">1 ta’ Lulju 2003</DATE> minħabba l-fatt li l-partijiet kkonċernati kienu residenti fit-Turkija, filwaqt li l-applikazzjoni tal-iskema tranżitorja għall-finijiet tat-tneħħija progressiv ta’ dan il-benefiċċju mogħti lill-persuni intitolati u li huma ta’ nazzjonalità ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni jew ta’ ċerti Stati terzi, iżda residenti fit-territorju tal-Unjoni, bdiet biss fl-2007.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Uwv sostniet li d-distinzjoni inkwistjoni għandha tiġi analizzata fid-dawl tal-għanijiet limitati tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jikkonsistu fit-twettiq gradwali tal-moviment liberu tal-ħaddiema Torok u li jissaħħu b’mod kontinwu u ekwilibrat ir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-Istati Membri u t-Turkija. Għaldaqstant, ma huwiex possibbli li l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jingħata l-istess portata bħal dik mogħtija lill-Artikolu 12 KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4528"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tesprimi d-dubji tagħha dwar jekk din ir-raġuni tikkostitwixxix ġustifikazzjoni suffiċjenti għad-differenza fit-trattament ikkonstatat. Hija żżied tgħid li, fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, hija tixtieq tikseb iktar informazzjoni dwar l-elementi rilevati li jistgħu jippermettulha tevalwa l-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni mad-drittijiet fundamentali li l-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura r-rispett tagħhom, bħalma huma dawk iggarantiti mill-KEDB u l-Ewwel Protokoll Addizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Centrale Raad van Beroep iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>1)</NO.P><TXT>Fid-dawl tat-termini kif ukoll ta’ l-għan u tan-natura tad-Deċiżjoni 3/80 u tal-Ftehim [ta’ Assoċjazzjoni], id-dispożizzjoni ta’ l-[ewwel subparagrafu] tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 3/80 tikkostitwixxi obbligu ċar u preċiż li mhuwiex suġġett, fl-eżekuzzjoni jew fl-effetti tiegħu, għall-intervent ta’ xi att ulterjuri ieħor, b’tali mod li din id-dispożizzjoni jista’ jkollha effett dirett?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk l-ewwel risposta tingħata risposta affermattiva:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 3/80, għandhom jiġu kkunsidrati b’xi mod jew ieħor il-modifikazzjonijiet imwettqa lir-Regolament Nru 1408/71 [3] wara d- <DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE> fir-rigward ta’ benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa rilevanti f’dan ir-rigward?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4529"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 4a tat-TW Olandiża, li twassal għal distinzjoni indiretta minħabba n-nazzjonalità,</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-ewwel nett, safejn in-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità mhux Olandiża, fosthom grupp kbir ta’ ċittadini Torok, li m’għandhomx (jew li m’għadx għandhom) dritt għal benefiċċju supplimentari peress li m’għadhomx residenti fl-Olanda huwa ogħla minn dak ta’ persuni ta’ nazzjonalità Olandiża u,</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni nett, safejn il-benefiċċji supplimentari taċ-ċittadini Torok residenti fit-Turkija twaqqfu mill-<DATE ISO="20030701">1 ta’ Lulju 2003</DATE> filwaqt li l-benefiċċji supplimentari ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ pajjiżi [Stati] terzi, sakemm huma residenti fit-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea, ma bdewx jitwaqqfu (gradwalment) qabel l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>?<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) għandux effett dirett fl-Istati Membri.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4530"?><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, dispożizzjoni ta’ ftehim konkluż mill-Komunità ma’ Stati terzi għandha titqies bħala li hija ta’ effett dirett meta, fir-rigward tal-kliem tagħha kif ukoll tal-għan u tan-natura tal-ftehim, hija tinkludi obbligu ċar u preċiż li ma huwiex suġġett, fl-eżekuzzjoni jew fl-effetti tiegħu, għal intervent ta’ ebda att ulterjuri. L-istess kundizzjonijiet japplikaw meta jkun hemm bżonn li jiġi ddeterminat jekk id-dispożizzjonijiet ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni jistgħux ikollhom effett dirett (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="19990504">4 ta’ Mejju 1999</DATE>, Sürül, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-262/96" PAGE.ECR="I-2685" YEAR="1999">C-262/96, Ġabra p. I-2685</REF.DOC.ECR>, punt 60 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kliem tiegħu, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 jipprojbixxi, b’mod ċar, preċiż u inkundizzjonali, li l-Istati Membri jnaqqsu, jemendaw, jissospendu, jirrevokaw jew jikkonfiskaw il-benefiċċji li din id-dispożizzjoni telenka minħabba l-fatt illi l-persuni li għandhom dritt huma residenti fit-Turkija jew f’territorju ta’ Stat Membru li ma huwiex dak li fih tinsab l-istituzzjoni debitriċi.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Kif ġustament enfasizzat il-Kummissjoni Ewropea, din ir-regola tistabbilixxi obbligu ta’ riżultat preċiż, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ kwalunkwe limitu impost fir-rigward tal-esportazzjoni tad-drittijiet miksuba miċ-ċittadini Torok ikkonċernati mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru. Għalhekk, dan l-obbligu jista’ jiġi invokat minn individwu quddiem qorti nazzjonali sabiex jitlobha ma tapplikax id-dispożizzjonijiet kuntrarji tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, mingħajr il-ħtieġa li jiġu adottati miżuri ta’ applikazzjoni supplimentari (ara, b’analoġija, is-sentenza Sürül, iċċitata iktar ’il fuq, punt 63).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Għalhekk, in-natura tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 tiddistingwixxiha b’mod ċar minn dik li tikkaratterizza lid-dispożizzjonijiet tekniċi ta’ koordinament tad-differenti leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà soċjali bħalma huma dawk li jinsabu fl-Artikoli 12 u 13 tal-istess deċiżjoni, li kienu inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-<DATE ISO="19960910">10 ta’ Settembru 1996</DATE>, Taflan-Met <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-277/94" PAGE.ECR="I-4085" YEAR="1996">C-277/94, Ġabra p. I-4085</REF.DOC.ECR>), u li fir-rigward tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja<?PAGE NO="I-4531"?> ddeċidiet li ma hemmx effett dirett fit-territorju tal-Istati Membri sa kemm il-miżuri supplimentari indispensabbli għall-implementazzjoni ma ġewx adottati mill-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni preċedenti ma hijiex imqiegħda inkwistjoni mill-fatt li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 tispeċifika li l-projbizzjoni tal-klawżoli ta’ residenza li hija tistabbilixxi tipproduċi l-effetti tagħha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>għajr fejn provdut xorta oħra f’din id-deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Fil-fatt, huwa biżżejjed li jiġi osservat f’dan ir-rigward li din id-dispożizzjoni ma tistabbilixxi l-ebda deroga jew restrizzjoni għall-projbizzjoni tal-klawżoli ta’ residenza stabbilita fl-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għar-raġunijiet identiċi bħal dawk stabbiliti fil-punti 70 sa 72 tas-sentenza Sürül, iċċitata iktar ’il fuq, il-fatt li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 jista’ jirregola direttament is-sitwazzjoni tal-individwi ma huwiex f’kontradizzjoni mal-eżami tal-għan u tan-natura tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li miegħu din id-dispożizzjoni hija marbuta.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Isegwi li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 jistabbilixxi regola preċiża u inkundizzjonali li tippermetti li tiġi applikata minn qorti nazzjonali u, għalhekk, tista’ tirregola s-sitwazzjoni legali tal-individwi.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa għandu effett dirett, b’mod li ċ-ċittadini Torok li għalihom tapplika din id-dispożizzjoni għandhom id-dritt li jużawha direttament quddiem il-qrati tal-Istati Membri sabiex ma jiġux applikati r-regoli tad-dritt nazzjonali li jiksru din id-dispożizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4532"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 4 tat-TW, inkwantu din tneħħi l-għoti ta’ benefiċċju supplimentari, mogħti abbażi ta’ liġi nazzjonali, ladarba l-benefiċjarji ta’ dan il-benefiċċju ma jibqgħux residenti fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 jistabbilixxi l-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-klawżoli ta’ residenza fir-rigward tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali li hija ssemmi, li fosthom hemm il-benefiċċji fi flus għall-invalidità.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-partijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirrikonoxxu li benefiċċju soċjali bħalma huwa l-benefiċċju supplimentari, mogħti abbażi ta’ skema ta’ assigurazzjoni soċjali bħal dik stabbilita bil-WAO, għandu jitqies bħala benefiċċju ta’ invalidità fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 u jaqa’, għalhekk, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ din l-istess deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa paċifiku li l-konvenuti fil-kawża prinċipali huma ċittadini Torok li legalment kienu residenti u ħadmu fit-territorju ta’ Stat Membru. Wara li ħadmu f’attività b’salarju matul ċertu perijodu, huma kisbu d-dritt għal benefiċċji soċjali abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti. F’dan il-każ, dawn kienu l-pensjoni ta’ invalidità, peress li l-partijiet ikkonċernati sabu ruħhom fis-sitwazzjoni li ma setgħux ikomplu jaħdmu, kif ukoll il-benefiċċju supplimentari stabbilit bit-TW, għaliex l-ammont tal-pensjoni li għalih huma kellhom dritt kien inqas mis-salarju minimu. Dawn iż-żewġ benefiċċji tagħhom ingħataw matul ċertu perijodu ta’ żmien,<?PAGE NO="I-4533"?> inkluż iż-żmien fit-Turkija wara li rritornaw fl-imsemmi pajjiż, skont l-Artikolu 39(4) tal-Protokoll Addizzjonali li jistabbilixxi l-possibbiltà li jiġu esportati l-pensjonijiet u l-għotjiet ta’ xjuħija, ta’ invalidità u fil-każ ta’ mewt miksuba fl-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-konvenuti fil-kawża prinċipali jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 inkwantu ħaddiema ta’ nazzjonalità Torka li jibbenefikaw mill-benefiċċji fi flus għall-invalidità miksuba abbażi ta’ liġi ta’ Stat Membru u li issa huma residenti fit-Turkija.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll, kif diġà ntqal fil-punt 71 ta’ din is-sentenza, li d-Deċiżjoni Nru 3/80 ma tistabbilixxi l-ebda deroga jew restrizzjoni għall-projbizzjoni tal-klawżoli ta’ residenza ddikjarata fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Isegwi li ċittadini Torok bħalma huma l-konvenuti fil-kawża prinċipali jistgħu validament jibbażaw ruħhom fuq l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 sabiex jeżiġu li l-benefiċċju supplimentari li huma jirċievu abbażi tal-WAO jibqa’ jingħatalhom fit-Turkija.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Il-konstatazzjoni preċedenti ma hijiex affettwata mill-fatt li, fir-rigward ta’ benefiċċju soċjali bħalma huwa l-benefiċċju supplimentari, l-iskema attwalment stabbilita bir-Regolament Nru 1408/71 hija differenti minn dik implementata bid-Deċiżjoni Nru 3/80.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4534"?><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-Regolament Nru 1408/71 ġie emendat wara li r-Regolament Nru 1247/92 ġie adottat. Fil-fatt, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-aħħar regolament fl-<DATE ISO="19920601">1 ta’ Ġunju 1992</DATE>, il-benefiċċji speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributtiva tal-istess tip bħall-benefiċċju supplimentari ġew espressament inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali tar-Regolament Nru 1408/71, skont l-Artikolu 4(2a) tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-istess data, ir-Regolament Nru 1247/92 daħħal fir-Regolament Nru 1408/71 Artikolu 10a ġdid li introduċa eċċezzjoni għall-obbligu ta’ esportazzjoni tal-benefiċċji stabbilit fl-Artikolu 10(1) ta’ dan l-aħħar regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Regolament Nru 647/2005 żied lit-TW, kif emendata fl-2000 bil-BEU, fil-lista li tinsab fl-Anness IIa tar-Regolament Nru 1408/71, kif emendat bir-Regolament Nru 1247/92, dwar benefiċċji speċjali ta’ natura mhux kontributtiva fis-sens tal-Artikolu 4a tar-Regolament Nru 1408/71, li għalihom l-obbligu ta’ esportazzjoni stabbilit fl-Artikolu 10 ta’ dan l-aħħar regolament ma japplikax, skont kif stabbilit fl-Artikolu 10a tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Huwa fuq din il-bażi li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi pproċeda bit-tneħħija, għaċ-ċittadini tal-unjoni, tal-għoti ta’ benefiċċju supplimentari stabbilit preċedentement bit-TW, ladarba l-benefiċjari ma jibqgħux residenti fit-territorju Olandiż.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Madankollu, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, sitwazzjoni li fiha ex ħaddiema migranti Torok li rritornaw lura lejn it-Turkija jibqgħu jibbenefikaw, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80, minn benefiċċju soċjali bħalma huwa l-benefiċċju supplimentari, anki jekk dan tneħħa għaċ-ċittadini tal-Unjoni li ma jibqgħux residenti fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ta l-benefiċċju, ma tistax titqies bħala inkompatibbli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, li jipprovdi li ċittadini Torok ma jistgħux jitqiegħdu<?PAGE NO="I-4535"?> f’sitwazzjoni iktar vantaġġuża mis-sitwazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<DATE ISO="20090219">19 ta’ Frar 2009</DATE>, Soysal u Savatli, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-228/06" PAGE.ECR="I-1031" YEAR="2009">C-228/06, Ġabra p. I-1031</REF.DOC.ECR>, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 39(4) tal-istess Protokoll Addizzjonali jistabbilixxi espressament l-esportazzjoni lejn it-Turkija ta’ ċerti benefiċċji tas-sigurtà soċjali, fosthom il-pensjonijiet u l-għoti ta’ invalidità miksuba mill-ħaddiema ta’ nazzjonalità Torka abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, it-tieni inċiż tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 3/80 jinkludi fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu l-ħaddiema Torok <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>li kienu suġġetti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, mingħajr ma tispeċifika xejn iktar, filwaqt li, fir-rigward tal-membri tal-familja ta’ dawn il-ħaddiema, it-tieni inċiż tal-istess Artikolu 2 jeżiġi li dawn il-membri tal-familja jkunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>residenti fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-applikazzjoni, fil-kuntest tad-Deċiżjoni Nru 3/80, tas-sistema attwalment fis-seħħ ibbażata fuq ir-Regolament Nru 1408/71 fir-rigward tal-benefiċċji speċjali li ma humiex kontributtivi, twassal biex l-imsemmija deċiżjoni tiġi emendata; madankollu, din is-setgħa, skont l-Artikoli 8 u 22 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, hija rriżervata biss għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li l-konvenuti fil-kawża prinċipali rritornaw lejn it-Turkija wara li ntlaqtu minn invalidità fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, ċittadin Tork, li kien jifforma parti mis-suq regolari tal-impjieg ta’ Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-<DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE>, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, ma<?PAGE NO="I-4536"?> jistax jislet minn din id-deċiżjoni d-dritt li jibqa’ residenti fit-territorji ta’ dan l-Istat Membru wara li jkun ġarrab inċident fuq il-post tax-xogħol li wassal għall-inkapaċità permanenti ta’ xogħol li twaqfu definittivament milli jaħdem fis-suq tal-impjieg (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="19950606">6 ta’ Ġunju 1995</DATE>, Bozkurt, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-434/93" PAGE.ECR="I-1475" YEAR="1995">C-434/93, Ġabra p. I-1475</REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi validament sostnut li l-partijiet ikkonċernati kienu telqu mit-territorju tal-Istat Membru ospitanti abbażi tar-rieda tagħhom u mingħajr raġunijiet leġittimi u li dan l-aġir kien wassal għat-telf tad-drittijiet miksuba abbażi tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20100204">4 ta’ Frar 2010</DATE>, Genc, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-14/09" PAGE.ECR="I-00931" YEAR="2010">C-14/09, Ġabra p. I-00931</REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sitwazzjoni ta’ ex ħaddiema migranti Torok bħalma huma l-konvenuti fil-kawża prinċipali, ladarba huma rritornaw lura lejn it-Turkija wara li tilfu d-dritt tagħhom ta’ soġġorn fl-Istat Membru ospitanti minħabba l-fatt li kienu ntlaqtu minn invalidità f’dan l-Istat Membru, ma tistax, għal ħtiġijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, tiġi utilment mqabbla ma’ dik taċ-ċittadini tal-Unjoni sa fejn dawn, bħala proprjetarji tad-dritt ta’ moviment fl-Unjoni kif ukoll ta’ soġġorn liberu fit-territorji tal-Istati Membri u jżommu għalhekk id-dritt ta’ soġġorn tagħhom fl-Istat Membru li jagħti l-benefiċċju inkwistjoni, minn naħa, jistgħu jagħżlu li jitilqu mit-territorju ta’ dan l-Istat billi jitilfu, minħabba dan il-fatt, l-għoti ta’ dan il-benefiċċju u, min-naħa l-oħra, għandhom id-dritt li jirritornaw f’kull mument fl-Istat Membru kkonċernat (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Derin, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-325/05" PAGE.ECR="I-6495" YEAR="2007">C-325/05, Ġabra p. I-6495</REF.DOC.ECR>, punt 68, kif ukoll tat-<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Bozkurt, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-303/08" PAGE.ECR="I-13445" YEAR="2010">C-303/08, Ġabra p. I-13445</REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 4 tat-TW, tneħħi l-għoti ta’ benefiċċju bħalma huwa l-benefiċċju supplimentari, mogħti abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, fir-rigward ta’ ex ħaddiema migranti Torok ladarba dawn jirritornaw lura lejn it-Turkija wara li jkunu tilfu d-dritt ta’ soġġorn tagħhom fl-Istat Membru ospitanti minħabba l-fatt li huma kienu ntlaqtu minn invalidità f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4537"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>It-tielet domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi dwar l-effett, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tal-prinċipju ta’ trattament ugwali kif stabbilit fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari li jistgħu jiġu stabbiliti [mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni] skont l-Artikolu 8<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 jikkostitwixxi l-implementazzjoni u l-konkretizzazzjoni, fil-qasam partikolari tas-sigurtà soċjali, tal-prinċipju ġenerali tan-nondiskriminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (ara s-sentenzi Sürül, iċċitata iktar ’il fuq, punt 64; tal-<DATE ISO="20000314">14 ta’ Marzu 2000</DATE>, Kocak u Örs, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-102/98+C-211/98" PAGE.ECR="I-1287" YEAR="2000">C-102/98 u C-211/98, Ġabra p. I-1287</REF.DOC.ECR>, punt 36, kif ukoll tat-<DATE ISO="20040428">28 ta’ Arpil 2004</DATE>, Öztürk, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-373/02" PAGE.ECR="I-3605" YEAR="2004">C-373/02, Ġabra p. I-3605</REF.DOC.ECR>, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-kliem tiegħu stess, l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 japplika, min-naħa tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari ta’ din id-deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tal-istess deċiżjoni jikkostitwixxi tali dispożizzjoni partikolari dwar il-portata li fuqha l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet fl-ewwel u fit-tieni domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ma japplikax għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4538"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-<DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE>, dwar l-applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u għall-membri tal-familja tagħhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa għandu effett dirett, b’mod li ċ-ċittadini Torok li għalihom tapplika din id-dispożizzjoni għandhom id-dritt li jużawha direttament quddiem il-qrati tal-Istati Membri sabiex ma jiġux applikati r-regoli tad-dritt nazzjonali li jiksru din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 4 tal-liġi dwar is-supplimenti (Toeslagenwet) tas-<DATE ISO="19861106">6 ta’ Novembru 1986</DATE>, tneħħi l-għoti ta’ benefiċċju bħalma huwa s-suppliment mal-pensjoni ta’ invalidità, mogħti abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, fir-rigward ta’ ex ħaddiema migranti Torok ladarba dawn jirritornaw lura lejn it-Turkija wara li jkunu tilfu d-dritt ta’ soġġorn tagħhom fl-Istat Membru ospitanti minħabba l-fatt li huma kienu ntlaqtu minn invalidità f’dan l-Istat Membru.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4539"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 9 tal-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-<DATE ISO="19630912">12 ta’ Settembru 1963</DATE> f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-<DATE ISO="19631223">23 ta’ Diċembru 1963</DATE> ma japplikax għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>