02013D0053 — MT — 21.01.2022 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li tawtorizza lir-Renju tal-Belġju biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/53/UE)

(ĠU L 022 25.1.2013, p. 13)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2348 tal-10 ta' Diċembru 2015

  L 330

51

16.12.2015

 M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/2077 tal-20 ta' Diċembru 2018

  L 331

222

28.12.2018

►M3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/88 tat-18 ta’ Jannar 2022

  L 14

23

21.1.2022




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Jannar 2013

li tawtorizza lir-Renju tal-Belġju biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud

(2013/53/UE)



Artikolu 1

B’deroga mill-Artikolu 285 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Renju tal-Belġju hu awtorizzat li jeżenta mill-VAT persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 25 000 .

Ir-Renju tal-Belġju jista’ jżid l-ogħla limitu sabiex iżomm il-valur tal-eżenzjoni f’termini reali.

▼M3

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

▼B

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.