|
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
167 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/787/PESK
tat-13 ta’ Novembru 2006
li ġġedded ċerti miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-14 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/792/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (1). Dawn il-miżuri jiskadu fl-14 ta' Novembru 2006. |
|
(2) |
Fid-dawl ta' evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Uzbekistan, il-Kunsill iddeċieda li jġedded il-miżuri restrittivi għal perjodu ta' 12-il xahar r-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni għal perjodu ta' 6 xhur. |
|
(3) |
Madankollu, il-Kunsill iddeċieda li l-laqgħat imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK għandhom jerġgħu jsiru, bil-għan li tinkiseb, permezz tad-djalogu, il-konformità ta' l-Uzbekistan mal-prinċipji tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għall-istat tad-dritt u għal-libertajiet fundamentali. |
|
(4) |
Matul dan il-perjodu, il-Kunsill ser jirrivedi l-miżuri fid-dawl ta' kwalunkwe bidla sinifikattiva fis-sitwazzjoni attwali, b'mod partikolari rigward l-elementi deskritti fil-premessa (7) tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK. |
|
(5) |
Hija meħtieġa azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-miżuri disposti fl-Artikoli 1 u 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK huma b'dan estiżi b'perjodu ta' 12-il xahar u l-miżuri disposti fl-Artikolu 3 għal 6 xhur.
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ġewx milħuqa.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tibda jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
E. TUOMIOJA