32006E0787

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/787/PESK tat- 13 ta’ Novembru 2006 li ġġedded ċerti miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan

Official Journal L 318 , 17/11/2006 P. 0043 - 0043
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0167 - 0167


20061113

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/787/PESK

tat- 13 ta’ Novembru 2006

li ġġedded ċerti miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Fl- 14 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/792/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan [1]. Dawn il-miżuri jiskadu fl- 14 ta' Novembru 2006.

(2) Fid-dawl ta' evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Uzbekistan, il-Kunsill iddeċieda li jġedded il-miżuri restrittivi għal perjodu ta' 12-il xahar r-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni għal perjodu ta' 6 xhur.

(3) Madankollu, il-Kunsill iddeċieda li l-laqgħat imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK għandhom jerġgħu jsiru, bil-għan li tinkiseb, permezz tad-djalogu, il-konformità ta' l-Uzbekistan mal-prinċipji tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għall-istat tad-dritt u għal-libertajiet fundamentali.

(4) Matul dan il-perjodu, il-Kunsill ser jirrivedi l-miżuri fid-dawl ta' kwalunkwe bidla sinifikattiva fis-sitwazzjoni attwali, b'mod partikolari rigward l-elementi deskritti fil-premessa (7) tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK.

(5) Hija meħtieġa azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-miżuri disposti fl-Artikoli 1 u 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK huma b'dan estiżi b'perjodu ta' 12-il xahar u l-miżuri disposti fl-Artikolu 3 għal 6 xhur.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ġewx milħuqa.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tibda jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Tuomioja

[1] ĠU L 299, 16.11.2005, p. 72.

--------------------------------------------------