8.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/14


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/564

tad-19 ta’ Novembru 2021

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jistabbilixxi qafas għall-identifikazzjoni, għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (“PCIs”) li huma meħtieġa biex jiġu implimentati d-disa’ kurituri ta’ prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija ġeografika strateġika identifikati fl-oqsma tal-elettriku, tal-gass u taż-żejt, u t-tliet oqsma ta’ prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni kollha għall-grilji intelliġenti, għall-awtostradi tal-elettriku u għan-networks tat-trasportazzjoni tad-diossidu tal-karbonju.

(2)

Il-lista ta’ PCIs tiġi stabbilita kull sentejn. L-aħħar lista ġiet stabbilita fl-2019 u daħlet fis-seħħ fl-2020. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi sostitwita.

(3)

Il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ġew ivvalutati mill-gruppi reġjonali msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 li kkonfermaw li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

L-abbozzi tal-listi reġjonali tal-PCIs ġew miftiehma mill-gruppi reġjonali f’laqgħat tekniċi. Il-Grupp Reġjonali taż-żejt qabel li ma jressaqx abbozz ta’ lista ta’ proġetti taż-żejt li jridu jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ PCIs fid-dawl tal-miri klimatiċi tal-Unjoni u l-objettiv tan-newtralità tal-karbonju. Wara l-opinjonijiet tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”) fis-27 ta’ Ottubru rigward l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji ta’ valutazzjoni u l-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji fir-reġjuni kollha, il-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-gruppi reġjonali adottaw il-listi reġjonali fid-9 ta’ Novembru. Skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, qabel l-adozzjoni tal-listi reġjonali, il-proġetti kollha proposti ġew approvati minn dawk l-Istati Membri li l-proġetti jolqtu t-territorju tagħhom.

(5)

L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż il-produtturi, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, il-fornituri, u l-organizzazzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumaturi u tal-ambjent, ġew ikkonsultati dwar il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni.

(6)

Jenħtieġ li l-PCIs jiġu elenkati skont il-prijoritajiet strateġiċi tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, fl-ordni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(7)

Jenħtieġ li l-PCIs jiġu elenkati jew bħala PCIs waħedhom jew inkella bħala parti minn raggruppament ta’ diversi PCIs minħabba li huma interdipendenti jew (potenzjalment) f’kompetizzjoni ma’ xulxin.

(8)

Il-lista tal-Unjoni tinkludi proġetti fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom, li jinkludu l-prefattibbiltà, il-fattibilità, l-għoti tal-permessi u l-kostruzzjoni. Għall-PCIs fi stadju ta’ żvilupp bikri, jistgħu jkunu meħtieġa studji biex juru l-vijabbiltà teknika u ekonomika kif ukoll il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni ambjentali. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġu identifikati, ivvalutati u evitati u mtaffija b’mod adegwat, l-impatti negattivi potenzjali fuq l-ambjent.

(9)

L-inklużjoni ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni hija mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-valutazzjoni ambjentali rilevanti u għall-proċedura tal-permessi.

(10)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.


ANNESS

L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VII

IL-LISTA TAL-UNJONI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI (“IL-LISTA TAL-UNJONI”),

imsemmija fl-Artikolu 3(4)

A.   IL-PRINĊIPJI APPLIKATI FIT-TFASSIL TAL-LISTA TAL-UNJONI

(1)   Raggruppamenti ta’ PCIs

Ċerti PCIs jagħmlu parti minn raggruppament minħabba n-natura interdipendenti tagħhom, u minħabba li jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma’ xulxin. Dawn it-tipi ta’ raggruppament ta’ PCIs huma stabbiliti kif ġej:

(a)

raggruppament ta’ PCIs interdipendenti huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż il-PCIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament ġie fformat biex jidentifika l-PCIs li huma kollha meħtieġa biex jiġu indirizzati l-istess ostakli transfruntiera, u biex jinħolqu sinerġiji jekk il-proġetti jiġu implimentati flimkien. F’dan il-każ, il-PCIs kollha għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu l-benefiċċji mal-UE kollha;

(b)

raggruppament ta’ PCIs li potenzjalment jikkompetu ma’ xulxin huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament jirrifletti inċertezza dwar il-kobor tal-ostakli transfruntiera. F’dan il-każ, mhux il-PCIs kollha inklużi fir-raggruppament iridu jiġu implimentati. Huwa f’idejn is-suq li jiddetermina jekk PCI wieħed, diversi PCIs jew il-PCIs kollha għandhomx jiġu implimentati, soġġetti għall-approvazzjonijiet regolatorji, tal-permessi u tal-ippjanar meħtieġa. Il-ħtieġa għall-PCIs għandha tiġi vvalutata mill-ġdid fil-proċess sussegwenti tal-identifikazzjoni tal-PCIs, inkluż f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħtiġijiet ta’ kapaċità; kif ukoll

(c)

raggruppament ta’ PCIs li jikkompetu ma’ xulxin huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż wieħed mill-PCIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta’ raggruppament jindirizza l-istess ostakli. Madankollu, il-kobor tal-ostakli huwa aktar ċert milli fil-każ ta’ raggruppament ta’ PCIs li potenzjalment jikkompetu ma’ xulxin, u għalhekk għandu jiġi implimentat PCI wieħed biss. Huwa f’idejn is-suq li jiddetermina liema PCI għandu jiġi implimentat, soġġett għall-approvazzjonijiet regolatorji, tal-permessi u tal-ippjanar meħtieġa. Fejn meħtieġ, il-bżonn ta’ PCIs għandu jiġi vvalutat mill-ġdid fi proċess sussegwenti ta’ identifikazzjoni ta’ PCI.

Il-PCIs kollha huma soġġetti għall-istess drittijiet u obbligi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(2)   It-trattament tas-substazzjonijiet u l-istazzjonijiet tal-kompressuri

Is-substazzjonijiet u l-istazzjonijiet tal-elettriku back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri tal-gass jitqiesu bħala partijiet tal-PCIs jekk ikunu jinsabu ġeografikament fuq il-linji tat-trażmissjoni. Is-substazzjonijiet, l-istazzjonijiet back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala PCIs awtonomi u huma espliċitament elenkati fil-lista tal-Unjoni jekk il-pożizzjoni ġeografika tagħhom tkun differenti mil-linji tat-trażmissjoni. Dawn huma soġġetti għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(3)   Proġetti li ma għadhomx meqjusa PCIs u proġetti li saru parti minn PCIs oħra

(a)

Għadd ta’ proġetti inklużi fil-listi tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament Delegat (UE) Nru 1391/2013, bir-Regolament Delegat (UE) 2016/89, bir-Regolament Delegat (UE) 2018/540 u bir-Regolament Delegat (UE) 2020/389 ma għadhomx jitqiesu PCIs għal raġuni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

—

il-proġett diġà ġie kkummissjonat jew se jiġi kkummissjonat sa Marzu 2022 u għalhekk ma jkunx jibbenefika mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 347/2013;

—

skont data ġdida, il-proġett ma jissodisfax il-kriterji ġenerali;

—

promotur ma jkunx issottometta mill-ġdid il-proġett fil-proċess tal-għażla għal din il-lista tal-Unjoni;

—

Stat Membru li t-territorju tiegħu huwa relatat mal-proġett ma tax l-approvazzjoni tiegħu; jew

—

il-proġett ġie kklassifikat f’pożizzjoni aktar baxxa minn PCIs kandidati oħrajn fil-proċess tal-għażla.

Dawn il-proġetti (bl-eċċezzjoni tal-proġetti kkummissjonati jew li se jiġu kkummissjonati sa Marzu 2022) jistgħu jitqiesu għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni li jmiss jekk ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-Unjoni attwali ma jibqgħux japplikaw.

Tali proġetti mhumiex PCIs, iżda huma elenkati għal raġunijiet ta’ trasparenza u ċarezza bin-numri ta’ PCI oriġinali tagħhom fl-Anness VII(C) bħala “ Proġetti li ma għadhomx meqjusa PCIs ”.

(b)

Barra minn hekk, ċerti proġetti inklużi fil-listi tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament Delegat (UE) Nru 1391/2013 u bir-Regolament Delegat (UE) 2016/89 saru parti integrali minn (raggruppamenti ta’) PCIs oħra waqt li l-proċess ta’ implimentazzjoni kien għaddej.

Tali proġetti ma għadhomx jitqiesu PCIs indipendenti, iżda huma elenkati għal raġunijiet ta’ trasparenza u ċarezza bin-numri ta’ PCI oriġinali tagħhom fl-Anness VII(C) bħala “ Proġetti li issa huma parti integrali minn PCIs oħra ”.

B.   IL-LISTA TAL-UNJONI TA’ PROĠETTI TA’ INTERESS KOMUNI

(1)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”)

Nru.

Definizzjoni

1.6

L-interkonnessjoni bejn Franza u l-Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [attwalment magħrufa bħala “Celtic Interconnector”]

1.19

Ċentru wieħed jew aktar fil-Baħar tat-Tramuntana b’interkonnetturi ma’ pajjiżi ġirien tal-Baħar tat-Tramuntana (id-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands) [attwalment magħruf bħala “North Sea Wind Power Hub”]

1.21

Il-Ħżin ta’ Arja Kkompressata tal-Green Hydrogen Hub (DK)

(2)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”)

Nru.

Definizzjoni

2.4

L-interkonnessjoni bejn Codrongianos (IT), Lucciana (Korsika, FR) u Suvereto (IT) [attwalment magħrufa bħala “SACOI 3”]

2.7

L-interkonnessjoni bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) [attwalment magħrufa bħala “Biscay Gulf”]

2.9

Il-linja interna bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent [attwalment magħrufa bħala “Ultranet”]

2.10

Il-linja interna bejn Brunsbüttel/Wilster u Grοβgartach/Bergrheinfeld-West (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala “Suedlink”]

2.14

L-interkonnessjoni bejn Thusis/Sils (CH) u Verderio Inferiore (IT) [attwalment magħrufa bħala “Greenconnector”]

2.16

Ir-raggruppament tal-linji interni fil-Portugall, inkluż il-PCIs li ġejjin:

2.16.1

Il-linja interna bejn Pedralva u Sobrado (PT), li qabel kienu ddeżinjati bħala Pedralva u Alfena (PT)

2.16.3

Il-linja interna bejn Vieira do Minho, Ribeira de Pena u Feira (PT), li qabel kienu ddeżinjati bħala Frades B, Ribeira de Pena u Feira (PT)

2.17

L-interkonnessjoni bejn il-Portugall u Spanja bejn Beariz — Fontefría (ES), Fontefría (ES) — Ponte de Lima (PT) (li qabel kienet Vila Fría/Viana do Castelo) u Ponte de Lima — Vila Nova de Famalicão (PT) (li qabel kienet Vila do Conde) (PT), inklużi substazzjonijiet fi Beariz (ES), Fontefría (ES) u Ponte de Lima (PT)

2.18

Iż-żieda fil-kapaċità tal-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Kaunertal, Tyrol (AT)

2.23

Il-linji interni fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Belġju bejn Zandvliet u Lillo-Liefkenshoek (BE), u bejn Liefkenshoek u Mercator, inkluż substazzjoni f’Lillo (BE) [attwalment magħrufin bħala “BRABO II + III”]

2.27

2.27.1

L-interkonnessjoni bejn Aragona (ES) u l-Pirenej Atlantiċi (FR) [attwalment magħrufa bħala “Pyrenean crossing 2”]

2.27.2

L-interkonnessjoni bejn Navarra (ES) u Landes (FR) [attwalment magħrufa bħala “Pyrenean crossing 1”]

2.28

2.28.2

Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Navaleo (ES)

2.28.5

Purifikazzjoni – Ħżin tal-Enerġija Idroelettrika Ppumpjata ta’ Velilla del Río Carrión (ES)

2.29

L-Impjant Idroelettriku f’Silvermines (IE)

2.30

Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Riedl (DE)

2.31

Ir-raggruppament ta’ linji interni fil-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

2.31.1

Il-linja interna bejn Emden-Lvant u Osterath biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja sar-Rheinland

2.31.2

Il-linji interni bejn Heide/Punent u Polsum biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja saż-Żona tar-Ruhr

2.31.3

Il-linji interni bejn Wilhelmshaven u Uentrop biex tiżdied il-kapaċità mit-Tramuntana tal-Ġermanja saż-Żona tar-Ruhr

2.32

L-interkonnessjoni bejn Lonny (FR) u Gramme (BE)

2.33

L-interkonnessjoni bejn Sqallija (IT) u t-Tuneżija (TU) [attwalment magħrufa bħala “ELMED”] (Nru. 3.27 fuq ir-raba’ lista tal-PCIs)

(3)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”)

Nru.

Definizzjoni

3.1

Ir-raggruppament tal-Awstrija — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.1.1

L-interkonnessjoni bejn St. Peter (AT) u Isar (DE)

3.1.2

Il-linja interna bejn St. Peter u Tauern (AT)

3.1.4

Il-linja interna bejn Westtirol u Zell-Ziller (AT)

3.10

Ir-raggruppament ta’ Iżrael — Ċipru — il-Greċja [attwalment magħruf bħala “EUROASIA Interconnector”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.10.1

L-interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Kofinou (CY)

3.10.2

L-interkonnessjoni bejn Kofinou (CY) u Korakia, Kreta (EL)

3.11

Ir-raggruppament ta’ linji interni fiċ-Ċekja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.11.1

Il-linja interna bejn Vernerov u Vitkov (CZ)

3.11.2

Il-linja interna bejn Vitkov u Prestice (CZ)

3.11.3

Il-linja interna bejn Prestice u Kocin (CZ)

3.11.4

Il-linja interna bejn Kocin u Mirovka (CZ)

3.12

Il-linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u Isarto li żżid il-kapaċità ta’ trażmissjoni interna bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala SuedOstLink]

3.14

It-tisħiħ intern fil-Polonja [parti mir-raggruppament attwalment magħruf bħala “GerPol Power Bridge”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.14.2

Il-linja interna bejn Krajnik u Baczyna (PL)

3.14.3

Il-linja interna bejn Mikułowa u Świebodzice (PL)

3.14.4

Il-linja interna bejn Baczyna u Plewiska (PL)

3.22

Ir-raggruppament tar-Rumanija — is-Serbja [attwalment magħruf bħala “Mid Continental East Corridor”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

3.22.1

L-interkonnessjoni bejn Resita (RO) u Pancevo (RS)

3.22.2

Il-linja interna bejn Portile de Fier u Resita (RO)

3.22.3

Il-linja interna bejn Resita u Timisoara/Sacalaz (RO)

3.22.4

Il-linja interna bejn Arad u Timisoara/Sacalaz (RO)

 

 

3.24

Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f’Amfilochia (EL)

3.28

Il-linja interna fl-Awstrija bejn Lienz u Obersielach

(4)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija” (“BEMIP Electricity”)

Nru.

Definizzjoni

4.4

4.4.2

Il-linja interna bejn Ekhyddan u Nyboro/Hemsjö (SE)

4.5

4.5.2

Il-linja interna bejn Stanisławów u Ostrołęka (PL)

4.6

Il-ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fl-Estonja

4.8

L-integrazzjoni u s-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Istati Baltiċi man-networks Ewropej, inkluż il-PCIs li ġejjin:

4.8.1

L-interkonnessjoni bejn Tartu (EE) u Valmiera (LV)

4.8.2

Il-linja interna bejn Balti u Tartu (EE)

4.8.3

L-interkonnessjoni bejn Tsirguliina (EE) u Valmiera (LV)

4.8.4

Il-linja interna bejn Viru u Tsirguliina (EE)

4.8.7

Il-linja interna bejn Paide u Sindi (EE)

4.8.8

Il-linja interna bejn Vilnius u Neris (LT)

4.8.9

Aktar aspetti ta’ infrastruttura relatati mal-implimentazzjoni tas-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-Istati Baltiċi man-network Ewropew kontinentali

4.8.10

L-interkonnessjoni bejn il-Litwanja u l-Polonja [attwalment magħrufa bħala “Harmony Link”]

4.8.13

Substazzjon ġdid ta’ 330 kV f’Mūša (LT)

4.8.14

Il-linja interna bejn Bitenai u KHAE (LT)

4.8.15

Substazzjon ġdid ta’ 330 kV f’Darbėnai (LT)

4.8.16

Il-linja interna bejn Darbenai u Bitenai (LT)

4.8.18

Il-linja interna bejn Dunwo u Żydowo Kierzkowo (PL)

4.8.19

Il-linja interna bejn Piła Krzewina u Żydowo Kierzkowo (PL)

4.8.20

Il-linja interna bejn Krajnik u Morzyczyn (PL)

4.8.21

Il-linja interna bejn Morzyczyn-Dunowco-Słupsk-Żarnowiec (PL)

4.8.22

Il-linja interna bejn Żarnowiec-Gdańsk/Gdańsk Przyjaźńska Gdańsk Błonia (PL)

4.8.23

Il-kondensaturi tas-sinkronizzazzjoni, li jipprovdu inerzja, stabbiltà tal-vultaġġ, stabbiltà tal-frekwenza u enerġija f’ċirkwit kort fil-Litwanja, fil-Latvja u fl-Estonja

4.10

Ir-raggruppament tal-Finlandja – l-Iżvezja [attwalment magħruf bħala “Third interconnection Finland – Sweden”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

4.10.1

L-interkonnessjoni bejn it-Tramuntana tal-Finlandja u t-Tramuntana tal-Iżvezja

4.10.2

Il-linja interna bejn Keminmaa u Pyhänselkä (FI)

4.11

L-interkonnessjoni bejn il-Latvja u l-Iżvezja mill-Gotland [attwalment magħruf bħala “LaSGo Link”]

(5)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Gas”)

Nru.

Definizzjoni

5.19

Il-konnessjoni bejn Malta u n-network tal-gass Ewropew — interkonnessjoni tal-pipeline mal-Italja f’Gela

(6)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u fl-Ewropa tax-Xlokk” (“NSI East Gas”)

Nru.

Definizzjoni

6.2

6.2.13

L-iżvilupp u t-titjib tal-kapaċità ta’ trażmissjoni ta’ interkonnettur bejn is-Slovakkja u l-Ungerija

6.8

Ir-raggruppament tal-iżvilupp u t-tisħiħ tal-infrastruttura li jiffaċilitaw il-Balkan Gas Hub, inklużi l-PCIs li ġejjin:

6.8.1

L-interkonnessjoni bejn il-Greċja — il-Bulgarija [attwalment magħrufa bħala “IGB”] bejn Komotini (EL) u Stara Zagora (BG) u l-istazzjon tal-kompressur f’Kipi (EL)

6.8.2

Ir-riabilitazzjoni, il-modernizzazzjoni u l-espansjoni tas-sistema tat-trażmissjoni Bulgara

6.8.3

L-interkonnessjoni tal-gass bejn il-Bulgarija — is-Serbja [attwalment magħrufa bħala “IBS”]

6.20

Iż-żieda fil-kapaċità tal-ħżin tar-raggruppament fix-Xlokk tal-Ewropa, inklużi wieħed jew aktar minn dawn il-PCIs li ġejjin:

6.20.2

L-espansjoni tal-UGS f’Chiren (BG)

6.20.3

Il-faċilità tal-UGS fin-Nofsinhar ta’ Kavala u l-istazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni (EL)

u wieħed mill-PCIs li ġejjin:

6.20.4

Il-ħżin tal-gass ta’ Depomures fir-Rumanija

6.20.7

Il-ħżin tal-gass ta’ taħt l-art ta’ Bilciuresti

6.24

Iż-żieda fil-kapaċità bejn ir-Rumanija u l-Ungerija (attwalment magħrufa bħala “ROHU/BRUA”) biex tippermetti l-kapaċità bidirezzjonali ta’ 4,4 bcm/a, u li tinkludi riżorsi ġodda mill-Baħar l-Iswed:

6.24.4

ROHU/BRUA – it-tieni fażi, inkluż:

—

L-espansjoni tal-kapaċità tat-trażmissjoni fir-Rumanija minn Recas sa Horia lejn l-Ungerija sa 4,4 bcm/a u l-espansjoni tal-istazzjonijiet tal-kompressuri f’Podisor, Bibesti u Jupa

—

Il-Pipeline tal-kosta tal-Baħar l-Iswed — Podișor (RO) għall-akkwiżizzjoni tal-gass tal-Baħar l-Iswed

—

Il-fluss fid-direzzjoni opposta bejn ir-Rumanija u l-Ungerija: Sezzjoni Ungeriża, l-istazzjon tal-kompressur tat-tieni stadju f’Csanádpalota (HU)

6.26

6.26.1

Ir-raggruppament tal-Kroazja — is-Slovenja f’Rogatec, inkluż:

—

L-interkonnessjoni bejn il-Kroazja — is-Slovenja (Lučko — Zabok — Rogatec)

—

L-istazzjon tal-kompressur ta’ Kidričevo, it-tieni fażi tal-ammeljorament (SI)

—

L-ammeljorament tal-interkonnessjoni ta’ Rogatec

6.27

LNG Gdansk (PL)

(7)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar” (“SGC”)

Nru.

Definizzjoni

7.3

Ir-raggruppament ta’ PCIs tal-infrastruttura biex jinġieb gass ġdid mir-riżervi tal-gass tal-Lvant tal-Mediterran, inkluż:

7.3.1

Pipeline mir-riżervi tal-gass tal-Lvant tal-Mediterran lejn il-Greċja kontinentali li jgħaddi minn Ċipru u minn Kreta [attwalment magħruf bħala “EastMed Pipeline”], bi stazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni f’Megalopoli

u l-PCIs li ġejjin dipendenti minnu:

7.3.3

Pipeline tal-gass li jikkollega l-Greċja u l-Italja [attwalment magħruf bħala “Poseidon Pipeline”]

7.3.4

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni interna fl-Italja, inkluż it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni interna Nofsinhar-Tramuntana [attwalment magħrufa bħala “Adriatica Line”] u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni interna fir-reġjun tal-Puglia [Matagiola — Massafra pipeline]

7.5

L-iżvilupp tal-infrastruttura tal-gass f’Ċipru [attwalment magħruf bħala “Cyprus Gas2EU”]

(8)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-Gass” (“BEMIP Gas”)

Nru.

Definizzjoni

8.2

L-ammeljorament tal-infrastruttura ta’ raggruppament fir-reġjun tal-Lvant tal-Baħar Baltiku, inklużi l-PCIs li ġejjin:

8.2.1

It-titjib tal-interkonnessjoni l-Latvja — il-Litwanja

8.2.4

It-titjib tal-Ħżin tal-Gass Taħt l-Art ta’ Inčukalns (LV)

8.3

Ir-raggruppament tal-infrastruttura, inkluż il-PCIs li ġejjin [attwalment magħrufin bħala “Baltic Pipe”]:

8.3.1

It-tisħiħ tal-interkonnessjoni Nybro — il-Polonja/id-Danimarka

8.3.2

L-interkonnessjoni bejn il-Polonja — id-Danimarka

(9)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa” (“OSC”)

L-ebda proġett taż-żejt ma ġie sottomess għal-lista tal-Proġetti ta’ Interess Komuni.

(10)   Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Implimentazzjoni tal-Grilji Intelliġenti”

Nru.

Definizzjoni

10.4

ACON (CZ, SK) (Again COnnected Networks) irawwem l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku Ċeki u Slovakki billi jżid l-effiċjenza tan-networks ta’ distribuzzjoni filwaqt li jżid il-kapaċità transfruntiera fil-livell ta’ DSO.

10.7

Danube InGrid (HU, SK) itejjeb il-koordinazzjoni transfruntiera tal-ġestjoni tan-network tal-elettriku, b’enfasi fuq il-ġbir u l-iskambju ta’ data aktar intelliġenti

10.10

CARMEN (HU, RO) itejjeb l-effiċjenza operattiva u l-kwalità tas-servizz tan-network ta’ distribuzzjoni u jippermetti flussi tal-elettriku siguri mill-ġenerazzjoni rinnovabbli ġdida.

10.11

Gabreta (CZ, DE) itejjeb l-ottimizzazzjoni tas-sistema billi jikseb u jiskambja l-informazzjoni f’ħin reali, itejjeb il-kejl u l-monitoraġġ tal-grilja u jżid il-flessibbiltà u l-kapaċità ta’ ospitar għall-ġenerazzjoni rinnovabbli.

10.12

Green Switch (AT, HR, SI) jottimizza l-użu tal-infrastruttura eżistenti u jintegra b’mod effiċjenti teknoloġiji ġodda biex tiżdied il-kapaċità ta’ ospitar, l-integrazzjoni effiċjenti ta’ tagħbijiet ġodda u jtejjeb il-kwalità u s-sigurtà tal-provvista.

(11)   Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Awtostradi tal-Elettriku”

L-ebda proġett ma ġie ttikkettat darbtejn bħala Proġett ta’ Interess Komuni tal-awtostradi tal-elettriku.

(12)   Qasam Tematiku ta’ Prijorità tan-Network Transfruntier tad-Diossidu tal-Karbonju

Nru.

Definizzjoni

12.3

CO2 TransPorts għandu l-għan li jistabbilixxi infrastruttura li tiffaċilita l-qbid, it-trasport u l-ħżin fuq skala kbira ta’ CO2 minn Rotterdam, Antwerp u l-Port tal-Baħar tat-Tramuntana

12.4

Il-proġett Northern Lights — proġett kummerċjali ta’ konnessjoni ta’ trasport transfruntiera tad-CO2 bejn diversi inizjattivi ta’ qbid Ewropej (ir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Belġju, in-Netherlands, Franza, l-Iżvezja) u t-trasport tad-CO2 maqbud bil-vapur għal sit ta’ ħżin fuq il-blata kontinentali Norveġiża

12.5

Il-proġett Athos jipproponi infrastruttura għat-trasport tad-CO2 minn żoni industrijali fin-Netherlands u huwa miftuħ għall-idea li jirċievi CO2 addizzjonali minn oħrajn, bħall-Irlanda u l-Ġermanja li qed jiżviluppaw struttura ta’ trasport ta’ volum għoli interoperabbli transfruntiera u ta’ aċċess miftuħ.

12.7

Aramis – proġett transfruntier tat-trasport u l-ħżin tad-CO2 (il-konsum mill-emittenti fiż-żona tal-port ta’ Rotterdam u l-ħżin fil-post fuq il-blata kontinentali Olandiża)

12.8

Dartagnan - HUB multimodali ta’ esportazzjoni tad-CO2 minn Dunkirk u ż-żona interna tagħha (emittenti mir-raggruppament industrijali taż-żona ta’ Dunkirk, Franza bi ħżin fit-territorji tal-pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana, fejn disponibbli)

12.9

L-interkonnettur tas-CCS bejn il-Polonja u l-UE (emittenti mir-raggruppament industrijali fiż-żona madwar Gdansk, il-Polonja bi ħżin fit-territorji tal-pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana, fejn disponibbli)

C.   LISTI TAL-“PROĠETTI LI MA GĦADHOMX JITQIESU PCIS” U TAL-“PROĠETTI LI SARU PARTI INTEGRALI MINN PCIS OĦRA”

(1)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

1.1.1

1.1.2

1.1.3

1.2

1.3.1

1.3.2

1.4.1

1.4.2

1.4.3

1.5

1.7.1

1.7.2

1.7.3

1.7.4

1.7.5

1.8

1.9.1

1.9.2

1.9.3

1.9.4

1.9.5

1.9.6

1.10.1

1.10.2

1.11.1

1.11.2

1.11.3

1.11.4

1.12.1

1.12.2

1.12.3

1.12.4

1.12.5

1.13

1.14

1.15

1.16

1.17

1.18

1.20

(2)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

2.1

2.2.1

2.2.2

2.2.3

2.3.1

2.3.2

2.5.1

2.5.2

2.6

2.8

2.11.1

2.11.2

2.11.3

2.12

2.13.1

2.13.2

2.14

2.15.1

2.15.2

2.15.3

2.15.4

2.16.2

2.19

2.20

2.21

2.22

2.24

2.25.1

2.25.2

2.26

2.28.3

2.28.4


Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru ta’ PCI li fih il-proġett issa ġie integrat

2.1

3.1.4

(3)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

3.1.3

3.2.1

3.2.3

3.3

3.4

3.5.1

3.5.2

3.6.1

3.6.2

3.7

3.8

3.9

3.11.5

3.13

3.14.1

3.15.1

3.15.2

3.16

3.17

3.18.1

3.18.2

3.19.2

3.19.3

3.20.1

3.20.2

3.21

3.23

3.25

3.26


Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru ta’ PCI li fih il-proġett issa ġie integrat

3.27

2.33

(4)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija” (“BEMIP Electricity”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

4.1

4.2

4.4.1

4.5.1

4.5.3

4.5.4

4.5.5

4.7

4.8.6

4.8.11

4.8.12

4.8.17


Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru ta’ PCI li fih il-proġett issa ġie integrat

4.3

4.8.9

4.9

4.8.9

(5)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Gas”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

5.1.1

5.1.2

5.1.3

5.2

5.3

5.4.1

5.4.2

5.5.1

5.5.2

5.6

5.7.1

5.7.2

5.9

5.12

5.13

5.14

5.15.1

5.15.2

5.15.3

5.15.4

5.15.5

5.16

5.17.1

5.17.2

5.18

5.20

5.21


Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru ta’ PCI li fih il-proġett issa ġie integrat

5.8.1

5.5.2

5.8.2

5.5.2

(6)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u fl-Ewropa tax-Xlokk” (“NSI East Gas”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

6.2.1

6.2.2

6.3

6.5.1

6.5.3

6.5.4

6.5.5

6.7

6.8.3

6.9.1

6.9.2

6.9.3

6.11

6.12

6.16

6.17

6.19

6.20.1

6.20.5

6.20.6

6.21

6.22.1

6.22.2

6.23

6.24.1

6.25.2


Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru ta’ PCI li fih il-proġett issa ġie integrat

6.1.1

6.2.10

6.1.2

6.2.11

6.1.3

6.2.11

6.1.4

6.2.11

6.1.5

6.2.11

6.1.6

6.2.11

6.1.7

6.2.11

6.1.8

6.2.2

6.1.9

6.2.11

6.1.10

6.2.2

6.1.11

6.2.2

6.1.12

6.2.12

6.2.3

6.2.2

6.2.4

6.2.2

6.2.5

6.2.2

6.2.6

6.2.2

6.2.7

6.2.2

6.2.8

6.2.2

6.2.9

6.2.2

6.5.2

6.5.6

6.6

6.26.1

6.8.4

6.25.4

6.13.1

6.24.4

6.13.2

6.24.4

6.13.3

6.24.4

6.14

6.24.1

6.15.1

6.24.10

6.15.2

6.24.10

6.18

7.3.4

6.24.2

6.24.1

6.24.3

6.24.1

6.24.5

6.24.4

6.24.6

6.24.4

6.24.7

6.24.4

6.24.8

6.24.4

6.24.9

6.24.4

6.25.3

6.24.10

6.26.2

6.26.1

6.26.3

6.26.1

6.26.4

6.26.1

6.26.5

6.26.1

6.26.6

6.26.1

(7)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar” (“SGC”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

7.1.1

7.1.2

7.1.3

7.1.5

7.1.7

7.2.1

7.2.2

7.2.3

7.4.1

7.4.2


Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

Numru ta’ PCI li fih il-proġett issa ġie integrat

7.1.6

7.1.3

7.1.4

7.3.3

7.3.2

7.5

(8)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-Gass” (“BEMIP Gas”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

8.1.2.1

8.1.2.2

8.1.2.3

8.1.2.4

8.2.3

8.4

8.5

8.6

8.8

(9)   Il-Kuritur ta’ Prijorità “Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa” (“OSC”)

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

9.1

9.2

9.3

9.4

9.5

9.6

(10)   Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Implimentazzjoni tal-Grilji Intelliġenti”

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

10.1

10.2

10.3

10.5

10.6

10.8

10.9

(11)   Iż-Żona Tematika ta’ Prijorità “Awtostradi tal-Elettriku”

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

1.3

1.5

1.6

1.7

1.8

1.10

1.14

1.15

1.16

1.20

2.13

(12)   Qasam Tematiku ta’ Prijorità tan-Network Transfruntier tad-Diossidu tal-Karbonju

Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

12.1

12.2

12.6

”