<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-237/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CC0237</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:574">EU:C:2022:574</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Richard de la Tour – Kawża C‑237/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Generalstaatsanwaltschaft München (Talba għall-estradizzjoni lejn il-Bosnja‑Ħerzegovina)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Richard de la Tour</HT></P><P>ippreżentati fl‑14 ta’ Lulju 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑237/21</HT></P><P>Generalstaatsanwaltschaft München</P><P>fil-preżenza ta’</P><P>S.M.</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ München, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadinanza tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 18 u 21 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal estradizzjoni mressqa minn Stat terz fir-rigward ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija</KEYWORD><KEYWORD>Stat Membru rikjest li jipprojbixxi l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjoni għall-moviment liberu</KEYWORD><KEYWORD>Ġustifikazzjoni bil-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità tal-persuni li wettqu reat</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ estradizzjoni skont konvenzjoni internazzjonali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 21 TFUE. Hija tressqet fil-kuntest ta’ talba għal estradizzjoni indirizzata mill-awtoritajiet tal-Bosnja‑Ħerzegovina lill-awtoritajiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja fir-rigward ta’ S.M., ċittadin Serb, tal-Bosnja‑Ħerzegovina u Kroat, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba taqa’ fil-kuntest tal-ġurisprudenza mibdija mis-sentenza tas‑6 ta’ Settembru 2016, Petruhhin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>C‑182/15, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Petruhhin<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:630">EU:C:2016:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, dwar l-estradizzjoni, lejn Stati terzi, ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea li eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu fi Stati Membri oħra tal-Unjoni minbarra f’dawk li tagħhom għandhom in-nazzjonalità, meta f’dawn l-Istati Membri teżisti regola li tipprojbixxi l-estradizzjoni taċ-ċittadini tagħhom stess barra mill-Unjoni. Huwa possibbli li ssir distinzjoni fost il-kawżi li ġew sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja bejn, minn naħa, dawk relatati ma’ talba għal estradizzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali, li taw lok għas-sentenza Petruhhin u għas-sentenzi tal‑10 ta’ April 2018, Piscotti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>C‑191/16, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Piscotti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:222">EU:C:2018:222</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, tat‑2 ta’ April 2020, Ruska Federacija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>C‑897/19 PPU, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ruska Federacija<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:262">EU:C:2020:262</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, tas‑17 ta’ Diċembru 2020, Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>C‑398/19, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenza Generalstaatsanwaltschaft <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina)<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1032">EU:C:2020:1032</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, kif ukoll<?PAGE NO="2"?> għad-digriet tas‑6 ta’ Settembru 2017, Peter Schotthöfer &amp; Florian Steiner<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑473/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:633">EU:C:2017:633</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, u min-naħa l-oħra, dik li tirrigwardaw talba għal estradizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena, li tat lok għas-sentenza tat‑13 ta’ Novembru 2018, Raugevicius<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>C‑247/17, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Raugevicius<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:898">EU:C:2018:898</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Permezz ta’ din il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja applikat fil-qasam tal-estradizzjoni dak li ddeċidiet fis-sentenza tagħha tal‑20 ta’ Settembru 2001, Grzelczyk<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑184/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:458">EU:C:2001:458</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, jiġifieri li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ċ-ċittadinanza ta’ l-Unjoni hija intiża sabiex tkun l-istat fundamentali taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, u tippermetti lil dawk li jkunu fl-istess sitwazzjoni jingħataw, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom u bla ħsara għall-eċċezzjonijiet espressament previsti f’dan ir-rigward, l-istess trattament ġuridiku<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Punt 31 ta’ din is-sentenza.</P></NOTE>. Dan wassal lill-Qorti tal-Ġustizzja teħtieġ li Stat Membru li ma jawtorizzax l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess jivverifika l-eżistenza ta’ miżuri alternattivi għall-estradizzjoni meta tiġi indirizzata lilu talba għal estradizzjoni minn Stat terz li tirrigwarda ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li jkun uża d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Permezz tat-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tikseb mill-Qorti tal-Ġustizzja kjarifiki dwar kif għandha tinftiehem is-sentenza Raugevicius kif ukoll dwar kif din is-sentenza għandha tiġi rrikonċiljata mal-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, iffirmata f’Pariġi fit‑13 ta’ Diċembru 1957<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>F’din l-aħħar sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-preżenza ta’ talba għal estradizzjoni, imressqa minn Stat terz, ta’ ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, mhux għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni, iżda tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija, l-Istat Membru rikjest, li d-dritt nazzjonali tiegħu jipprojbixxi l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess barra mill-Unjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena u li jipprevedi l-possibbiltà li tali piena mogħtija barra mill-pajjiż tiġi skontata fit-territorju tiegħu, għandu l-obbligu li jiżgura li dan iċ-ċittadin tal-Unjoni, fil-mument li dan iċ-ċittadin jirrisjedi b’mod permanenti fit-territorju tiegħu, jirċievi trattament identiku għal dak mogħti liċ-ċittadini tiegħu fil-qasam tal-estradizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenza Raugevicius (punt 50 u d-dispożittiv).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li fil-kawża li tat lok għas-sentenza Raugevicius, l-Istat Membru rikjest, jiġifieri il-Finlandja, kienet għamlet dikjarazzjoni fil-kuntest tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni li tippermettilha li tirrifjuta l-estradizzjoni mhux biss taċ-ċittadini tagħha stess, iżda wkoll ta’ ċittadini ta’ Stati oħra li jirrisjedu fit-territorju tagħha. Bid-differenza għar-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għamlet dikjarazzjoni li tillimita t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, fis-sens ta’ din il-konvenzjoni, għaċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru biss. Hija din id-differenza fil-kuntest li tqajjem il-mistoqsija tal-qorti tar-rinviju dwar l-applikazzjoni f’din il-kawża tas-soluzzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Raugevicius, sa fejn, fid-dawl tal-portata limitata tad-dikjarazzjoni magħmula mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, rifjut minn dan l-Istat Membru li jestradixxi ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li jirrisjedi b’mod permanenti fit-territorju tiegħu jista’ jidħol f’kunflitt ma’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta lil din id-domanda, f’dawn il-konklużjonijiet ser nispjega r-raġunijiet li għalihom inqis li s-sentenza Raugevicius ma għandhiex tinftiehem bħala li timponi fuq l-Istat Membru rikjest li jirrifjuta b’mod awtomatiku u assolut l-estradizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li jirrisjedi b’mod permanenti fit-territorju tiegħu, b’kontradizzjoni ma’ dak li timponi fuqu l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni. Fil-fatt, dak li ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza jimplika pjuttost, fil-fehma tiegħi, li l-Istat Membru rikjest għandu, skont l-Artikoli 18 u 21 TFUE, jistabbilixxi b’mod attiv jekk teżistix miżura alternattiva għall-estradizzjoni, li tippreġudika inqas l-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza li minnu jibbenefika ċ-ċittadin tal-Unjoni suġġett ta’ talba għal estradizzjoni. Ladarba, minkejja l-passi meħuda mill-Istat Membru rikjest mal-Istat terz rikjedenti, ma tistax tinstab miżura alternattiva għall-estradizzjoni, dawn l-istess artikoli ma jistgħux, fil-fehma tiegħi, jiġu interpretati bħala li jipprekludu lill-Istat Membru rikjest milli jipproċedi bl-estradizzjoni ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Konvenzjoni Ewropea dwar l‑Estradizzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-partijiet kontraenti għandhom jikkonsenjaw lil xulxin, skont ir-regoli u taħt il-kundizzjonijiet iddeterminati mill-artikoli segwenti, l-individwi suġġetti ta’ proċeduri minħabba reat jew rikjesta għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena jew miżura ta’ sigurtà mill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-parti rikjedenti.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 ta’ din il-konvenzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Estradizzjoni ta’ ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Kull parti kontraenti għandha l-fakultà li tirrifjuta l-estradizzjoni taċ-ċittadini tagħha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Kull parti kontraenti tista’, permezz ta’ dikjarazzjoni magħmula fil-mument tal-iffirmar jew tal-preżentazzjoni tal-istrument ta’ rettifika jew adeżjoni tagħha, tiddefinixxi, għal dak li jirrigwardaha, it-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> fis-sens ta’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Waqt il-preżentazzjoni tal-istrument ta’ ratifika, fit‑2 ta’ Ottubru 1976, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għamlet dikjarazzjoni fis-sens tal-Artikolu 6 tal-imsemmija konvenzjoni, fit-termini segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-estradizzjoni ta’ ċittadini Ġermaniżi, mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lejn pajjiż barrani, hija prekluża mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(2) [tal-Grundgesetz für die Bundesrepublik Deutschland (il-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>BGBl 1949 I, p. 1, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</P></NOTE>, tat‑23 ta’ Mejju 1949] u għalhekk għandha tkun irrifjutata fil-każijiet kollha.</ALINEA><ALINEA>It-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1)[(b)] tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, jinkludi l-Ġermaniżi kollha fis-sens tal-Artikolu 116(1) tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ġermaniż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑Liġi Fundamentali tar‑Repubblika Federali tal‑Ġermanja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(2) tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Ebda Ġermaniż ma jista’ jiġi estradit lejn pajjiż barrani. Regola derogatorja tista’ tiġi stabbilita b’liġi għall-estradizzjoni lejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew lejn qorti internazzjonali sakemm il-prinċipji tal-Istat tad-dritt ikunu ggarantiti.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 116(1) tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>It-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Ġermaniż<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> fis-sens ta’ din il-liġi fundamentali, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni legali kuntrarja, ifisser kull min għandu ċittadinanza Ġermaniża jew li, bħala refuġjat jew persuna spostata li tappartjeni lill-poplu Ġermaniż jew bħala konjuġi jew dixxendent ta’ din tal-aħħar, ġiet aċċettata fit-territorju tal-Istat Ġermaniż skont il-fruntieri tiegħu tal‑31 ta’ Diċembru 1937.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑Liġi dwar l‑Assistenza Ġudizzjarja Internazzjonali fil‑Qasam Kriminali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-Gesetz über die internationale Rechtshilfe in Strafsachen (il-Liġi dwar l-Assistenza Ġudizzjarja Internazzjonali fil-Qasam Kriminali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>BGBl. 1982 I, p. 2071.</P></NOTE>, tat‑23 ta’ Diċembru 1982, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Fil-verżjoni ppubblikata fis‑27 ta’ Ġunju 1994 (BGBI. 1994 I, p. 1537), emendata fl-aħħar lok bl-Artikolu 1 tal-Liġi tat‑23 ta’ Novembru 2020 (BGBl. 2020 I, p. 2474), iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>IRG<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</P></NOTE>, tinkludi dispożizzjonijiet dwar l-assistenza ġudizzjarja għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi barranin fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 48 tal-IRG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-assistenza ġudizzjarja tista’ tiġi pprovduta fil-kuntest ta’ proċedura kriminali taħt il-forma tal-eżekuzzjoni ta’ piena jew ta’ kwalunkwe sanzjoni oħra imposta f’pajjiż barrani permezz ta’ sentenza definittiva […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 57(1) tal-IRG, l-eżekuzzjoni fil-Ġermanja tal-piena mogħtija f’sentenza barranija tista’ titwettaq biss jekk u sa fejn l-Istat li jagħti l-kundanna jagħti l-kunsens tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti tal‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil‑5 ta’ Novembru 2020, abbażi tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, l-awtoritajiet tal-Bosnja-Ħerzegovina talbu lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja testradixxi lil S.M. għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija ta’ sitt xhur imposta minħabba korruzzjoni minn sentenza tal-Qorti Muniċipali ta’ Bosanska Krupa (il-Bosnja‑Ħerzegovina), tal‑24 ta’ Marzu 2017. Il-qorti tar-rinviju tindika li l-awtoritajiet Kroati ġew informati mill-awtoritajiet Ġermaniżi b’din it-talba.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>S.M. huwa ċittadin Serb, tal-Bosnja‑Ħerzegovina u Kroat li ilu jgħix fil-Ġermanja mal-mara tiegħu sa mill‑2017. Ilu jaħdem hemm sa mit‑22 ta’ Mejju 2020 u nħeles wara li kien tqiegħed taħt arrest għal estradizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-Generalstaatsanwaltschaft München (l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ta’ München, il-Ġermanja) talab, billi rrefera għas-sentenza Raugevicius, li l-estradizzjoni ta’ S.M. tiġi ddikjarata inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-fondatezza ta’ din it-talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ta’ München tiddependi fuq il-punt dwar jekk l-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni anki jekk, fid-dawl tat-trattati internazzjonali, l-Istat Membru rikjest għandu jipproċedi bl-estradizzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis li din il-kwistjoni ma ngħatatx tweġiba fis-sentenza Raugevicius, peress li fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, l-Istat Membru rikjest, jiġifieri r-Repubblika tal-Finlandja, kellha d-dritt, fir-rigward tal-Istati terzi, f’dan il-każ il-Federazzjoni Russa, li ma testradixxix il-persuna mfittxija. Fil-fatt, ir-Repubblika tal-Finlandja kellha, kif jipprovdi l-Artikolu 6(1)(a) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, il-fakultà li tirrifjuta l-estradizzjoni taċ-ċittadini tagħha. Skont il-possibbiltà miftuħa mill-Artikolu 6(1)(b) ta’ din il-konvenzjoni, dan l-Istat Membru kien għażel li jiddefinixxi, fid-dikjarazzjoni ta’ adeżjoni tiegħu tat‑12 ta’ Mejju 1971, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-imsemmija konvenzjoni, bħala li jfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>iċ-ċittadini tal-Finlandja, tad-Danimarka, tal-Islanda, tan-Norveġja u tal-Isvezja kif ukoll il-barranin iddomiċiljati f’dawn l-Istati<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Peress li l-persuna mfittxija kienet taqa’ taħt din id-definizzjoni, ir-Repubblika tal-Finlandja setgħet tirrifjuta li testradixxi lil din il-persuna mingħajr ma tikser l-obbligi tagħha li jirriżultaw mit-trattati internazzjonali fir-rigward tal-Istati terzi li għamlu t-talba għal estradizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Issa, il-qorti tar-rinviju għandha quddiemha sitwazzjoni differenti fir-rigward tad-dritt internazzjonali. Fil-fatt, skont il-possibbiltà miftuħa mill-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, waqt il-preżentazzjoni tal-istrument ta’ ratifika tagħha tat‑2 ta’ Ottubru 1976, għamlet dikjarazzjoni li tillimita t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> għall-persuni li għandhom iċ-ċittadinanza Ġermaniża biss, mingħajr ma estendietu għall-persuni li għandhom ir-residenza permanenti tagħhom fit-territorju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Din il-qorti żżid li l-kundizzjonijiet previsti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni għall-finijiet tal-estradizzjoni ta’ S.M. huma ssodisfatti u ma jeżistix ostakolu għal din l-estradizzjoni. B’mod partikolari, l-imsemmija estradizzjoni u l-atti li fuqha hija bbażata josservaw ir-regoli minimi tad-dritt internazzjonali applikabbli fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u ma jiksrux il-prinċipji kostituzzjonali imperattivi jew il-livell imperattiv ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Madankollu, l-imsemmija qorti għandha dubji dwar jekk l-Artikoli 18 u 21 TFUE jimponux li S.M. ma jiġix estradit lejn il-Bosnja‑Ħerzegovina, peress li din il-persuna ma taqax fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, u għalhekk jekk huwiex possibbli li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tapplika s-soluzzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Raugevicius mingħajr ma tikser l-obbligi tagħha li jirriżultaw minn din il-konvenzjoni fir-rigward tal-Bosnja‑Ħerzegovina.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża wkoll li eżekuzzjoni fil-Ġermanja tal-piena ta’ priġunerija mogħtija mill-Qorti Muniċipali ta’ Bosanska Krupa (il-Bosnja‑Ħerzegovina) hija possibbli. Peress li S.M. diġà jinsab fit-territorju Ġermaniż, il-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kundannati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kundannati, miftuħa għall-firem fil‑21 ta’ Marzu 1983 fi Strasbourg, STE Nru 112.</P></NOTE>, li kienet irratifikata kemm mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kif ukoll mill-Bosnja‑Ħerzegovina, ma hijiex rilevanti. Għalhekk, din l-eżekuzzjoni hija rregolata mill-Artikoli 48 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tal-IRG u ma teħtieġx la li l-persuna kkonċernata tkun ċittadina Ġermaniża u lanqas li hija tagħti l-kunsens tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-Artikolu 57(1) tal-IRG, l-eżekuzzjoni fil-Ġermanja tal-piena ta’ priġunerija mogħtija mill-Qorti Muniċipali ta’ Bosanska Krupa (il-Bosnja‑Ħerzegovina) hija possibbli biss jekk u sa fejn l-Istat terz tal-kundanna jagħti l-kunsens tiegħu. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li dan ma huwiex il-każ, tal-inqas attwalment, peress li l-awtoritajiet tal-Bosnja‑Ħerzegovina talbu l-estradizzjoni ta’ S.M. u mhux li l-awtoritajiet Ġermaniżi jieħdu r-responsabbiltà tal-eżekuzzjoni tal-piena mogħtija fil-konfront ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberlandesgericht München (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ München, il-Ġermanja), iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Il-prinċipji stabbiliti fis-[sentenza Raugevicius] dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 18 u 21 TFUE, jeżiġu li talba mressqa minn Stat terz għall-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena, abbażi tal-[Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni], tiġi miċħuda anki fil-każ li l-Istat Membru rikjest ikun marbut jestradixxi ċ-ċittadin tal-Unjoni abbażi ta’ din il-konvenzjoni fid-dawl tat-trattati internazzjonali, peress li jkun iddefinixxa t-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> fl-Artikolu 6(1)(b) tal-[imsemmija] Konvenzjoni fis-sens li jirreferi għaċ-ċittadini tiegħu u mhux ukoll għal ċittadini oħra tal-Unjoni?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol, Kroat, Litwan u Pollakk u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Inżammet seduta fis‑26 ta’ April 2022, li matulha nstemgħu l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali ta’ München, il-Gvern Ġermaniż, Ċek u Spanjol kif ukoll il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiża l-portata tas-sentenza tagħha Raugevicius f’sitwazzjoni fejn l-assenza ta’ estradizzjoni tal-persuna mitluba tkun, skont din l-istess qorti, kontradittorja għall-obbligu li l-Istat Membru rikjest għandu, skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, li jestradixxi lil din il-persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Din il-mistoqsija hija fil-parti l-kbira marbuta mad-differenza tal-kuntest bejn il-kawża li tat lok għas-sentenza Raugevicius u din il-kawża għal dak li jirrigwarda l-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni. Kif indikajt preċedentement, din id-differenza tirrigwarda d-definizzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens ta’ din il-konvenzjoni, li hija iktar restrittiva fil-kuntest ta’ din il-kawża, peress li hija limitata biss għall-persuni li għandhom ċittadinanza Ġermaniża, skont id-dikjarazzjoni magħmula mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, skont l-Artikolu 6(1)(b) tal-imsemmija konvenzjoni. Għalhekk, bid-differenza għal<?PAGE NO="7"?> dak li kien il-każ fil-kawża li tat lok għas-sentenza Raugevicius, rifjut tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li testradixxi lil S.M. lejn il-Bosnja‑Ħerzegovina jista’ jkun kontradittorju għall-obbligi li l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni timponi fuq dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, sabiex tingħata tweġiba għal talba għal estradizzjoni mressqa minn Stat terz għall-eżekuzzjoni ta’ piena mogħtija f’dan l-Istat, iċ-ċittadini ta’ Stat Membru minbarra dawk tal-Istat Membru rikjest għandhom jibbenefikaw mir-regola li tipprojbixxi l-estradizzjoni minn dan tal-aħħar taċ-ċittadini tiegħu stess, u dan minkejja l-obbligu ta’ estradizzjoni li l-Istat Membru rikjest għandu skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Minkejja li l-mistoqsija ta’ din il-qorti titlaq mill-premessa li tista’ teżisti inkompatibbiltà bejn il-ġurisprudenza stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-estradizzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni li użaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu fi Stat Membru minbarra dak li tiegħu għandhom iċ-ċittadinanza u d-dikjarazzjoni magħmula mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, li tipprovdi li ċ-ċittadini Ġermaniżi biss jibbenefikaw mill-protezzjoni kontra l-estradizzjoni, ser nuri, għall-kuntrarju, li ma teżisti ebda kontradizzjoni f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, ser infakkar kif il-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li tippermetti li ċ-ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu jista’ jkun protett mill-estradizzjoni lejn Stat terz, ma stabbilixxietx dritt awtomatiku u assolut, għal dan iċ-ċittadin, li ma jiġix estradit ’il barra mit-territorju tal-Unjoni, iżda pjuttost stabbilixxiet obbligu, għall-Istat Membru rikjest, li jistabbilixxi b’mod attiv l-eżistenza ta’ miżura alternattiva għall-estradizzjoni, li tippreġudika inqas l-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza li minnu jibbenefika l-imsemmi ċittadin meta dan ikun suġġett ta’ talba għal estradizzjoni. Ser nikkonkludi li l-partikolarità tad-dritt konvenzjonali, kif jirriżulta miċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, ma tqigħedx lill-Istat Membru rikjest f’inkonsistenza la fir-rigward tal-obbligu li jestradixxi lill-persuna kkundannata skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni u lanqas fir-rigward tal-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Artikoli 18 u 21 TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li fis-sentenza tagħha Petruhhin, li tirrigwarda, bħal f’din il-kawża, talba għal estradizzjoni mressqa minn Stat terz li miegħu l-Unjoni ma kkonkludietx ftehim dwar l-estradizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li minkejja li r-regoli fil-qasam ta’ estradizzjoni jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri fl-assenza ta’ tali ftehim, is-sitwazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18 TFUE, moqri flimkien mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, jinkludu, b’mod partikolari, dawk li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri, kif mogħtija mill-Artikolu 21 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Petruhhin (punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll is-sentenza Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina) (punt 28).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li ċittadin ta’ Stat Membru, li għandu l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni, li juża d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu u li jirrisjedi legalment fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Extradizzjoni lejn l-Ukraina) (punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Għalhekk, minħabba l-kwalità tiegħu ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru b’residenza<?PAGE NO="8"?> fi Stat Membru ieħor għandu d-dritt jinvoka l-Artikolu 21(1) TFUE u jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati, fis-sens tal-Artikolu 18 TFUE, li jinkludi l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Extradizzjoni lejn l-Ukraina) (punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni bl-ebda mod ma hija affettwata mill-fatt li l-persuna mitluba għandha wkoll in-nazzjonalità tal-Istat terz li jitlob l-estradizzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Extradizzjoni lejn l-Ukraina) (punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirrizulta li r-regoli nazzjonali ta’ estradizzjoni ta’ Stat Membru li jintroduċu differenza fit-trattament skont jekk il-persuna mitluba tkunx ċittadina ta’ dan l-Istat Membru jew ċittadina ta’ Stat Membru ieħor, sa fejn dawn iwasslu sabiex ma jagħtux liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istat Membru rikjest il-protezzjoni kontra l-estradizzjoni li minnha jgawdu iċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar, jistgħu jaffettwaw id-dritt tal-ewwel ċittadini tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Raugevicius (punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll is-sentenza Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina) (punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Minn dan isegwi li n-nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament li tikkonsisti fil-fatt li tiġi permessa l-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru rikjest, jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri, fis-sens tal-Artikolu 21 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Raugevicius (punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll is-sentenza Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina) (punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, tali restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata biss jekk din tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi u tkun proporzjonata għall-għan leġittimament imfittex mid-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Raugevicius (punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll is-sentenza Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina) (punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet diversi drabi li l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità tal-persuni li wettqu reat għandu jitqies li huwa leġittimu fid-dritt tal-Unjoni u jippermetti li tiġi ġġustifikata miżura restrittiva ta’ libertà fundamentali, bħal dik prevista fl-Artikolu 21 TFUE, bil-kundizzjoni li din il-miżura tkun neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi li tixtieq tiggarantixxi u biss sa fejn dawn l-għanijiet ma jkunux jistgħu jintlaħqu permezz ta’ miżuri inqas restrittivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Raugevicius (punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll is-sentenza Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina) (punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Minkejja li huwa possibbli li ssir distinzjoni fost il-kawżi sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja bejn dawk li jirrigwardaw talba għal estradizzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali u dawk li jirrigwardaw talba għal estradizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena, madankollu, is-sentenzi kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja huma mmarkati minn fattur komuni, jiġifieri l-istabbiliment ta’ obbligu fuq l-Istat Membru rikjest li jivverifika l-eżistenza ta’ miżura alternattiva għall-estradizzjoni, li tippreġudika inqas l-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni mitlub, qabel ma jkun jista’, fin-nuqqas ta’ tali miżura, jipproċedi bl-estradizzjoni ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward ta’ talba għal estradizzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u ta’ assistenza reċiproka li jeżistu fil-qasam kriminali bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni tikkostitwixxi, fi kwalunkwe<?PAGE NO="9"?> każ, miżura alternattiva li tippreġudika inqas id-dritt ta’ moviment liberu mill-estradizzjoni lejn Stat terz li miegħu l-Unjoni ma kkonkludietx ftehim dwar l-estradizzjoni u li tippermetti għalhekk li l-għan tal-ġlieda kontra l-impunità ta’ persuna li tkun wettqet reat kriminali, jintlaħaq b’mod daqstant ieħor effettiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Ruska Federacija (punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li għandu jingħata privileġġ lill-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istat Membru li tiegħu l-persuna mitluba għandha n-nazzjonalità bil-għan, jekk ikun il-każ, li tingħata lill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru l-opportunità li joħorġu mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali. Dan huwa dak li ġie maqbul li jissejjaħ il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>mekkaniżmu Petruhhin<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Għalhekk, meta Stat Membru ieħor, li fih din il-persuna tirrisjedi legalment, jiġi indirizzat talba għal estradizzjoni minn Stat terz, huwa għandu jinforma lill-Istat Membru li tiegħu l-imsemmija persuna għandha n-nazzjonalità, u jekk ikun il-każ, fuq talba tiegħu, jikkonsenjalu lil din l-istess persuna, skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat‑13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="017" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 17, p. 45</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, kif emendata mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas‑26 ta’ Frar 2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>. Ara wkoll, is-sentenza Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina) (punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-possibbiltà li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>mekkaniżmu Petruhhin<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jostakola talba għal estradizzjoni lejn Stat terz billi jagħti prijorità lil mandat ta’ arrest Ewropew ma hijiex ta’ natura awtomatika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Pisciotti (punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja takkumpanja dan il-mekkaniżmu b’ċertu numru ta’ kundizzjonijiet u ta’ limiti intiżi sabiex jiżguraw li l-implimentazzjoni tiegħu ma tippreġudikax l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità ta’ persuni li wettqu reat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, b’mod partikolari, li sabiex jiġi ppreżervat dan l-għan, l-implimentazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>mekkaniżmu Petruhhin<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> tippreżupponi li l-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin tal-Unjoni suġġett ta’ talba għal estradizzjoni huwa ċittadin, ikollu ġurisdizzjoni, skont id-dritt nazzjonali tiegħu, li jressaq proċeduri kriminali kontra din il-persuna għal fatti mwettqa barra mit-territorju nazzjonali tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina) (punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-mandat ta’ arrest Ewropew eventwalment maħruġ mill-Istat Membru li tiegħu l-persuna mitluba għandha n-nazzjonalità, għandu jirrigwarda tal-inqas l-istess fatti bħal dawk li l-imsemmija persuna hija akkużata bihom fit-talba għal estradizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina) (punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għalhekk, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija ggwidata mill-volontà tagħha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>li tevita paradoss, jiġifieri li l-konsolidazzjoni taż-żona kriminali Ewropea tmur id f’id mat-tisħiħ tal-impunità, filwaqt li kif kien enfasizzat fis-sentenza Petruhhin [punti 36 u 37], l-Unjoni toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih il-moviment liberu tal-persuni jkun żgurat, flimkien ma’ miżuri xierqa f’dak li jirrigwarda l-kontrolli tal-fruntieri esterni, kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra dan il-fenomenu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>: ara Lenaerts, K., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>L’extradition d’un citoyen de l’Union européenne vers un pays tiers à l’heure de la consolidation de l’espace pénal européen<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, <HT TYPE="ITALIC">Sa Justice – L’Espace de Liberté, de Sécurité et de Justice – Liber amicorum en hommage à Yves Bot</HT>, Bruylant, Brussell, 2022, p. 383 u 384.</P></NOTE>. Barra minn hekk, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru li tiegħu l-persuna mitluba għandha n-nazzjonalità, ikun informat mill-Istat Membru rikjest bl-elementi kollha ta’ liġi u ta’<?PAGE NO="10"?> fatt ikkomunikati mill-Istat terz rikjedenti fil-kuntest tat-talba għal estradizzjoni, l-assenza ta’ ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew f’terminu raġonevoli mill-ewwel minn dawn l-Istati Membri tista’ tirrendi possibbli l-estradizzjoni ta’ din il-persuna mit-tieni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara b’mod partikolari, is-sentenza Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina) (punti 53 sa 55). Minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li fl-assenza ta’ ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew mill-Istat Membru li tiegħu l-persuna mitluba għandha n-nazzjonalità, l-Istat Membru rikjest jista’ jipproċedi bl-estradizzjoni tagħha, dan madankollu bil-kundizzjoni li jkun ivverifika minn qabel, kif teħtieġ il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li din l-estradizzjoni ma tkunx ser tippreġudika d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (punt 45 ta’ din is-sentenza u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikoli 18 u 21 TFUE ma jipprekludux li l-Istat Membru rikjest jistabbilixxi distinzjoni abbażi ta’ regola ta’ dritt kostituzzjonali bejn iċ-ċittadini tiegħu u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra u li huwa jawtorizza l-estradizzjoni ta’ dawn tal-aħħar għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali, minkejja li ma jippermettix l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu stess, sakemm huwa jkun qiegħed minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu dan iċ-ċittadin tal-Unjoni jkollu n-nazzjonalità f’pożizzjoni li jitolbu l-konsenja ta’ dan iċ-ċittadin fil-kuntest ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u dan l-Istat Membru tal-aħħar ma jkun ħa ebda miżura f’dan is-sens<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara s-sentenza Pisciotti (punt 56).</P></NOTE>. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ħolqitx mekkaniżmu li jippermetti lill-Istat Membru rikjest jirrifjuta, fi kwalunkwe ċirkustanza, li ċ-ċittadin tal-Unjoni, li jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, jiġi estradit lejn Stat terz għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali, iżda żviluppat ir-rekwiżit li dan l-Istat Membru jikkoopera b’mod effettiv mal-Istat Membru ta’ oriġini ta’ dan iċ-ċittadin sabiex dan tal-aħħar jitqiegħed f’pożizzjoni li joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fil-qosor, kif irrileva l-Avukat Ġenerali Tanchev, fis-sentenza Petruhhin, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>id-disponibbiltà ta’ alternattiva li tagħti garanziji kontra l-impunità sal-istess grad jew sa grad simili bħall-estradizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tanchev fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ruska Federacija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑897/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:128">EU:C:2020:128</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, il-protezzjoni kontra l-estradizzjoni li ċittadin tal-Unjoni li eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu u ta’ residenza fl-Istat Membru rikjest jista’ jislet mill-Artikoli 18 u 21 TFUE, tapplika biss sa fejn dan l-Istat Membru jista’ jikkonstata l-eżistenza ta’ miżura alternattiva għall-estradizzjoni li tippermetti li jintlaħaq b’mod daqstant effettiv bħall-estradizzjoni l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità ta’ persuni li wettqu reat. Jekk tali miżura tkun nieqsa, id-dritt tal-Unjoni ma jibqax jipprekludi l-estradizzjoni taċ-ċittadin tal-Unjoni mitlub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-loġika li l-Istat Membru rikjest ifittex l-eżistenza ta’ miżura alternattiva għall-estradizzjoni li tippermetti li jintlaħaq b’mod daqstant effettiv bħall-estradizzjoni l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità tal-persuni li wettqu reat għandha, fil-fehma tiegħi, tkun l-istess meta tkun inkwistjoni talba għal estradizzjoni mhux għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali, iżda għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija. Fil-fehma tiegħi, dan għandu jwassal lill-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiża l-portata tas-sentenza tagħha Raugevicius li, sal-lum, hija l-unika li tirrigwarda talba għal estradizzjoni li tappartjeni lil din l-aħħar kategorija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari juri li l-eżistenza ta’ tensjoni eventwali bejn id-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali hija bbażata fuq qari tas-sentenza Raugevicius li minnu jirriżulta li ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi b’mod permanenti fl-Istat Membru rikjest għandu b’mod awtomatiku u assolut jibbenefika mill-istess protezzjoni kontra l-estradizzjoni bħal dik li minnha jibbenefikaw iċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru. Madankollu, dan il-qari tas-sentenza Raugevicius jidhirli li huwa żbaljat, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ssuġġettat il-protezzjoni kontra l-estradizzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali li għandha tingħata lil<?PAGE NO="11"?> ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi b’mod permanenti fl-Istat Membru rikjest għall-kundizzjoni li dan iċ-ċittadin jista’ jiskonta l-piena tiegħu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, u dan sabiex ma jiġix ippreġudikat l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità tal-persuna mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja telqet mill-konstatazzjoni li, preżunt li D. Raugevicius jista’ jitqies bħala ċittadin barrani li jirrisjedi b’mod permanenti fil-Finlandja, fis-sens tal-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar il-kooperazzjoni internazzjonali fuq l-eżekuzzjoni ta’ ċerti sanzjonijiet kriminali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara s-sentenza Raugevicius (punt 41).</P></NOTE>, minn din il-leġiżlazzjoni jirriżulta li D. Raugevicius jista’ jiskonta fit-territorju Finlandiż il-piena li għaliha kien ikkundannat fir-Russja, sa fejn dan l-aħħar Stat kif ukoll D. Raugevicius innifsu jagħtu l-kunsens tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara s-sentenza Raugevicius (punt 42).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat ukoll li, fid-dawl tal-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità, iċ-ċittadini Finlandiżi, minn naħa, u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jirrisjedu b’mod permanenti fil-Finlandja u li b’hekk juru livell ta’ integrazzjoni ċerta fis-soċjetà ta’ dan l-Istat, min-naħa l-oħra, jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara s-sentenza Raugevicius (punt 46). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ħalliet f’idejn il-qorti tar-rinviju sabiex tivverifika li D. Raugevicius kien jaqa’ f’din il-kategorija ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra. Fil-fehma tiegħi, l-istess għandu japplika fir-rigward tal-punt dwar jekk, f’din il-kawża, S.M. jistax jitqies bħala residenti b’mod permanenti fil-Ġermanja.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Huwa abbażi ta’ dawn il-konstatazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja mbagħad iddeċidiet li l-Artikoli 18 u 21 TFUE jeħtieġu li ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jirrisjedu b’mod permanenti fil-Finlandja u li huma s-suġġett ta’ talba għal estradizzjoni minn Stat terz, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija, jibbenefikaw mir-regola li tipprojbixxi l-estradizzjoni applikata għaċ-ċittadini Finlandiżi, u jkunu jistgħu, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawn tal-aħħar, jiskontaw il-piena tagħhom fit-territorju Finlandiż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara s-sentenza Raugevicius (punt 47).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jirrisjedu b’mod permanenti fil-Finlandja jippreżentaw livell tali ta’ integrazzjoni f’dan l-Istat Membru ta’ akkoljenza li għandhom dritt jibbenefikaw, l-istess bħaċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru, mir-regola li tippermetti lil dawn tal-aħħar jiskontaw il-piena tagħhom mogħtija fi Stat terz fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara Lenaerts, K., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>L’extradition d’un citoyen de l’Union européenne vers un pays tiers à l’heure de la consolidation de l’espace pénal européen<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, <HT TYPE="ITALIC">Sa Justice – L’Espace de Liberté, de Sécurité et de Justice – Liber amicorum en hommage à Yves Bot</HT>, Bruylant, Brussell, 2022, p. 386.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mis-sentenza Raugevicius jirriżulta li meta tkun inkwistjoni talba għal estradizzjoni mressqa minn Stat terz għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija, il-miżura alternattiva għall-estradizzjoni, li tippreġudika inqas l-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza ta’ ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi b’mod permanenti fl-Istat Membru rikjest, tikkonsisti fil-possibbiltà li din il-piena tiġi eżegwita fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru. B’dan il-mod, l-għan li tiġi inċentivata r-reintegrazzjoni soċjali tal-persuni kkundannati wara li l-piena tagħhom tkun ġiet eżegwita jingħaqad mal-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità taċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra minbarra l-Istat Membru rikjest. F’dan ir-rigward, nirrileva li fid-dispożittiv tas-sentenza tagħha Raugevicius, il-Qorti tal-Ġustizzja tissuġġetta l-eżistenza ta’ obbligu tal-Istat Membru rikjest li jiżgura, skont l-Artikoli 18 u 21 TFUE, lil ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi b’mod permanenti fit-territorju tiegħu trattament identiku għal dak mogħti liċ-ċittadini tiegħu stess fil-qasam tal-estradizzjoni, għall-kundizzjoni li dan l-Istat Membru jipprovdi l-possibbiltà li piena ta’ priġunerija mogħtija fi Stat terz tiġi skontata fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara s-sentenza Raugevicius (punt 50 u d-dispożittiv).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Peress li, kif kien il-każ tad-dritt Finlandiż, id-dritt tal-Istat Membru rikjest jissuġġetta l-eżekuzzjoni fit-territorju tiegħu tal-piena ta’ priġunerija mogħtija fl-Istat terz rikjedenti għall-kisba tal-kunsens ta’ dan l-Istat terz, l-eżistenza ta’ miżura alternattiva għall-estradizzjoni tippermetti li jintlaħaq b’mod daqstant effettiv l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità tal-persuni li wettqu reat ma tistax tiġi kkonstatata ħlief bil-kundizzjoni li l-imsemmi Stat terz jagħti effettivament tali kunsens. Is-soluzzjoni sostnuta mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Raugevicius għandha għalhekk, fil-fehma tiegħi, tinftiehem bħala li tinkludi intrinsikament u neċessarjament tali kundizzjoni sabiex l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità tal-persuna mitluba jkun jista’ jintlaħaq b’mod reali u effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, għandu jiġi ppreċiżat li l-Istat Membru rikjest li jipproteġi ċ-ċittadini tiegħu stess kontra l-estradizzjoni ma jistax jibqa’ passiv meta jiġi indirizzat b’talba għal estradizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li tirrigwarda ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi b’mod permanenti fit-territorju tiegħu. Ladarba d-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru jipprovdi l-possibbiltà li piena ta’ priġunerija mogħtija minn Stat terz tiġi skontata fit-territorju tiegħu bil-kundizzjoni li dan l-Istat terz jagħti l-kunsens tiegħu, l-Artikoli 18 u 21 TFUE jimponu lill-Istat Membru rikjest li jfittex b’mod attiv il-kunsens tal-imsemmi Stat terz billi juża għal dan il-għan il-mekkaniżmi kollha ta’ kooperazzjoni u ta’ assistenza fil-qasam kriminali li huwa għandu fil-kuntest tar-relazzjonijiet tiegħu ma’ dan l-istess Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Jekk, minkejja l-implimentazzjoni ta’ dawn il-mekkaniżmi, l-Istat terz rikjedenti ma jagħtix il-kunsens tiegħu sabiex il-piena ta’ priġunerija inkwistjoni tiġi skontata fit-territorju tal-Istat Membru rikjest, l-Artikoli 18 u 21 TFUE ma jipprekludux imbagħad li dan l-Istat Membru jipproċedi bl-estradizzjoni tal-persuna mitluba, b’konformità mal-obbligi li għandu skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Infakkar li dan jippreżupponi li l-Istat Membru rikjest ikun ivverifika preliminarjament li din l-estradizzjoni ma tippreġudikax id-drittijiet previsti fl-Artikolu 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-obbligu li l-Artikoli 18 u 21 TFUE jimponu fuq l-Istat Membru rikjest li jiżgura lil ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi b’mod permanenti fit-territorju tiegħu trattament identiku għal dak li minnu jibbenefikaw iċ-ċittadini tiegħu stess fil-qasam tal-protezzjoni kontra l-estradizzjoni, isib il-limitu tiegħu meta, fin-nuqqas ta’ kunsens min-naħa tal-Istat terz rikjedenti, il-piena ta’ priġunerija li ngħatat minn dan l-Istat terz ma tkunx tista’ tiġi eżegwita fit-territorju tal-Istat Membru rikjest. Id-differenza fit-trattament li tirriżulta bejn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ċittadini hija, f’dan il-każ, iġġustifikata mill-għan tal-ġlieda kontra l-impunità ta’ persuni li wettqu reat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Tali soluzzjoni hija ta’ natura li tevita li l-obbligi li għandu l-Istat Membru rikjest skont id-dritt tal-Unjoni jidħlu f’kunflitt ma’ dawk li dan l-istess Stat Membru għandu skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni. Fil-fatt, fil-każ fejn l-Istat terz rikjedenti jagħti l-kunsens tiegħu sabiex il-piena ta’ priġunerija inkwistjoni tiġi eżegwita fit-territorju tal-Istat Membru rikjest it-talba għal estradizzjoni li huwa jkun għamel taqa’. Fil-każ kuntrarju, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Istat Membru rikjest jipproċedi bl-estradizzjoni tal-persuna mitluba wara li jkun fittex b’mod attiv il-kunsens tal-Istat terz rikjedenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Peress li s-soluzzjoni li nissuġġerixxi donnha hija ta’ natura li tinnewtralizza inkompatibbiltà bejn id-dritt tal-Unjoni u l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, l-Artikolu 351 TFUE, minkejja li kien invokat waqt is-seduta, ma jidhirlix li huwa rilevanti sabiex tingħata risposta għal din id-domanda preliminari.</P></NOTE>. Għalhekk, din is-soluzzjoni tikkontribwixxi sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni internazzjonali effettiva u bbażata fuq rabta ta’ fiduċja mal-Istati terzi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn l-elementi ta’ analiżi li għandu jiġi ddeterminat jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhiex, skont id-dritt tal-Unjoni, tirrifjuta l-estradizzjoni ta’ S.M. lejn il-Bosnja‑Ħerzegovina, minkejja li ma għandhiex il-possibbiltà li tipprekludi tali rifjut lil dan l-Istat terz skont l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-eżekuzzjoni fit-territorju Ġermaniż tal-piena mogħtija fil-Bosnja‑Ħerzegovina fil-konfront ta’ S.M. tidher prevista mid-dritt Ġermaniż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Infakkar li skont il-qorti tar-rinviju, sa fejn S.M diġà jinsab fit-territorju Ġermaniż, il-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment tal-Persuni Kkundannati ma hijiex rilevanti.</P></NOTE>. Fil-fatt, mill-Artikolu 48 u mill-Artikolu 57(1) tal-IRG jirriżulta li piena mogħtija f’pajjiż barrani tista’ tiġi eżegwita fit-territorju Ġermaniż jekk l-Istat terz li fih ingħatat din il-piena jagħti l-kunsens tiegħu. Għalhekk, S.M. jista’ jiskonta fit-territorju Ġermaniż il-piena li għaliha ġie kkundannat fil-Bosnja‑Ħerzegovina, sakemm dan l-aħħar Stat jagħti l-kunsens tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni ta’ miżura alternattiva għall-estradizzjoni, li tippreġudika inqas l-eżerċiżżju tad-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza ta’ S.M., hija għalhekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, ikkundizzjonata mill-kisba tal-kunsens tal-Bosnja‑Ħerzegovina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>L-Artikoli 18 u 21 TFUE jimponu fuq l-awtoritajiet kompetenti l-obbligu li jużaw il-mekkaniżmi kollha ta’ kooperazzjoni u ta’ assistenza fil-qasam kriminali li huma għandhom fil-kuntest tar-relazzjonijiet tagħhom ma’ dan l-Istat terz sabiex jiksbu l-kunsens ta’ dan tal-aħħar sabiex il-piena ta’ priġunerija mogħtija fl-imsemmi Stat terz tiġi eżegwita fit-territorju Ġermaniż. B’hekk, dawn l-awtoritajiet jaġixxu b’mod li jippreġudika inqas l-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza ta’ S.M., filwaqt li jevitaw, sa fejn huwa possibbli, ir-riskju li, fin-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ din il-piena, ir-reat li ta lok għall-kundanna inkwistjoni jibqa’ mhux issanzjonat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Raugevicius</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑247/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:616">EU:C:2018:616</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-imsemmija awtoritajiet jinċentivaw, fl-istess waqt, l-għan ta’ reintegrazzjoni soċjali tal-persuna kkundannata wara li hija tkun eżegwiet il-piena tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Kif diġà rrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-reintegrazzjoni soċjali taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru fejn huwa ġenwinament integrat hija fl-interess mhux biss ta’ dan tal-aħħar, iżda wkoll tal-Unjoni b’mod ġenerali: ara b’mod partikolari, is-sentenza tas‑17 ta’ April 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>B u Vomero</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑316/16 u C‑424/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:256">EU:C:2018:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, jekk il-Bosnja‑Ħerzegovina tagħti l-kunsens tagħha sabiex il-piena mogħtija fil-konfront ta’ S.M. tiġi eżegwita fit-territorju Ġermaniż, it-talba għal estradizzjoni inizjali taqa’ u tiġi ssostitwita minn talba għat-teħid ta’ responsabbiltà għall-eżekuzzjoni ta’ din il-piena fit-territorju Ġermaniż. Għalhekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma tibqax obbligata, skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, li tipproċedi bl-estradizzjoni ta’ S.M. lejn il-Bosnja‑Ħerzegovina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Jekk, għall-kuntrarju, il-Bosnja‑Ħerzegovina ma tagħtix il-kunsens tagħha sabiex il-piena mogħtija fil-konfront ta’ S.M. tiġi eżegwita fit-territorju Ġermaniż, l-awtoritajiet Ġermaniżi ma jkollhom ebda miżura alternattiva għall-estradizzjoni li tippermetti li jintlaħaq b’mod daqstant effettiv l-għan li jiġi evitat ir-riskju ta’ impunità ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni. Għalhekk, l-Artikoli 18 u 21 TFUE ma jipprekludux li S.M. jiġi estradit lejn dan l-Istat terz, b’konformità ma’ dak li tipprovdi l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fid-dawl tad-differenza tal-kontenut tad-dikjarazzjoni li saret mir-Repubblika tal-Finlandja u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, skont l-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens ta’ din il-konvenzjoni, dan l-aħħar Stat Membru ma għandux il-marġni ta’ manuvra li għandu l-ewwel Stat Membru għal dak li jirrigwarda l-possibbiltà li jirrifjuta l-estradizzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi b’mod permanenti fit-territorju tiegħu.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Finalment, nippreċiża li l-Artikoli 18 u 21 TFUE ma għandhomx, fil-fehma tiegħi, jiġu interpretati b’tali mod li t-tfittxija mill-Istat Membru rikjest ta’ miżura alternattiva għall-estradizzjoni, li tippreġudika inqas l-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza ta’ ċittadin tal-Unjoni, twassal sabiex iġġiegħel lil dan l-Istat Membru jimmodifika d-dikjarazzjoni li huwa għamel skont l-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni, b’mod li ċ-ċittadini ta’ Stat Membri oħra li jirrisjedu b’mod permanenti fl-imsemmi Stat Membru jibbenefikaw fil-każijiet kollha mill-istess protezzjoni bħal dik mogħtija liċ-ċittadini tiegħu. Id-dibattiti li seħħew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja wrew ukoll li l-possibbiltà ta’ tali modifika tidher ġuridikament dubjuża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Fil-fatt, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni jirriżulta li d-dikjarazzjoni ssir fil-mument tal-iffirmar jew tal-preżentazzjoni tal-istrument ta’ ratifika jew adeżjoni, mingħajr ma hija prevista modifika ta’ din id-dikjarazzjoni fi stadju ulterjuri. Barra minn hekk, il-modifika tal-imsemmija dikjarazzjoni sabiex tiġi estiża l-protezzjoni kontra l-estradizzjoni għal kategoriji ta’ persuni oħra minbarra ċ-ċittadini tal-Istat inkwistjoni tista’ tmur kontra l-għan imfittex mill-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni.</P></NOTE>. Barra minn hekk, kif diġà indikajt preċedentement, ma jidhirlix li l-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-Artikoli 18 u 21 TFUE bħala li jimponu fuq l-Istat Membru rikjest l-obbligu li jipproteġi ċ-ċittadini tiegħu kontra l-estradizzjoni li jiżgura b’mod awtomatiku u assolut tali protezzjoni liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra. Pjuttost, il-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta dawn l-artikoli bħala li jobbligaw lill-Istat Membru rikjest juża l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u ta’ assistenza fil-qasam kriminali li huwa għandu, skont jekk hijiex talba għal estradizzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali jew għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena, mal-Istat Membru li tiegħu l-persuna mitluba għandha n-nazzjonalità jew mal-Istat terz rikjedenti, sabiex ifittex b’mod attiv jekk teżistix miżura alternattiva għall-estradizzjoni li tippermetti li jiġi żgurat b’mod daqstant effettiv l-għan li tiġi evitata l-impunità tal-persuna mitluba.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mill-Oberlandesgericht München (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ München, il-Ġermanja) kif ġej:</TXT><P>L-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li, fil-preżenza ta’ talba għal estradizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija ta’ ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi b’mod permanenti fit-territorju tal-Istat Membru rikjest, dan l-Istat Membru, li d-dritt nazzjonali tiegħu jipprojbixxi l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu barra mill-Unjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena u jipprovdi l-possibbiltà li tali piena mogħtija f’pajjiż barrani tiġi skontata fit-territorju tiegħu bil-kundizzjoni li l-Istat terz rikjedenti jagħti l-kunsens tiegħu, jipproċedi bl-estradizzjoni ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni, skont l-obbligi li huwa għandu b’applikazzjoni ta’ konvenzjoni internazzjonali, ladarba ma jkunx jista’ jieħu responsabbiltà tal-eżekuzzjoni ta’ din il-piena b’mod effettiv.</P><P>Għalhekk, l-Istat Membru rikjest jista’ jipproċedi b’din l-estradizzjoni biss meta, wara li jkun issodisfa l-obbligu, impost fuqu mill-Artikoli 18 u 21 TFUE, li jfittex b’mod attiv il-kunsens tal-Istat terz rikjedenti billi juża għal dan il-għan il-mekkaniżmi kollha ta’ kooperazzjoni u ta’ assistenza fil-qasam kriminali li huwa għandu fil-kuntest tar-relazzjonijiet tiegħu ma’ dan l-Istat terz, dan ma jagħtix il-kunsens tiegħu sabiex il-piena inkwistjoni tiġi skontata fit-territorju tal-Istat Membru rikjest.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>