Official Journal L 308 , 21/12/1995 P. 0015 - 0016
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2943/95 tal-20 ta' Diċembru ta' l-1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 li jippreskrivi dispożizzjonijiet ġenerali dwar permessi speċjali tas-sajd IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju ta' l-1994 li jippreskrivi diżposizzjonijiet ġenerali dwar permessi speċjali tas-sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 13(2) u 16 tiegħu, Billi regoli dettaljati għandhom jiġu preskritti biex tintbagħat lill-Kummissjoni informazzjoni rilevanti dwar bastimenti tas-sajd tal-Komunità bil-għan li jinħarġu permessi speċjali tas-sajd, kif ukoll kriterji għall-Kummissjoni li għandha tuża fil-kunsiderazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-permessi; Billi, meta jsir ksur minn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz, is-sid ta' dak il-bastiment għandu jingħata opportunità li jesprimi l-fehmiet tiegħu fuq il-miżuri meħuda; Billi jeħtieġ li titwaqqaf proċedura ta' koperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni f'każijiet meta r-regoli tal-Komunità ma ġewx imħarsa; Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Dan ir-Regolament jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 7,8,10 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 1627/94. IL-KAPITOLU 1 Awtorizzazzjoni għal sajd f'ibħra tas-sajd tal-Komunità u fl-ibħra miftuħa Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, għall-inqas xahar qabel il-bidu ta' l-operazzjonijiet tas-sajd, abbozz ta' lista tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li x'aktarx ser jeserċitaw attività tas-sajd bla ħsara għat-termini u kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1627/94 kif ukoll l-informazzjoni li ser tagħmilha possibbli li jiġi ċċekkjat li l-lista taqbel mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità, magħduda d- data għall-valutazzjoni ta' l-isforz tas-sajd. Il- lista ta' bastimenti għandha tinkludi b'mod partikolari l-informazzjoni msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1627/94. Il- lista ta' bastimenti u l-informazzjoni supplimentarja għandha tiġi fornita lill-Kummissjoni preferibbilment permezz ta' trasmissjoni ta' data komputerizzata jew b'posta elettronika. Il- perjodu ta' tmiem ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1627/94 għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-informazzjoni kollha rilevanti tiġi riċevuta. Artikolu 3 1. Stati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni lista finali ta' bastimenti li rċevew permess speċjali fi żmien mhux aktar tard minn 30 ġurnata minn meta l-permessi jinħarġu. Il-lista definittiva għandha tibqa' valida sakemm tiġi rrevokata espressament jew impliċitament mill-Istat Membru. 2. F'każ ta' modifikazzjonijiet tal-lista definittiva, l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 2(1) għandha tiġi riċevuta mill-Kummissjoni għall-inqas 12- il ġurnata tax-xogħol qabel il-bidu ta' l-operazzjonijiet tas-sajd. 3. Stati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni b'kull permess speċjali irtirat jew sospiż, kollu jew in parti, waqt li jingħataw ir-raġunijiet għal tali azzjoni. Artikolu 4 Sa mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar skemi speċifiċi u nazzjonali ta' permessi kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1627/94 fejn huma waqqfu dawk l-iskemi. IL-KAPITOLU 2 Irtirar u sospensjoni ta' permessi maħruġa lil bastimenti ta' pajjiżi terzi Artikolu 5 Stati Membri għandhom jinnotifikaw kull ksur skopert kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1627/94, li juri bħala minimu l-isem tal-bastiment involut, il-marka esterna tiegħu, is-sinjal tiegħu internazzjonali ta' sejħa bir-radju, il-pajjiż terz tal-bandiera mtajra, l-ismijiet u indirizzi tal-kaptan u s-sid, dikjarazzjoni dettaljata tal-fatti tal-każ, dettalji ta' kull azzjoni ġudizzjarja, amministrattiva jew azzjoni oħra meħuda u kull deċiżjoni finali fil-liġi dwar il-ksur. Artikolu 6 1. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ksur kollu nnotifikat li sar minn bastimenti ta' pajjiżi oħra, waqt li tivvaluta s-serjeta' ta' kull każ fid-dawl ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji u amministrattivi mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u b'mod partikolari tal-benefiċċji kummerċjali li sid il-bastiment seta' gawda u l-impatt tal-ksur fuq riżorsi tas-sajd. Relattivament għall-bastiment ikkonċernat, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' kull ftehim tas-sajd ma' l-istat uffiċjali tal-pajjiż l-ieħor, il-Kummissjoni tista' - wara li tagħti lil sid il-bastiment l-opportunità li jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar il-ksur allegat - tiddeċidi skond il-bażi tas-serjetà tal-każ biex: - tissospendi l-permess speċjali tas-sajd, - tirtira l-permess speċjali tas-sajd, - tneħħi l-bastiment interessat mil-lista ta' bastimenti eliġibbli għal permess speċjali tas-sajd fis-sena kalendarja ta' wara. I d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tista' ma tittiħidx fil-perjodu ta' 14-il ġurnata wara li s-sid jirċievi n-notifika ta' l-allegat ksur. IL-KAPITOLU 3 Dispożizzjonijiet ġenerali u finali Artikolu 7 1. L-awtoritajiet kompetenti li jiskopru ksur għandhom jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru uffiċjali biex dawn ikunu jistgħu jibdew il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1627/94. 2. Dik l-assistenza tista' tikkonsisti, b'mod partikolari, billi tiġi mgħoddija prova dokumentarja, tipprovdi aċċess għall-prova tal-ksur u tiffaċilita d-dehra ta' l-uffiċjali tagħhom bħala xhieda fi proċedimenti bil-qorti fl-Istat Membru li l-bandiera tiegħu tkun ittajret. 3. L-awtortiajiet kompetenti li jiskopru ksur għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru tal-bandiera dwar kull bastiment li ma jikkonformax ruħu mar-rekwiżiti mposti fuqu taħt pieni li jirriżultaw minn ksur. 4. Stati Membri għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni u l-Istat Membru tal-bandiera b'kull azzjoni gudizzjarja, amministrattiva jew azzjoni oħra meħuda u kull deċiżjoni finali fuq liġi relattivament għal bastimenti li jtajru dik il-bandiera li huma misjuba li għamlu ksur. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1995. Għall-Kummissjoni Emma Bonino Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 171, tas-6.7.1994, p. 7. --------------------------------------------------