<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-547/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0547</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:350">EU:C:2020:350</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20200507">7.5.2020</DATE> – Kawża C‑547/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Dong Yang Electronics</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20200507">7 ta’ Mejju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 44</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11(1)</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Post ta’ tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>stabbiliment fiss<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Persuna suġġetta għall-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Sussidjarja ta’ kumpannija ta’ Stat terz li tinsab fi Stat Membru</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑547/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Wrocław, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180823">23 ta’ Awwissu 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Dong Yang Electronics sp. z o.o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, I. Jarukaitis, E. Juhász (Relatur), M. Ilešič u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Dong Yang Electronics sp. z o.o., minn M. Goj u T. Dziadura kif ukoll minn I. Rymanowska u D. Pokrop, doradcy podatkowi,</P></ITEM><ITEM><P>għad-Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu, minn M. Kowalewska u J. Grzebyk kif ukoll minn B. Kołodziej u T. Wojciechowski,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u A. Kramarczyk – Szaładzińska, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn F. Shibli, D. Thorneloe u J. Kraehling, bħala aġenti, assistiti minn R. Hill, barrister,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Siekierzyńska u N. Gossement, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal-<DATE ISO="20191114">14 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>; rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>), kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 44, p. 11</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva 2006/112<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE> li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Dong Yang Electronics sp. z o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Dong Yang<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>) u d-Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu (id-Direttur tal-Awla Fiskali ta’ Wrocław, il-Polonja) rigward deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li timponilha taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) addizzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, approvat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-<DATE ISO="20100916">16 ta’ Settembru 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 127, p. 1</REF.DOC.OJ>), jistabbilixxi, fit-tabella li tinsab fl-Anness 7‑A‑2 tiegħu, fit-tieni kolonna ta’ dan, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Tipi ta’ stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>PL: Ħlief għas-servizzi finanzjarji, mingħajr restrizzjonijiet għall-fergħat. Investituri Koreani jistgħu jassumu u jwettqu attivitajiet ekonomiċi fl-għamla ta’ sħubija limitata, kumpanija azzjonarja limitata, u kumpanija b’responsabilità limitata biss (fil-każ ta’ servizzi legali fl-għamla ta’ sħubija reġistrata u sħubija limitata biss).<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/112</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Taħt it-Titolu V tad-Direttiva 2006/112, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Post ta’ Transazzjonijiet Taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, il-Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Post ta’ provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jinkludi l-Artikolu 44 ta’ din id-direttiva, li jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-post tal-forniment tas-servizzi lil persuna taxxabbli li qiegħda taġixxi bħala tali għandu jkun il-post fejn dik il-persuna tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha. Madankollu, jekk dawk is-servizzi jiġu fornuti lil stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli li jinsab f’post li ma jkunx il-post fejn hija stabbilixxiet in-negozju tagħha, il-post tal-forniment ta’ dawk is-servizzi għandu jkun il-post fejn jinsab dak l-istabbiliment fiss. Fin-nuqqas ta’ tali post ta’ stabbiliment jew stabbiliment fiss, il-post tal-forniment tas-servizzi għandu jkun il-post fejn il-persuna taxxabbli li tirċievi tali servizzi għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn tirrisjedi normalment.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 282/2011</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>l-istabbiliment fiss<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> għandu jkun kwalunkwe stabbiliment, minbarra s-sede tal-attività ekonomika msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament li huwa karatterizzat minn grad ta’ permanenza suffiċjenti u struttura adatta f’termini ta’ riżorsi umani u tekniċi, li jippermettulu li jirċievi u juża s-servizzi li huma fornuti lilu għall-bżonnijiet tiegħu stess.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-fatt li jkollu numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT m’huwiex suffiċjenti fih innifsu biex jitqies li persuna taxxabbi għandha stabbiliment fiss.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Biex jidentifika l-istabbiliment fiss tal-klijent li lilu jingħatalu s-servizz, il-fornitur għandu jeżamina n-natura u l-użu tas-servizz provdut.</ALINEA><ALINEA>Meta n-natura u l-użu tas-servizz provdut ma jippermettulux jidentifika l-istabbiliment fiss li lilu jingħatalu s-servizz, il-fornitur, fl-identifikazzjoni ta’ dak l-istabbiliment fiss, għandu jeżamina b’mod partikolari jekk il-kuntratt, id-dokument tal-ordni u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT mogħti mill-Istat Membru tal-klijent u kkomunikat lilu mill-klijent jidentifikax l-istabbiliment fiss bħala klijent tas-servizz u jekk l-istabbiliment fiss hux l-entità li tħallas għas-servizz.</ALINEA><ALINEA>Fejn l-istabbiliment fiss tal-klijent li jingħatalu s-servizz ma jistax ikun determinat skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu jew meta servizzi koperti mill-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112/KE jkunu ġew fornuti lil persuna taxxabbli taħt kuntratt li jkopri servizz wieħed jew aktar li ntużaw b’mod mhux identifikabbli jew li ma jistax jiġi kkwantifikat, il-fornitur jista’ jikkunsidra b’mod validu li s-servizzi jkunu ġew ipprovduti fil-post fejn il-klijent stabilixxa n-negozju tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-klijent.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 28b(1) sa (3) tal-ustawa o podatku od towarów i usług (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Oġġetti u s-Servizzi) tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (Dz. U. tal-2011, Nru 177, Pożizzjoni 1054), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028B.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-post tal-provvista tas-servizzi, meta dawn jiġu pprovduti lil persuna taxxabbli, huwa l-post fejn il-persuna taxxabbli li tirċievi s-servizzi għandha s-sede tal-attività ekonomika tagħha, bla ħsara għall-paragrafi 2 sa 4 u għall-Artikoli 28e, 28f(1) u (1a), 28g(1), 28i, 28j(1) u (2), u 28n.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028B.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta s-servizzi jiġu pprovduti lil stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli li jkun qiegħed f’post differenti mill-post fejn hija għandha s-sede tal-attività ekonomika tagħha, il-post tal-provvista ta’ dawn is-servizzi jkun jinsab fil-post ta’ dan l-istabbiliment fiss.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028B.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-persuna taxxabbli li tirċievi s-servizzi ma jkollhiex sede jew stabbiliment fiss fis-sens tal-paragrafu 2, il-post tal-provvista tas-servizzi jkun il-post fejn hija jkollha d-domiċilju tagħha jew ir-residenza abitwali tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20101027">27 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Dong Yang, kumpannija rregolata taħt id-dritt Pollakk, ikkonkludiet ma’ LG Display Co. Ltd. (Korea) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>LG Korea<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), kumpannija rregolata taħt id-dritt Korean stabbilita f’Seoul (Korea t’Isfel), kuntratt għall-provvista ta’ servizzi ta’ mmuntar ta’ bords ta’ ċirkwiti stampati (<HT TYPE="ITALIC">printed circuit boards</HT>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>PCB<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) minn materjali u komponenti li kienu proprjetà ta’ LG Korea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-materjali u l-komponenti neċessarji sabiex jiġu prodotti PCB kienu sdoganati, u mbagħad ipprovduti lil Dong Yang permezz ta’ sussidjarja ta’ LG Korea, LG Display Polska sp. z o.o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>LG Polonja<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), kumpannija rregolata taħt id-dritt Pollakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Dong Yang kienet tagħti l-PCB lil LG Polonja li, abbażi ta’ kuntratt ma’ LG Korea, kienet tuża dawn il-PCB sabiex tipproduċi moduli TFT LCD. Dawn il-moduli, li kienu l-proprjetà ta’ LG Korea, kienu kkunsinnati lil kumpannija oħra, LG Display Germany GmbH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>LG Polonja għandha mezzi ta’ produzzjoni proprji tagħha. Din il-kumpannija u LG Korea għandhom numri tal-VAT separati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Dong Yang iffatturat is-servizzi ta’ mmuntar ta’ PCB lil LG Korea billi qieset li ma humiex suġġetti għall-VAT fit-territorju Pollakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>LG Korea żgurat lil Dong Yang li ma kellhiex stabbiliment fiss fil-Polonja u li ma timpjegax impjegati u li ma għandhiex proprjetajiet immobbli jew tagħmir tekniku fit-territorju Pollakk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Id-Direttur tal-Awla Fiskali ta’ Wrocław qies li Dong Yang kienet għamlet il-provvisti ta’ servizzi ta’ mmuntar ta’ PCB fil-Polonja, sa fejn LG Polonja kienet tikkostitwixxi stabbiliment fiss ta’ LG Korea. Huwa għal din ir-raġuni li, fit-<DATE ISO="20170228">28 ta’ Frar 2017</DATE>, l-imsemmi direttur talab mingħand Dong Yang l-ammont tal-VAT li huwa marbut mas-servizzi ta’ mmuntar li hija kienet ipprovdiet matul is-sena 2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’din id-deċiżjoni, id-Direttur tal-Awla Fiskali ta’ Wrocław osserva li, bir-rabtiet kuntrattwali li hija kienet stabbiliet, LG Korea kienet tuża LG Polonja bħala l-istabbiliment proprju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa żied li Dong Yang kellha mhux biss tistrieħ fuq is-sempliċi dikjarazzjoni ta’ LG Korea, skont liema din ma kellhiex stabbiliment fiss fil-Polonja, iżda hija kellha teżamina, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011, min kien il-benefiċjarju reali tas-servizzi li hija kienet tipprovdi u li tali eżami kien jippermettilha tikkonkludi li dan il-benefiċjarju kien fil-verità LG Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Dong Yang ippreżentat quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Wrocław, il-Polonja) rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-Awla Fiskali ta’ Wrocław, peress li din id-deċiżjoni tikser l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll l-Artikolu 11(1), u l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirreferi għas-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850704">4 ta’ Lulju 1985</DATE>, <NAME.CASE>Berkholz</NAME.CASE> (<NO.CASE>168/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:299">EU:C:1985:299</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960502">2 ta’ Mejju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Faaborg-Gelting Linien</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑231/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:184">EU:C:1996:184</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>ARO Lease</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑190/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:374">EU:C:1997:374</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Welmory</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑605/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2298">EU:C:2014:2298</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), rigward il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>stabbiliment fiss<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tal-Artikolu 44 ta’ din id-direttiva. Madankollu, hija tqis li t-tilwima pendenti quddiemha fiha differenzi fattwali importanti. Fil-fatt, minħabba l-fatt li s-sede ta’ LG Korea tinsab fi Stat terz, f’dan il-każ ir-Repubblika tal-Korea, din il-kumpannija ma tibbenefikax mil-libertajiet li jagħti t-Trattat TFUE u ma tistax teżerċita liberament attività ekonomika fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li l-eżerċizzju ta’ tali attività huwa possibbli biss biż-żamma ta’ kumpannija dipendenti, il-qorti tar-rinviju tqis li kumpannija stabbilita fi Stat terz għandha dejjem il-possibbiltà li teżerċita influwenza fuq l-attività tas-sussidjarja tagħha u, għaldaqstant, li tiddisponi mir-riżorsi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk u, jekk ikun il-każ, f’liema kundizzjonijiet is-sussidjarja li għandha, fit-territorju Pollakk, kumpannija stabbilita fi Stat terz għandhiex titqies mill-fornitur ta’ servizzi, b’mod partikolari fid-dawl tal-obbligi imposti fuqu taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011, bħala stabbiliment fiss għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-post fejn is-servizzi huma pprovduti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hija tistaqsi dwar jekk l-eżistenza ta’ stabbiliment fiss tistax tiġi dedotta mis-sempliċi eżistenza ta’ sussidjarja jew jekk il-fornitur ta’ servizzi għandux jieħu inkunsiderazzjoni r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-kumpannija omm u din is-sussidjarja. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li l-kuntratti ta’ kollaborazzjoni li jorbtu l-kumpannija omm u s-sussidjarja, li abbażi tagħhom l-awtoritajiet fiskali Pollakki kkonkludew li jeżisti stabbiliment fiss, ġew miġbura fil-kuntest ta’ proċedura fiskali separata minn dik li tat lok għat-tilwima fil-kawża prinċipali u ma kinux aċċessibbli għall-fornitur tas-servizzi kkonċernat minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Wrocław), peress li qieset li huwa neċessarju li tikseb kjarifika mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-imsemmija Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1)</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li kumpannija stabbilita barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea għandha sussidjarja fil-Polonja jippermetti li tiġi dedotta l-eżistenza ta’ stabbiliment fiss fil-Polonja fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 […] u l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 […]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk għall-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, impriża terza hija marbuta li teżamina r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-kumpanija stabbilita barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea u s-sussidjarja sabiex tiddetermina jekk l-ewwel kumpannija għandhiex stabbiliment fiss fil-Polonja?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Biż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll l-Artikolu 11(1), u l-Artikolu 22(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-eżistenza, fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ stabbiliment fiss ta’ kumpannija stabbilita fi Stat terz tista’ tiġi dedotta minn fornitur ta’ servizzi mis-sempliċi fatt li din il-kumpannija jkollha hemmhekk sussidjarja jew jekk dan il-fornitur huwiex marbut li jinvestiga, għall-finijiet ta’ tali evalwazzjoni, ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn iż-żewġ entitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 jipprevedi, fl-ewwel sentenza tiegħu, li l-post tal-provvista tas-servizzi pprovduti lil persuna taxxabbli li taġixxi inkwantu tali huwa l-post fejn il-persuna taxxabbli stabbilixxiet is-sede tal-attività ekonomika tagħha. Madankollu, it-tieni sentenza ta’ dan l-artikolu tipprevedi li, jekk is-servizzi jiġu pprovduti lil stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli li jkun jinsab f’post li ma huwiex dak fejn hija stabbilixxiet is-sede tal-attività ekonomika tagħha, il-post tal-provvista ta’ dawn is-servizzi huwa l-post fejn ikun jinsab dan l-istabbiliment fiss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu l-post tat-tassazzjoni tal-provvisti ta’ servizzi sabiex jiġi evitat, minn naħa, kunflitti ta’ kompetenza li għandhom mnejn iwasslu għal tassazzjoni doppja u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ tassazzjoni tad-dħul (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Welmory</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2298">EU:C:2014:2298</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, minkejja li l-punt ta’ rabta l-iktar utli sabiex jiġi stabbilit il-post tal-provvista ta’ servizzi, mil-lat fiskali u, għaldaqstant, prijoritarju, huwa dak fejn il-persuna taxxabbli stabbilixxiet is-sede tal-attività ekonomika tagħha, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli jikkostitwixxi deroga minn din ir-regola ġenerali, sakemm ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfatti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Welmory</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2298">EU:C:2014:2298</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni, sabiex ma jqumux ċirkustanzi li għandhom mnejn jikkompromettu l-funzjonament tajjeb tas-sistema komuni tal-VAT, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda, fl-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112, li, meta s-servizz ikun ġie pprovdut lil stabbiliment li jista’ jiġi kklassifikat bħala stabbiliment fiss tal-persuna taxxabbli, għandu jitqies li l-post tal-provvista tas-servizzi pprovduti huwa l-post fejn ikun jinsab dan l-istabbiliment fiss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt dwar jekk jeżistix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>stabbiliment fiss<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tat-tieni sentenza tal-imsemmi Artikolu 44, għandu jiġi osservat li din il-kwistjoni għandha tiġi eżaminata abbażi tal-persuna taxxabbli-riċevitur li lilha jiġu pprovduti s-servizzi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Welmory</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2298">EU:C:2014:2298</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>istabbiliment fiss<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jindika kull stabbiliment, minbarra s-sede tal-attività ekonomika msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament, li huwa kkaratterizzat minn livell suffiċjenti ta’ permanenza u minn struttura xierqa, f’termini ta’ mezzi umani u tekniċi, li jippermettulu jirċievi u juża s-servizzi li huma pprovduti lilu għall-bżonnijiet proprji ta’ dan l-istabbiliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa minnu, f’dan ir-rigward, li għandu jiġi osservat li l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles imsemmi fil-punt 3 ta’ din is-sentenza jinkludi, fit-tabella li tinsab fl-Anness 7‑A‑2 tiegħu, fit-tieni kolonna ta’ dan, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Tipi ta’ stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, riżerva għar-Repubblika tal-Polonja skont liema l-investituri Koreani jistgħu jibdew u jeżerċitaw attività ekonomika fil-Polonja biss billi jistabbilixxu sħubija limitata, kumpannija azzjonarja limitata, u kumpannija b’responsabilità limitata. Din id-dispożizzjoni tipprekludi l-possibbiltà għall-impriżi rregolati mid-dritt Korean li jeżerċitaw direttament attività ekonomika fil-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li s-sussidjarja miżmuma għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ tali attività mill-kumpannija omm stabbilita fil-Korea t’Isfel tista’ tikkostitwixxi stabbiliment fiss ta’ din il-kumpannija omm, fi Stat Membru tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112, moqri fid-dawl tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011. Għaldaqstant, ir-riżerva msemmija fil-punt preċedenti ma għandhiex effett fuq l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>stabbiliment fiss<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li t-teħid inkunsiderazzjoni tar-realtà ekonomika u kummerċjali jikkostitwixxi kriterju fundamentali għall-applikazzjoni tas-sistema komuni tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Budimex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:347">EU:C:2019:347</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni ta’ stabbiliment bħala stabbiliment fiss ma tistax tiddependi mis-sempliċi status ġuridiku tal-entità kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minkejja li huwa possibbli li sussidjarja tikkostitwixxi l-istabbiliment fiss tal-kumpannija omm (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970220">20 ta’ Frar 1997</DATE>, <NAME.CASE>DFDS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑260/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:77">EU:C:1997:77</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tali klassifikazzjoni tiddependi mill-kundizzjonijiet materjali msemmija mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011, b’mod partikolari fl-Artikolu 11 ta’ dan, li għandhom jiġu evalwati fid-dawl tar-realtà ekonomika u kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-eżistenza, fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ stabbiliment fiss ta’ kumpannija stabbilita fi Stat terz ma tistax tiġi dedotta minn fornitur ta’ servizzi mis-sempliċi fatt li din il-kumpannija jkollha sussidjarja hemmhekk.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt dwar jekk il-fornitur tas-servizzi kkonċernati huwiex marbut jeżamina r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-imsemmija kumpannija u s-sussidjarja tagħha sabiex jiddetermina jekk l-ewwel waħda fost dawn għandhiex tali stabbiliment fiss f’dan l-Istat Membru, għandu jiġi osservat li l-qorti tar-rinviju tirreferi, fil-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju, għall-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li dan l-Artikolu 22 jipprevedi serje ta’ kriterji, li dan il-fornitur ta’ servizzi għandu jieħu inkunsiderazzjoni sabiex jiddetermina l-istabbiliment fiss tar-riċevitur. Qabel kollox, hemm l-eżami tan-natura u tal-użu tas-servizz ipprovdut lill-persuna taxxabbli-riċevitur. Imbagħad, jekk dan l-eżami ma jippermettix li jiġi identifikat l-istabbiliment fiss ta’ dan ir-riċevitur ta’ servizzi, għandu jiġi eżaminat, b’mod partikolari, jekk il-kuntratt, l-ordni għax-xiri u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT attribwit mill-Istat Membru tar-riċevitur u li ġie kkomunikat lilu mir-riċevitur jidentifikawx l-istabbiliment fiss bħala r-riċevitur tas-servizz u jekk l-istabbiliment fiss huwiex l-entità li tħallas għas-servizz. Fl-aħħar nett, meta ż-żewġ kriterji msemmija hawn fuq ma jippermettux li jiġi identifikat l-istabbiliment fiss tar-riċevitur, il-fornitur iqis b’mod leġittimu li s-servizzi huma pprovduti lilu fil-post fejn ir-riċevitur stabbilixxa s-sede tal-attività ekonomika tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonsatat li, kif sostnew il-Gvern tal-Polonja u l-Gvern tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni, mill-imsemmi Artikolu 22 ma jirriżultax li l-fornitur tas-servizzi kkonċernati huwa marbut li jeżamina r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn kumpannija stabbilita fi Stat terz u s-sussidjarja tagħha stabbilita fi Stat Membru sabiex jiddetermina jekk l-ewwel waħda fost dawn għandhiex tali stabbiliment fiss f’dan l-Istat Membru. Fil-fatt, b’mod partikolari, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu, jirreferi għall-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi bejn il-fornitur u l-persuna taxxabbli-riċevitur u mhux ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn din il-persuna taxxabbli-riċevitur u entità li tista’, jekk ikun il-każ, tiġi identifikata bħala l-istabbiliment fiss tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif l-Avukat Ġenerali osservat fil-punti 73 u 74 tal-konklużjonijiet tagħha, il-fornitur tas-servizzi ma jistax jiġi impost, billi jintalab li jinvestiga r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn kumpannija omm u s-sussidjarja tagħha meta dawn l-elementi ma humiex, fil-prinċipju, aċċessibbli għalih, obbligi li huma imposti fuq l-awtoritajiet fiskali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191003">3 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Altic</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:831">EU:C:2019:831</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 22(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżistenza, fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ stabbiliment fiss ta’ kumpannija stabbilita fi Stat terz ma tistax tiġi dedotta minn fornitur ta’ servizzi mis-sempliċi fatt li din il-kumpannija għandha sussidjarja hemmhekk u li dan il-fornitur ma huwiex marbut li jinvestiga, għall-finijiet ta’ tali evalwazzjoni, ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn dawn iż-żewġ entitajiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, kif ukoll l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 22(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE> li jistabbilixxi miżuri ta’<?PAGE NO="8"?> implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżistenza, fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ stabbiliment fiss ta’ kumpannija stabbilita fi Stat terz ma tistax tiġi dedotta minn fornitur ta’ servizzi mis-sempliċi fatt li din il-kumpannija għandha sussidjarja hemmhekk u li dan il-fornitur ma huwiex marbut li jinvestiga, għall-finijiet ta’ tali evalwazzjoni, ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn dawn iż-żewġ entitajiet.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>