|
24.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1211/2011
tat-23 ta’ Novembru 2011
dwar it-tnaqqis ta’ ċertu sforz tas-sajd għall-2011 minħabba sajd żejjed tal-ħut minn ċerti Stati Membri fis-sena ta’ qabel
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 (1) li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006, u b’mod partikolari l-Artikoli 106(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004 tad-19 ta' Lulju 2004 li jiffissa l-isforz annwali massimu tas-sajd għal ċerti żoni tas-sajd u sajd (2) jistabbilixxi l-isforz annwali massimu tas-sajd għal ċerti żoni tas-sajd u sajd, b'mod partikolari għall-arzell f'ċerti żoni tal-Irlanda. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (3), jistabbilixxi limitazzjoni fuq l-isforz tas-sajd għal erba’ stokkijiet tal-merluzz f’ċerti żoni ġeografiċi. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1359/2008, (KE) Nru 754/2009, (KE) Nru 1226/2009 u (KE) Nru 1287/2009 (4) jistabbilixxi l-isforz massimu tas-sajd permess għas-sena 2010. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 tat-18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (5), jistabbilixxi l-isforz massimu tas-sajd permess għas-sena 2011. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 106(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż l-isforz tas-sajd li ġie allokat lilu, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-isforz tas-sajd futur lil dak l-Istat Membru. |
|
(6) |
L-Artikoli 106(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jistabbilixxu l-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjoni ta' tali tnaqqis mill-Kummissjoni. |
|
(7) |
Ċerti Stati Membri qabżu l-isforz tas-sajd allokat lilhom għas-sena 2010. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqsilhom l-isforz tas-sajd li kien allokat lilhom għas-sena 2011. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isforz massimu tas-sajd permess stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 u, għal ċerti żoni tas-sajd u sajd fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004, jitnaqqas għall-2011 għal ċerti Stati Membri kif stipulat fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
ANNESS
|
Stat Membru |
Żona ġeografika / Speċi |
Irkapti |
Allokazzjoni Inizjali 2010 (jiem-kW) |
Bidliet 2010 |
Użu tal-isforz (jiem-kW) |
% Użu |
Relatat mal-allokazzjoni permessa |
Tnaqqis mill-isforz (jiem-kW) |
Fattur multiplikanti l-Artikolu 106(2) tar-Regolament 1224/ 09 |
Tnaqqis mill-isforz 2011 (jiem-kW) |
Allokazzjoni tal-isforz 2011 (jiem-kW) |
Allokazzjoni tal-isforz reveduta 2011 (jiem-kW) |
||||||||
|
L-Artikolu 11 esklużjonijiet (jiem-kW) (3) |
L-Artikolu 13 evitazzjoni (jiem-kW) (3) |
L-Artikolu 16 skambju (jiem-kW) (3) |
L-Artikolu 17 trasferimenti (jiem-kW) (3) |
Sforz adattat (jiem-kW) |
||||||||||||||||
|
Il-Ġermanja |
|
TR2 |
9 316 |
0 |
1 702 |
|
14 258 |
25 276 |
26 657 |
105,46 % |
5,46 % |
–1 381 |
1,1 |
–1 519 |
6 987 |
5 468 |
||||
|
Il-Ġermanja |
|
TR2 |
516 154 |
0 |
0 |
|
–94 507 |
421 647 |
421 766 |
100,03 % |
0,03 % |
– 119 |
1 |
– 119 |
436 666 |
436 547 |
||||
|
L-Irlanda |
Iż-żona tal-ICES VII, Arzell |
|
525 012 |
|
|
|
|
259 012 |
270 368 |
104,38 % |
4,38 % |
–11 356 |
1 |
–11 356 |
525 012 |
513 656 |
||||
|
Franza |
|
TR1 |
2 214 240 |
0 |
339 670 |
|
0 |
2 553 910 |
2 680 473 |
104,96 % |
4,96 % |
– 126 563 |
1 |
– 126 563 |
1 840 286 |
1 713 723 |
||||
|
Franza |
|
TR1 |
3 387 803 |
702 070 |
10 299 |
|
– 178 123 |
2 517 909 |
2 611 435 |
103,71 % |
3,71 % |
–93 526 |
1 |
–93 526 |
1 980 786 |
1 887 260 |
||||
|
Ir-Renju Unit |
|
TR1 |
8 938 164 |
0 |
2 819 635 |
|
660 115 |
12 417 914 |
12 450 755 |
100,26 % |
0,26 % |
–32 841 |
1 |
–32 841 |
7 561 687 |
7 528 846 |
||||
|
TR2 |
7 409 969 |
0 |
2 010 770 |
|
0 |
9 420 739 |
10 274 753 |
109,07 % |
9,07 % |
– 854 014 |
1,1 |
– 939 415 |
6 268 834 |
5 329 419 |
||||||
|
Ir-Renju Unit |
|
TR2 |
1 934 646 |
0 |
366 622 |
|
300 000 |
2 601 268 |
2 931 719 |
112,70 % |
12,70 % |
– 330 451 |
1,2 |
– 396 541 |
1 450 985 |
1 054 444 |
||||
(1) Kwantità kif ġiet iffissata mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 - l-Appendiċi 1 tal-Anness IIA
(2) Kwantità kif ġiet iffissata mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 - l-Appendiċi 1 tal-Anness IIA
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008
(4) Kwantità kif ġiet iffissata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004 - l-Anness I