|
25.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/47 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 671/2009
tal-24 ta' Lulju 2009
li jibda proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2010 li jaqgħu taħt ċerti kwoti tal-GATT
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 171(1) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4,
Billi:
|
(1) |
It-Taqsima 2 tal-Kapitlu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet dwar esportazzjonijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2), li tipprovdi li liċenzji ta’ esportazzjoni għall-ġobnijiet esportati lejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala parti mill-kwoti li jaqgħu taħt il-ftehim deċiż waqt in-negozjati ta’ kummerċ multilaterali, jistgħu jiġu allokati skont proċedura speċjali li permezz tagħha importaturi preferuti fl-Istati Uniti jistgħu jiġu nominati. |
|
(2) |
Dik il-proċedura għandha tinfetaħ għall-esportazzjoni waqt l-2010 u ser jiġu stabbiliti r-regoli addizzjonali relatati magħha. |
|
(3) |
Fl-amministrazzjoni tal-importazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Uniti jagħmlu distinzjoni bejn il-kwota addizzjonali mogħtija lill-Komunità Ewropea skont l-Uruguay Round u l-kwoti li irriżultaw mit-Tokyo Round. Il-liċenzji ta’ esportazzjoni għandhom jiġu allokati waqt li titqies l-eliġibbiltà ta’ dawk il-prodotti għall-kwota tal-Istati Uniti tal-Amerika kif deskritt fl-Iskema ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika. |
|
(4) |
Sabiex tiġi esportata l-kwantità massima taħt il-kwoti li għalihom hemm interess moderat, għandhom jiġu permessi l-applikazzjonijiet li jkopru l-kwantità kollha tal-kwota. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-liċenzji ta’ esportazzjoni għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-Kodiċi CN 0406 u huma elenkati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament li jkunu se jiġu esportati lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2010 taħt il-kwoti msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandhom jiġu ppubblikati skont it-Taqsima 2 tal-Kapitiolu III ta’ dak ir-Regolament u bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 (minn hawn ‘il quddiem imsemmija bħala “l-applikazzjonijiet”) għandhom jitressqu għand l-awtoritajiet kompetenti bejn l-1 u l-10 ta’ Settembru 2009.
2. L-applikazzjonijiet ikunu ammissibbi biss jekk ikun fihom l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 u jekk ikunu akkumpanjati bid-dokumenti msemmija fih.
Fejn, għall-istess grupp ta’ prodotti msemmi fil-kolonna 2 tal-Anness I għal dan ir-Regolament, il-kwantità disponibbli hija maqsuma bejn il-kwota tal-Uruguay Round u l-kwota tat-Tokyo Round, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji jistgħu jkopru biss waħda minn dawk il-kwoti u għandhom jindikaw il-kwota konċernata, billi jispeċifikaw l-identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota indikata fil-kolonna 3 ta’ dak l-Anness.
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandha tiġi ppreżentata skont il-mudell stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
3. Fir-rigward tal-kwoti identifikati minn 22-Tokyo u 22-Uruguay, 25-Tokyo u 25-Uruguay fil-kolonna 3 tal-Anness I, l-applikazzjonijiet għandhom ikopru tal-anqas 10 tunnellati u m’għandhomx jaqbżu l-kwantità disponibbli taħt il-kwota kkonċernata kif stipulat fil-kolonna 4 ta’ dak l-Anness.
Fir-rigward tal-kwoti l-oħra indikati fil-kolonna 3 tal-Anness I, l-applikazzjonijiet għandhom ikopru tal-anqas 10 tunnellati u mhux aktar minn 40 % tal-kwantità disponibbli taħt il-kwota kkonċernata kif stipulat f’kolonna 4 ta’ dak l-Anness.
4. L-applikazzjonijiet ser ikunu ammissibbli biss jekk l-applikanti jiddikjaraw bil-miktub li ma ressqu l-ebda applikazzjoni oħra għall-istess grupp ta’ prodotti u l-istess kwota u li jaċċettaw li ma jagħmlux dan.
Jekk applikant iressaq diversi applikazzjonijiet għall-istess grupp ta’ prodotti u l-istess kwota ġewwa wieħed jew aktar mill-Istati Membri, l-applikazzjonijiet kollha tiegħu għandhom ikunu meqjusa bħala inammissibbli.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li jispiċċa l-perjodu li fih ikunu jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet, l-applikazzjonijiet imressqa għal kull grupp ta’ prodotti u, fejn applikabbli, il-kwoti indikati fl-Anness I.
In-notifiki kollha, inklużi n-notifiki “nulli”, għandhom isiru permezz ta’ feks jew posta elettronika fuq il-formola mudell li tinsab fl-Anness III.
2. In-notifika għandha tinkludi għal kull grupp, u fejn applikabbli, għal kull kwota:
|
(a) |
lista ta’ applikanti, |
|
(b) |
il-kwantitajiet li kull applikant ikun applika għalihom, imqassma skont il-kodiċi tal-prodott tan-Nomenklatura Magħquda u f’konformità mal-Harmonised Tariff Schedule (L-iskema Armonizzata tat-Tariffi) tal-Istati Uniti tal-Amerika (2009), |
|
(ċ) |
l-isem u l-indirizz tal-importatur magħżul mill-applikant. |
Artikolu 4
Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006, għandha tistabbilixxi l-allokazzjoni tal-liċenzji mingħajr dewmien u għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar dan sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2009.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien ħamest ijiem wara l-pubblikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-allokazzjoni, dwar il-kwantitajiet allokati mill-applikant għal kull grupp, u fejn applikabbli, għal kull kwota, f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.
In-notifika għandha ssir permezz tal-feks jew posta elettronika fuq il-formola mudell li tidher fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.
Artikolu 5
L-informazzjoni nnotifikata taħt l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandha tkun ivverifikata mill-Istati Membri qabel ma jinħarġu l-liċenzji u sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru 2009.
Jekk jinstab li operatur li nħarġitlu liċenzja, ikun ipprovda informazzjoni li mhijiex korretta, il-liċenzja għandha titħassar u tintilef il-garanzija. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
Ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2010 li jaqgħu taħt ċerti kwoti tal-GATT
Taqsima 2 tal-Kapitlu III tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 u r-Regolament (KE) Nru 671/2009
|
L-identifikazzjoni tal-grupp f’konformità man-Noti Addizzjonali f’Kapitlu 4 tal-Iskema ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti |
Identifikazzjoni tal-grupp u l-kwota |
Kwantità disponibbli għas-sena 2010 |
|
|
Nota lil |
Grupp |
|
Tunnellati |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
|
16 |
Mhux speċifikament ipprovduta għall-(NSPF) |
16-Tokyo |
908,877 |
|
16-l-Uruguay |
3 446,000 |
||
|
17 |
Blue Mould |
17 |
350,000 |
|
18 |
Cheddar |
18 |
1 050,000 |
|
20 |
Edam/Gouda |
20 |
1 100,000 |
|
21 |
Tip Taljan |
21 |
2 025,000 |
|
22 |
Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler barra dak bil-formazzjoni tal-għajn |
22-Tokyo |
393,006 |
|
22-l-Uruguay |
380,000 |
||
|
25 |
Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler lbil-formazzjoni tal-għajn |
25-Tokyo |
4 003,172 |
|
25-l-Uruguay |
2 420,000 |
||
ANNESS II
Preżentazzjoni tal-informazzjoni rikjesta skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006
|
L-identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota msemmija fil-kolonna 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 671/2009: |
|
L-isem tal-grupp indikat fil-kolonna 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 671/2009: …
…
|
Oriġini tal-kwota: |
Uruguay Round: |
Tokyo Round: |
|
Isem/Indirizz tal-applikant |
Kodiċi tal-Prodott tan-Nomenklatura magħquda |
Kwantità mitluba fl-applikazzjoni f ’ tunnellati |
Tariffi Armonizzati Skema tal-Kodiċi tal-USA |
Isem/Indirizz tal-Importatur nominat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
||
|
Total: |
|
|
ANNESS III
Preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 3 ta ’671/2009
Għandu jintbagħat fuq + 32 2 295 3310 jew AGRI-MILK-USA@ec.europa.eu
|
L-identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota msemmija fil-kolonna 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 671/2009: |
|
L-isem tal-grupp indikat fil-kolonna 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 671/2009: …
…
|
Oriġini tal-kwota: |
Uruguay Round: |
Tokyo Round: |
|
Nru |
Isem/Indirizz tal-L-applikant |
Kodiċi tal-Prodott tan-Nomenklatura magħquda |
Kwantità mitluba fl-applikazzjoni f ’ tunnellati |
Tariffi Armonizzati Skema tal-Kodiċi tal-USA |
L-Isem u l-Indirizz Importatur magħżul l-importatur |
|
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
|||
|
Total: |
|
|
|||
|
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
|||
|
Total: |
|
|
|||
|
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
|||
|
Total: |
|
|
|||
|
4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
|||
|
Total: |
|
|
|||
|
5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
|||
|
Total: |
|
|
ANNESS IV
Preżentazzjoni ta’ liċensji mogħtija f’konfromità l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006
[Għandu jintbagħat lill- +32 2 295 3310 jew AGRI-MILK-USA@ec.europa.eu]
|
L-identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota msemmija fil-kolonna 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 671/2009 |
Oriġini tal-kwota |
Isem/Indirizz tal-applikant |
Kodiċi tal-Prodott tan-Nomenklatura magħquda |
Kwantità mitluba fl-applikazzjoni f’tunnellati |
Isem/Indirizz tal- importatur magħżul |
Kwantità Allokata (1) f’tunnellati |
|
|
Uruguay round |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Tokyo round |
|
|
|
|||
|
Total: |
|
Total: |
|
|||
|
|
Uruguay round |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Tokyo round |
|
|
|
|||
|
Total: |
|
Total: |
|
|||
|
|
Uruguay round |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Tokyo round |
|
|
|
|||
|
Total: |
|
Total: |
|
|||
(1) Il-kwantitajiet allokati bix-xorti għandhom jitqassmu bejn il-kodiċijiet ta’ NM individwali fi proporzjon mal-kwantitajiet tal-prodotti bil-kodiċi-NM li saret applikazzjoni għalihom