|
19.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 387/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1727
tat-18 ta’ Novembru 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 rigward ċerti regoli dwar l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata, għall-għan li jingħata l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat, implimentazzjoni uniformi tal-kriterju stabbilit fl-Artikolu 39(a) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (“il-Kodiċi”) dwar in-nuqqas ta’ kwalunkwe ksur serju jew ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali u r-regoli tat-tassazzjoni, inkluż ebda rekord ta’ reati kriminali serji marbuta mal-attività ekonomika tal-applikant, jeħtieġ li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (2). L-ewwel nett, jeħtieġ li jiġi ċċarat li, fir-rigward ta’ ksur, il-kriterju jkun issodisfat meta l-ebda awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja ma tkun ħadet deċiżjoni li tikkonkludi li wieħed mill-persuni deskritti fil-punt (b) tal-Artikolu 24(1) ikun wettaq tali ksur fl-aħħar tliet snin. Il-fatti li jwasslu għall-ksur iridu jkunu seħħew fit-tliet snin ta’ qabel, minkejja li l-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja tista’ f’xi każijiet tikkonkludi dwar dawk il-fatti wara li jkunu għaddew dawk it-tliet snin. It-tieni, jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-ksur serju jew ripetut rilevanti tal-leġiżlazzjoni doganali u r-regoli tat-tassazzjoni huwa dak relatat mal-attività ekonomika tal-persuni deskritti fil-punt (b) ta’ dak l-Artikolu. It-tielet, jeħtieġ li jiġi ċċarat liema persuni minbarra l-applikant iridu, skont l-istruttura organizzazzjonali tal-applikant, jiġu vvalutati fir-rigward tal-kriterju. |
|
(2) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447
L-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li gej: “1. Il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 39(a) tal-Kodiċi għandu jitqies li jkun issodisfat jekk,
|
|
(2) |
Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li gej: “3. Meta l-persuna msemmija fil-paragrafu 1(b) (iii), għajr l-applikant, tkun stabbilita jew ikollha r-residenza tagħha f’pajjiż terz, sabiex tieħu d-deċiżjoni, l-awtorità doganali kompetenti għandha tivvaluta l-osservanza tal-kriterju msemmi fl-Artikolu 39(a) tal-Kodiċi abbażi tar-rekords u l-informazzjoni li jkollha.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).