30.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10335 — PAI/Gapave/Apave)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 256/04)

1.   

Fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

PAI Partners SAS (“PAI”, Franza),

—

Association Gapave (“Gapave”, Franza),

—

Apave SA f’Elansym SAS (“Groupe Apave”, Franza), ikkontrollata minn Gapave.

PAI u Gapave jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Groupe Apave.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

PAI: ditta ta’ ekwità privata, prinċipalment attiva fl-Ewropa, li s-setturi ewlenin tal-investiment tagħha huma prodotti tal-konsumatur, prodotti industrijali, distribuzzjoni, servizzi tas-saħħa u tan-negozju;

—

Gapave: assoċjazzjoni rregolata mil-liġi Franċiża tal-1 ta’ Lulju 1901 li tikkontrolla esklużivament Groupe Apave,

—

Groupe Apave: kumpaniji attivi prinċipalment fi Franza fil-qasam tal-kontroll tar-riskji tekniċi, umani u ambjentali u fit-taħriġ relatat b’mod partikolari mal-ġestjoni tar-riskju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10335 — PAI/Gapave/Apave

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.