|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1790 |
22.3.2024 |
P9_TA(2023)0319
Fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (Inizjattiva tal-Avjazzjoni ReFuelEU)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi għal trasport bl-ajru sostenibbli (COM(2021)0561 – C9-0332/2021 – 2021/0205(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2024/1790)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0561), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0332/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2021 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta’ Ġunju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0199/2022), |
1.
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2.
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
P9_TC1-COD(2021)0205
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-13 ta' Settembru 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' kondizzjonijiet ekwi għal trasport bl-ajru sostenibbli (ReFuelEU Aviation)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/2405.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1790/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)