1.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1108/2010

tat-30 ta’ Novembru 2010

li japprova emendi mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Castagna del Monte Amiata (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta ”Castagna del Monte Amiata“, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1904/2000 (3).

(2)

Minħabba li l-emenda konċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), kif stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Il-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni kif stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, għalhekk l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda, tal-ispeċifikazzjoni ppublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)   ĠU L 228, 8.9.2000, p. 57.

(4)   ĠU C 60, 11.3.2010, p. 15.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.6   Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

L-ITALJA

Castagna del Monte Amiata (IĠP)