<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0400406501.case.xml"><NO.CASE>C-123/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0123</NO.CELEX><NO.SEQ>0029.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-4067</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-4088</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>22</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20100429">29.4.2010</DATE> — KAWŻA C-123/09</LEFT><RIGHT>ROECKL SPORTHANDSCHUHE</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-123/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20090403">3 ta’ April 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Roeckl Sporthandschuhe GmbH &amp; Co. KG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt München,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta, G. Arestis (Relatur), J. Malenovský u D. Šváby, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-4068"?><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: N. Nanchev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Roeckl Sporthandschuhe GmbH &amp; Co. KG, minn H. Kühle u U. Reimer, Steuerberater,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.-R. Killmann u L. Bouyon, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa<?PAGE NO="I-4069"?> Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382) kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-<DATE ISO="20030911">11 ta’ Settembru 2003</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 14, p. 3, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001" />NM<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001" />).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Roeckl Sporthandschuhe GmbH &amp; Co. KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002" />Roeckl<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002" />) u l-Hauptzollamt München (l-uffiċċju prinċipali tad-dwana), dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ ingwanti tal-irkib taż-żwiemel magħmula mit-tessut u minn kisja ta’ materjal plastiku, liema tessut isir raff min-naħa u mbagħad jinkesa b’materjal plastiku, jiġifieri bi xkuma tal-polyurethane.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003" />SA<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003" />), konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE>, u l-Protokoll li jemendaha, tal-<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004" />Konvenzjoni dwar is-SA<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004" />), ġew approvati f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, kull parti kontraenti għandha tiżgura li n-nomenklaturi tariffarji u l-istatistika jkunu konformi mas-SA, tuża l-intestaturi u s-subintestaturi kollha tagħha, mingħajr żieda jew modifika, kif ukoll il-kodiċijiet relatati magħhom, u ssegwi l-ordni numerika tal-imsemmija sistema. L-istess dispożizzjoni tipprovdi li kull parti kontraenti għandha wkoll tapplika r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA kif ukoll in-noti kollha tat-taqsimiet,<?PAGE NO="I-4070"?> tal-kapitoli u tas-subintestaturi tas-SA, u ma għandhiex timmodifika l-portata tat-taqsimiet, tal-kapitoli, tal-intestaturi jew tas-subintestaturi tas-SA.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005" />ODD<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005" />), imwaqqfa bil-Konvenzjoni li ħolqot l-imsemmi kunsill, konkluża fi Brussell fil-<DATE ISO="19501215">15 ta’ Diċembru 1950</DATE>, għandha tapprova, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar is-SA, in-noti ta’ spjega u l-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni adottati mill-Kumitat tas-SA, korp li huwa rregolat bl-Artikolu 6 tagħha. Skont l-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, il-kompiti tal-kumitat jinkludu, b’mod partikolari, li jipproponi emendi għall-imsemmija konvenzjoni u li jfassal noti ta’ spjega, opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni kif ukoll opinjonijiet oħra għall-interpretazzjoni tas-SA.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-punt VIII tan-nota ta’ spjega tas-SA dwar il-punt 3(b) tar-regola ġenerali għall-interpretazzjoni tal-NM, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006" />[i]l-fattur li jiddetermina n-natura essenzjali jvarja skont it-tip ta’ prodott. Dan jista’ jiġi ddeterminat, pereżempju, min-natura tal-materjal li li jkun magħmul minnu jew mill-komponenti tiegħu, mill-volum, mill-kwalità, jew mill-piż tiegħu jew mill-importanza li għandu wieħed mill-materjali li jkun magħmul minnu għall-użu tal-prodott<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006" />.[traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet ġenerali taħt il-kapitolu 39 tan-noti ta’ spjega, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007" />Materjal plastiku u xogħlijiet b’dan il-materjal<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007" />, jistabbilixxu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-kapitolu. Fost il-prodotti li jaqgħu taħt l-imsemmi kapitolu hemm dawk li huma komposti minn tessut u minn materjal plastiku. Il-kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar dawn il-prodotti jipprovdu kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008" />Il-kisi tal-ħitan jew tas-soqfa li jissodisfa l-kundizzjonijiet tan-nota 9 tal-kapitolu preżenti jaqa’ taħt in Nru 39.18. Il-klassifikazzjoni ta’ materjal tat-tessut imħallat b’materjal plastiku huwa essenzjalment irregolat bin-Nota 1 h) tat-Taqsima XI, bin-Nota<?PAGE NO="I-4071"?> 3 tal-Kapitolu 56 u bin-Nota 2 tal-Kapitolu 59. Barra minn hekk, dan il-kapitolu jkopri l-prodotti li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>feltru mimli, miksi, mgħotti b’materjal plastiku jew laminat b’dan l-istess materjal, li jinkludi minn tal-inqas 50 % ta’ tessut, kif ukoll feltru kompletament imdeffes fil-materjal plastiku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-tessuti u t-tessuti mhux minsuġa, jew imdeffsin fil-materjal plastiku, jew inkella miksijin jew mgħottijin għalkollox miż-żewġ naħat tagħhom b’dan il-materjal, bil-kundizzjoni li l-kisi jew l-għata jkunu viżibbli għall-għajn, mingħajr ma tiġi nnotata bidla fil-kulur dovuta għal dawn il-proċessi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>it-tessuti mimlijin, miksijin jew mgħottijin b’materjal plastiku jew laminati b’dan l-istess materjal li ma jistgħux jintwew bl-idejn, mingħajr ma jinkisru, madwar ċilindru ta’ 7mm dijametru f’temperatura ta’ bejn il-15°Ċ u t-30°Ċ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>pjanċi, folji jew strixxi ta’ materjal plastiku ċellulari, flimkien ma’ tessut (kif iddefinit fin-Nota 1 tal-Kapitolu 59), ta’ feltru jew tessuti mhux minsuġa, li fih it-tessut iservi biss bħala tisħiħ.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>F’dan ir-rigward, meta jiġu applikati biss fuq naħa waħda tal-pjanċi, tal-folji jew tal-istrixxi, it-tessuti mhux maħduma, mhux ibbliċjati, ibbliċjati jew miżbugħin iservu ta’ sempliċi tisħiħ. Min-naħa l-oħra, meta jinħadmu, jiġu stampati jew ikunu ġew suġġetti għall-produzzjoni iktar elaborata (pereżempju, proċess li jagħmilhom iktar raffi), kif ukoll prodotti speċjali, bħal velvet, tull jew bizzilla u bħall-prodotti tat-tessut<?PAGE NO="I-4072"?> tal-intestatura 5811, jitqiesu li għandhom funzjoni oħra minbarra dik ta’ sempliċi tisħiħ.</P><P>[…].<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Komunitarju</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>In-NM hija bbażata fuq is-SA. In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi tas-SA b’sitt numri, filwaqt li s-seba’ u t-tmien numru joħolqu subdiviżjonijiet li huma speċifiċi għan-nomenklatura.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-ewwel parti tan-NM tinkludi ġabra ta’ dispożizzjonijiet preliminari. F’din il-parti, taħt it-Taqsima I, li tikkonċerna r-regoli ġenerali, is-Sezzjoni A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009" />Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-[NM]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009" /> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010" />regoli ġenerali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010" />), tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011" />Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għanda tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin.</P><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titoli tat-taqsimiet, kapitoli u subkapitoli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ l-intestaturi u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitolu relattiv u,<?PAGE NO="I-4073"?> sakemm dawn l-intestaturi jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>[...]</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Kwalunkwe referenza f’titlu għal materjal jew sustanza għandha titqies li tinkludi referenza għal taħlit jew kombinazzjonijiet ta’ dak il-materjal jew is-sustanza b’materjali jew sustanzi oħra. Kwalunkwe referenza għal oġġetti ta’ ċertu materjal jew sustanza għandha titqies li tinkludi referenza għal oġġetti li jikkonsistu totalment jew parzjalment minn materjal jew sustanza bħal din. Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti magħmulin minn iżjed minn materjal jew sustanza waħda għandha ssir skont il-prinċipji ta’ regola 3.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Meta permezz ta’ l-applikazzjoni tar-regola 2(b) jew kwalunkwe raġuni oħra, l-oġġetti jkunu klassifikati prima facie taħt intestatura waħda jew iżjed, il-klassifikazzjoni għandha ssir kif ġej:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>taħlitiet, oġġetti komposti li jikkonsistu minn materjali differenti jew magħmulin minn komponenti differenti, u oġġetti mtellgħin għal bejgħ bl-imnut, li ma jistgħux ikunu klassifikati b’referenza għal 3(a), għandhom ikunu klassifikati daqs li kieku kienu magħmulin mill-materjal jew mill-komponent li jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom, sakemm dan il-kriterju jkun applikabbli;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4074"?><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>meta oġġetti ma jistgħux ikunu klassifikati b’referenza għal 3(a) jew (b), huma għandhom ikunu klassifikati taħt l-intestatura li tiġi l-aħħar f’ordni numerika fost dawk li ugwalment għandha tingħatalhom konsiderazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><P>[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011" /></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>It-tieni parti tal-NM tinkludi t-Taqsima VII, li tikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012" />Plastik [Materjal plastiku] u oġġetti tiegħu; gomma u oġġetti tagħha<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012" />. Din it-taqsima tinkludi l-Kapitolu 39, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013" />Plastik [Materjal plastiku] u oġġetti tiegħu<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013" />.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont in-nota addizzjonali tal-imsemmi Kapitolu 39:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014" />Fejn id-drapp tessili [tessut] ikun hemm biss għal għanijiet ta’ rinforz, ingwanti, mittens jew mitts mimlijin, miksijin jew mgħottijin bi plastiks [b’materjal plastiku] ċellulari ikunu tal-Kapitolu 39, ukoll jekk huma:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>magħmulin minn drappijiet tessili [tessuti] (ħlief dawk ta’ l-intestatura <FT TYPE="CN">5903</FT>) mimljijin, miksijin jew mgħottijin bi plastiks [b’materjal plastiku] ċellulari, jew,</P></ITEM><ITEM><P>magħmulin minn drappijiet tessili [tessuti] li mhumiex mimljijin, miksijin jew mgħottijin u sussegwentement ikunu mimljijin, miksijin jew mgħottijin bi plastiks [b’materjal plastiku] ċellulari.</P></ITEM></LIST><?PAGE NO="I-4075"?><P>[sa fejn dawn id-drappijiet, mimlijin, miksijin jew mgħottijin iservu biss bħala sempliċi tisħiħ [nota 3(ċ) u punt (5) tan-nota 2(a) tal-Kapitolu 56]].<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014" /></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-intestatura <FT TYPE="CN">3926</FT> tan-NM tinkludi s-subintestatura <FT TYPE="CN">39262000</FT> u tipprovdi kif ġej:</TXT><P><TBL COLS="4" NO.SEQ="0001"><CORPUS><ROW TYPE="HEADER"><CELL COL="1" TYPE="HEADER">Kodiċi NM</CELL><CELL COL="2" TYPE="HEADER">Deskrizzjoni tal-prodotti</CELL><CELL COL="3" TYPE="HEADER">Rata tad-dazju konvenzjonali (%)</CELL><CELL COL="4" TYPE="HEADER">Unità addizzjonali</CELL></ROW><ROW TYPE="ALIAS"><CELL COL="1" TYPE="ALIAS">1</CELL><CELL COL="2" TYPE="ALIAS">2</CELL><CELL COL="3" TYPE="ALIAS">3</CELL><CELL COL="4" TYPE="ALIAS">4</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">3926</FT></CELL><CELL COL="2">Oġġetti oħra ta’ materjal plastiku u oġġetti magħmula minn materjal ieħor tal-intestatura <FT TYPE="CN">3901</FT> sa 3914:</CELL><CELL COL="3"><IE /></CELL><CELL COL="4"><IE /></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">…</CELL><CELL COL="2"><IE /></CELL><CELL COL="3"><IE /></CELL><CELL COL="4"><IE /></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">39262000</FT></CELL><CELL COL="2"><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Ħwejjeġ u aċċessorji tal-ħwejjeġ (inkluż ingwanti, mittens u mitts): . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .</TXT></NP></CELL><CELL COL="3">6,5</CELL><CELL COL="4">-</CELL></ROW></CORPUS></TBL></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>It-Taqsima XI tan-NM li tikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015" />Tessuti u Oġġetti ta’ Tessuti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015" /> tinkludi l-Kapitolu 56, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016" />Materjal tessili [Tessut] artab, feltru u materjali mhux minsuġin; ħjut speċjali; spag, ċwiemi, ħbula u cables u oġġetti minnhom<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016" /> u l-Kapitolu 61, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017" />Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crotcheted)<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017" />.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4076"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont in-noti relatati mal-imsemmija Taqsima XI:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018" />1.</NO.P><TXT>Din it-taqsima ma tkoprix:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>drapp minsuġ, maħdum bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (kroxè), feltru jew mhux minsuġ, mimli b’sustanza oħra (impregnated), miksi, mgħotti jew laminat bil-plastiks [b’materjal plastiku], jew oġġetti tiegħu, tal-Kapitolu 39;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><P>[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018" /></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-punt 3 tan-noti taħt il-Kapitolu 56 tat-Taqsima XI tan-NM, hemm indikat li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019" />L-intestaturi <FT TYPE="CN">5602</FT> u <FT TYPE="CN">5603</FT> jkopru rispettivament feltru u materjali mhux minsuġin, mimlijin b’sustanza oħra (impregnated), miksijin, mgħottijin jew laminati bi plastiks [b’materjal plastiku] jew lastku hi x’inhi n-natura ta’ dawn il-materjali (kompatti jew ċellulari).</P><P>L-intestatura <FT TYPE="CN">5603</FT> tinkludi ukoll materjali mhux minsuġin li fihom plastiks [materjal plastiku] jew lastku ikunu is-sustanza li tgħaqqad.</P><?PAGE NO="I-4077"?><P>Iżda l-intestaturi <FT TYPE="CN">5602</FT> u <FT TYPE="CN">5603</FT> ma jkoprux:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>pjanċi, folji jew strixxa ta’ plastiks [materjal plastiku] ċellulari jew lastku ċellulari flimikien ma’ feltru jew materjali mhux minsuġin, fejn il-materjal tessili [it-tessut] qiegħed hemm biss għal għanijiet ta’ rinforz (Kapitolu 39 jew 40);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019" /></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-punt 2(a) tan-noti taħt il-Kapitolu 59 tat-Taqsima XI tan-NM jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020" />L-intestatura <FT TYPE="CN">5903</FT> tapplika għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>drappijiet ta’ tessuti, mimljin b’sustanza oħra, miksijin, mgħottijin jew laminati bi plastiks [b’materjal plastiku], hu x’inhu l-piż kull metru kwadru u hi x’inhi n-natura tal-materjal ta’ plastik [plastiku] (kompatt jew ċellulari), ħlief:</TXT><P>[…]</P><?PAGE NO="I-4078"?><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>pjanċi, folji jew strixxi ta’ plastiks [materjal plastiku] ċellulari, magħqudin ma’ drapp ta’ tessuti, fejn id-drapp tessili [it-tessut] jinsab hemm biss għal għanijiet ta’ rinfurzar (Kapitolu 39);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020" /></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont in-noti addizzjonali relatati mal-Kapitolu 61 tal-imsemmija Taqsima XI:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021" />[…]</P><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-intestatura <FT TYPE="CN">6111</FT> u s-subintestaturi <FT TYPE="CN">61161020</FT> u <FT TYPE="CN">61161080</FT> jkopru:</TXT><P>ingwanti, mittens u mitts, mimlijin b’sustanza oħra, miksijin jew mgħottijin bi plastiks [b’materjal plastiku] jew gomma, anke jekk huma:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>magħmulin minn drappijiet ta’ tessuti maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mimlijin b’sustanza oħra, miksijin jew mgħottijin bi plastiks [b’materjal plastiku] jew gomma ta’ l-intestatura <FT TYPE="CN">5903</FT> jew <FT TYPE="CN">5906</FT>, jew</P></ITEM><ITEM><P>magħmulin minn drappijiet ta’ tessuti maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mhumiex mimlijin b’sustanza oħra, mhux miksijin jew mhux mgħottijin u sussegwentement mimlijin b’sustanza oħra, miksijin jew mgħottijin bi plastiks [b’materjal plastiku] jew gomma</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-4079"?><P>Meta drappijiet ta’ tessuti maħdumin bil-labar jew bil-ganċ iservu biss ta’ rinforz, ingwanti, mittens jew mitts, mimlijin b’sustanza oħra, miksijin jew mgħottijin bi plastiks [b’materjal plastiku] ċellulari jew gomma ċellulari ikunu tal-Kapitolu 39 jew 40, ukoll jekk ikunu magħmulin minn drappijiet ta’ tessuti maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mhumiex mimlijin b’sustanza oħra, mhux miksijin jew mhux mgħottijin u sussegwentement mimlijin b’sustanza oħra, miksijin jew mgħottijin bi plastiks ċellulari [b’materjal plastiku] jew gomma ċellulari (nota 2 (a) (5) u nota 4, l-aħħar paragrafu, tal-Kapitolu 59).<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021" /></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-intestatura <FT TYPE="CN">6116</FT> tan-NM tinkludi s-subintestatura <FT TYPE="CN">61161080</FT> u tipprovdi kif ġej:</TXT><P><TBL COLS="4" NO.SEQ="0002"><CORPUS><ROW TYPE="HEADER"><CELL COL="1" TYPE="HEADER">Kodiċi NM</CELL><CELL COL="2" TYPE="HEADER">Deskrizzjoni tal-prodotti</CELL><CELL COL="3" TYPE="HEADER">Rata tad-dazju konvenzjonali (%)</CELL><CELL COL="4" TYPE="HEADER">Unità addizzjonali</CELL></ROW><ROW TYPE="ALIAS"><CELL COL="1" TYPE="ALIAS">1</CELL><CELL COL="2" TYPE="ALIAS">2</CELL><CELL COL="3" TYPE="ALIAS">3</CELL><CELL COL="4" TYPE="ALIAS">4</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">6116</FT></CELL><CELL COL="2">Ingwanti, mittens u mitts, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ:</CELL><CELL COL="3"><IE /></CELL><CELL COL="4"><IE /></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">611610</FT></CELL><CELL COL="2"><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>mimlijin b’materjal ieħor, miksijin, mgħottijin b’materjal plastiku jew bil-lastku:</TXT></NP></CELL><CELL COL="3"><IE /></CELL><CELL COL="4"><IE /></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">61161020</FT></CELL><CELL COL="2"><NP><NO.P>--</NO.P><TXT>Ingwanti mimlijin b’materjal ieħor, miksijin jew mgħottijin bil-lastku . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .</TXT></NP></CELL><CELL COL="3">8</CELL><CELL COL="4">pa</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">61161080</FT></CELL><CELL COL="2"><NP><NO.P>--</NO.P><TXT>oħrajn . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .</TXT></NP></CELL><CELL COL="3">8,9</CELL><CELL COL="4">pa</CELL></ROW></CORPUS></TBL></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4080"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Roeckl hija kumpanija li tikkummerċjalizza ingwanti, inklużi ż-żewġ mudelli ta’ ingwanti tal-irkib taż-żwiemel inkwistjoni fil-kawża prinċipali bin-numri tal-artikolu 3301-208 u 3301-233. Dawn il-mudelli ta’ ingwanti huma manifatturati minn materjal magħmul mit-tessut u minn kisja tal-materjal plastiku. Matul il-produzzjoni tagħhom, il-kisja ta’ tisħiħ magħmula mit-tessut titħarrax fuq naħa u n-naħa raffa mbagħad tinkesa kompletament bl-ixkuma tal-polyurethane. In-naħa tat-tessut li tmiss mal-ġilda tal-persuna li tilbes l-ingwanti ma titħarrax.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20000803">3 ta’ Awwissu 2000</DATE>, l-Oberfinanzdirektion Koblenz — Zolltechnische Prüfungs — und Lehranstalt (Direttorat Ġenerali tal-Finanzi f’Koblenz — Istitut Tekniku għall-verifika u għat-taħriġ tad-dwana) ittrażmetta lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali l-informazzjoni tariffarja vinkolanti DE F/2113/00-1 għall-mudell tal-ingwanta bin-numru tal-artikolu 3301-208 u kklassifika din l-ingwanta taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">61161080</FT> tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Roeckl ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni, li ġie miċħud fl-<DATE ISO="20030814">14 ta’ Awwissu 2003</DATE> mill-Finanzgericht Rheinland-Pfalz prinċipalment abbażi tal-fatt li t-tessut użat għall-manifattura tal-ingwanta inkwistjoni kien ġie suġġett għall-ipproċessar addizzjonali sabiex isir raff u għaldaqstant ma kienx intuża biss bħala sempliċi tisħiħ għall-kisja tal-materjal plastiku.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20050110">10 ta’ Jannar 2005</DATE>, Roeckl ippreżentat dikjarazzjoni doganali addizzjonali fir-rigward tal-perjodu ta’ kontabbiltà ta’ Diċembru 2004, għar-rilaxx ta’ diversi ingwanti, inklużi l-ingwanti tal-irkib taż-żwiemel inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u, f’din l-okkażjoni, ikklassifikathom taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">61161080</FT> tan-NM. Abbażi ta’ din id-dikjarazzjoni, il-Hauptzollamt München, permezz tal-opinjoni dwar l-iffissar ta’ dazji u ta’ taxxi għall-importazzjoni tal-<DATE ISO="20050110">10 ta’ Jannar 2005</DATE>, stabbilixxa l-ammont tat-taxxi għall-importazzjoni għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">58753.24</FT>. Wara din l-opinjoni, Roeckl ressqet<?PAGE NO="I-4081"?> ilment quddiem il-Hauptzollamt München, li ġie miċħud permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20060111">11 ta’ Jannar 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Sussegwentement, Roeckl ippreżentat appell minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju li fih sostniet li l-ingwanti tal-irkib taż-żwiemel inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">39262000</FT> tan-NM fid-dawl tal-fatt li, b’mod partikolari, il-proċess li bih it-tessut isir raff kien sempliċement iservi sabiex itejjeb it-twaħħil tal-kisja tal-materjal plastiku mal-wiċċ tat-tessut u għaldaqstant, kellu jitqies li huwa proċedura li tippermetti lit-tessut iservi ta’ tisħiħ għall-kisja tal-materjal plastiku.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-proċess li fih it-tessut isir raff jagħtix awtomatikament lit-tessut funzjoni oħra minbarra dik ta’ sempliċi tisħiħ. Hija tirrileva li dan ir-riżultat huwa madankollu dibattibbli meta l-proċess li fih it-tessut isir raff iservi biss sabiex itejjeb it-twaħħil tal-materjal plastiku mat-tessut.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht München iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel is-segwenti domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022" />Is-subintestatura <FT TYPE="CN">39262000</FT> tan-[NM] għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri anki ċerti prodotti tat-tessut li naħa waħda tagħhom tiġi magħmula raffa u miksija b’kisja tal-plastik [materjal plastiku], liema kisja però ma tipprovdi l-ebda funzjoni għajr dik ta’ sempliċi tisħiħ, peress li l-proċess li fih it-tessut jiġi magħmul raff iwassal esklużivament għal adeżjoni aħjar tal-kisja tal-plastik u ma jkunx iktar viżibbli mill-utent ladarba jitlesta l-prodott (ara wkoll in-Nota 56.5 tas-[SA] dwar il-Kapitolu 39 tan-[NM])?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022" /></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4082"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk ingwanti tal-irkib taż-żwiemel, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhomx jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">39262000</FT> tan-NM, bħala prodott ta’ materjal plastiku, jew taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">61161080</FT> tan-NM, bħala prodott tat-tessut.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Qabelxejn, skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-isħarriġ, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-prodotti għandu jiġi identifikat, b’mod ġenerali, mill-karatteristiċi u mill-proprjetajiet oġġettivi tal-prodotti, kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM u min-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Olicom, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-142/06" PAGE.ECR="I-6675" YEAR="2007">C-142/06, Ġabra p. I-6675</REF.DOC.ECR>, punt 16, kif ukoll tal-<DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Kip Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-362/07+C-363/07" PAGE.ECR="I-9489" YEAR="2008">C-362/07 u C-363/07, Ġabra p. I-9489</REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-użu li għalih huwa intiż il-prodott jista’ wkoll jikkostitwixxi kriterju oġġettiv għall-klassifikazzjoni sa fejn dan ikun inerenti għall-imsemmi prodott, u din in-natura inerenti għandha tkun tista’ tiġi evalwata skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-prodott (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, RUMA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-183/06" PAGE.ECR="I-1559" YEAR="2007">C-183/06, Ġabra p. I-1559</REF.DOC.ECR>, punt 36, u Olicom, iċċitata iktar ’il fuq, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li kemm in-noti tal-kapitoli tat-Tariffa Doganali Komuni kif ukoll in-noti ta’ spjega tas-SA jikkostitwixxu tabilħaqq mezzi importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din it-tariffa u fihom infushom jistgħu jkunu validi għall-interpretazzjoni tagħha (ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="19940519">19 ta’ Mejju 1994</DATE>, Siemens Nixdorf, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-11/93" PAGE.ECR="I-1945" YEAR="1994">C-11/93, Ġabra p. I-1945</REF.DOC.ECR>, punt 12; tat-<DATE ISO="19971218">18 ta’ Diċembru 1997</DATE>, Techex, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-382/95" PAGE.ECR="I-7363" YEAR="1997">C-382/95, Ġabra p. I-7363</REF.DOC.ECR>, punt 12, u tat-<DATE ISO="20001019">19 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Peacock, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-339/98" PAGE.ECR="I-8947" YEAR="2000">C-339/98, Ġabra p. I-8947</REF.DOC.ECR>, punt 10 u Olicom, iċċitata iktar ’il fuq, punt 17).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat li fir-rigward tal-ingwanti tal-irkib taż-żwiemel inkwistjoni, magħmula minn tessut u minn kisja tal-materjal plastiku, ma<?PAGE NO="I-4083"?> hemm ebda riferiment espliċitu għalihom la fil-kliem tal-NM u lanqas fin-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-formulazzjoni tal-intestatura <FT TYPE="CN">3926</FT> tan-NM li, skont Roeckl, jaqgħu taħtha l-ingwanti tal-irkib taż-żwiemel inkwistjoni fil-kawża prinċipali, issemmi, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023" />oġġetti oħra tal-materjal plastiku u oġġetti magħmula minn materjal ieħor tal-intestaturi <FT TYPE="CN">3901</FT> sa <FT TYPE="CN">3914</FT><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023" />, filwaqt li l-formulazzjoni tal-intestatura <FT TYPE="CN">6116</FT> tan-NM tikkonċerna, b’mod partikolari, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024" />ingwanti, mittens u mitts, maħduma bil-labar jew bil-ganċ<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024" />. Is-subintestatura <FT TYPE="CN">39262000</FT> tan-NM tkopri, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025" />ħwejjeġ u aċċessorji tal-ħwejjeġ (inkluż ingwanti, mittens u mitts)<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025" />, filwaqt li s-subintestatura <FT TYPE="CN">61161080</FT> tan-NM, li hija inkluża fil-kategorija tal-ingwanti, tal-mittens u tal-mitts, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, mimlijin b’materjal ieħor, miksijin, jew mgħottijin b’materjal plastiku jew bil-lastku, hija ddefinita b’mod negattiv, permezz tar-referenza ġenerali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026" />oħrajn<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026" />, b’riferiment għas-subintestatura <FT TYPE="CN">61161020</FT> tan-NM li tinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027" />ingwanti mimlijin b’materjal ieħor, miksijin, jew mgħottijin bil-lastku.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0027" REF.START="QS0027" /></TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li l-ingwanti tal-irkib taż-żwiemel inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma magħmula minn materjali differenti u ma hemm ebda intestatura tariffarja speċifika li jistgħu jiġu kklassifikati taħtha, l-unika dispożizzjoni applikabbli għall-klassifikazzjoni ta’ dawn l-ingwanti huwa l-punt 3(b) tar-regoli ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19880621">21 ta’ Ġunju 1988</DATE>, Sportex, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="253/87" PAGE.ECR="3351" YEAR="1988">253/87, Ġabra p. 3351</REF.DOC.ECR>, punt 7, u tas-<DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Turbon International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-250/05" PAGE.ECR="I-10531" YEAR="2006">C-250/05, Ġabra p. I-10531</REF.DOC.ECR>, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li l-punt 3(b) tar-regoli ġenerali, li jkopri preċiżament is-sitwazzjoni li fiha jidher li l-prodotti inkwistjoni jidhru li għandhom jiġu kklassifikati taħt żewġ intestaturi jew iktar, jipprovdi li l-prodotti mħallta, li l-klassifikazzjoni tagħhom tista’ biss issir skont il-punt 3(a) ta’ dawn ir-regoli, għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal jew il-komponent li jagħtihom in-natura essenzjali meta jkun possibbli li dan jiġi ddeterminat. Jekk dan ma jkunx il-każ, huma għandhom jiġu kklassifikati, skont ir-regola ġenerali 3(ċ), taħt l-aħħar intestatura tas-sekwenza numerika fost l-intestaturi li jistgħu validament jittieħdu inkunsiderazzjoni (ara s-sentenza Kip Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4084"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni marbuta mal-kriterji applikabbli għall-klassifikazzjoni tan-NM ta’ ingwanti għall-irkib taż-żwiemel inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fil-kawża li tressqet quddiemha, il-proċess li fih it-tessut isir raff jistax jiġi kkunsidrat bħala kriterju suffiċjenti sabiex jagħti awtomatikament funzjoni oħra minbarra dik ta’ sempliċi tisħiħ, ħaġa li timplika l-klassifikazzjoni ta’ dawn l-ingwanti fl-intestatura <FT TYPE="CN">6116</FT> tan-NM, bħala prodott tat-tessut.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-aħħar subparagrafu tan-nota addizzjonali 3, dwar il-kapitolu 61 tan-NM kif ukoll dik dwar il-kapitolu 39 tan-NM jiddelimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi Kapitolu 39. Dan tal-aħħar ikopri l-ingwanti, mittens u mitts mimlijin b’materjal ieħor, miksijin jew mgħottijin b’materjal plastiku ċellulari, anki jekk huma komposti minn tessut maħdum bil-labar jew bil-ganċ mhux mimli, miksi jew mgħotti iżda sussegwentement mimli, miksi jew mgħotti b’materjal plastiku ċellulari, sa fejn dan it-tessut maħdum bil-labar jew bil-ganċ iservi biss ta’ sempliċi tisħiħ. Il-pjanċi, il-folji jew l-istrixxi ta’ materjal plastiku ċellulari mħallta bil-feltru jew b’tessut mhux minsuġ (kif iddefinit fin-nota 1 tal-kapitolu 59) ukoll jaqgħu taħt l-istess Kapitolu 39, li fil-każ tagħhom it-tessut iservi biss ta’ sempliċi tisħiħ.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, skont in-nota ta’ spjega tas-SA dwar il-Kapitolu 39 tan-NM, it-tessuti jservu ta’ sempliċi tisħiħ meta jiġu applikati biss fuq naħa waħda tal-pjanċi, tal-folji u tal-istrixxi, u meta ma jkunux maħduma, mhux ibbliċjati, ibbliċjati jew miżbugħin. Min-naħa l-oħra, meta jinħadmu, jiġu stampati jew ikunu ġew suġġetti għall-produzzjoni iktar elaborata (pereżempju, proċess li jagħmilhom iktar raffi), kif ukoll prodotti speċjali, bħal velvet, tull jew bizzilla u bħall-prodotti tat-tessut tal-intestatura 58.11, jitqiesu li għandhom funzjoni oħra minbarra dik ta’ sempliċi tisħiħ.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li n-noti ta’ spjega tas-SA jikkostitwixxu indikazzjonijiet li jikkontribwixxu b’mod rilevanti għall-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi tan-NM (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20060427">27 ta’ April 2006</DATE>, Kawasaki Motors Europe, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-15/05" PAGE.ECR="I-3657" YEAR="2006">C-15/05, Ġabra p. I-3657</REF.DOC.ECR>, punt 36), mingħajr madankollu ma jkunu legalment vinkolanti (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20070111">11 ta’ Jannar 2007</DATE>, B.A.S. Trucks, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-400/05" PAGE.ECR="I-311" YEAR="2007">C-400/05, Ġabra p. I-311</REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4085"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni Ewropea, fid-dawl tar-riferiment espliċitu tan-noti ta’ spjega tas-SA dwar il-Kapitolu 39 tan-NM, il-kriterji li jiddeterminaw il-kunċett ta’ tisħiħ tat-tessut japplikaw esklużivament għall-prodotti magħmula mill-materjal plastiku li magħhom titwaħħal kisja tat-tessut. Dan ma huwiex il-każ fil-kawża prinċipali, peress li ma huwiex it-tessut li jitwaħħal mal-materjal plastiku, iżda l-materjal plastiku li jitwaħħal mat-tessut, u għalhekk dan ma jistax jitqies li huwa sempliċi tisħiħ tal-materjal plastiku. Barra minn hekk, la lill-materjal plastiku u lanqas lit-tessut ma jista’ jiġi attribwit piż predominanti fil-materjal tal-ingwanti inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Barra dan, it-tessut tal-ingwanti ma huwiex kompletament imdeffes fil-materjal plastiku. F’dawn iċ-ċirkustanzi, minħabba l-istruttura partikolari ta’ dawn l-ingwanti, il-kriterji pprovduti kemm min-noti tan-NM kif ukoll min-noti ta’ spjega tas-SA ma huma ta’ ebda utilità.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jintlaqa’. Fil-fatt, fir-rigward ta’ prodotti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-konsegwenza tat-tali interpretazzjoni tkun li jintilfu l-indikazzjonijiet utli għall-klassifikazzjoni tagħhom inklużi kemm fin-NM kif ukoll fis-SA u, konsegwentement, tiġi llimitata l-portata tan-noti tan-NM u tan-noti ta’ spjega tas-SA. Fil-fatt, għandu jitfakkar li kemm il-Kapitolu 39 tan-NM kif ukoll in-noti ta’ spjega tas-SA dwar dan il-kapitolu jinkludu prodotti magħmula minn materjal plastiku u minn tessut fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom u jispjegaw li dawn il-prodotti għandhom jiġu kklassifikati bħala materjal plastiku fil-każ fejn it-tessut iservi ta’ sempliċi tisħiħ għall-materjal plastiku. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemm xejn li jipprekludi li dawn il-kriterji japplikaw għal prodotti bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi tat-tessut, sabiex jiġi kkunsidrat bħala tisħiħ tal-materjal plastiku, ipprovduta fil-Kapitolu 39, ma għandhiex tinftiehem fis-sens li s-sempliċi żieda tal-karatteristiċi marbuta mal-ingwanti tal-irkib taż-żwiemel hija, fiha nfisha, deċiżiva għall-klassifikazzjoni tagħhom. Kif tfakkar fil-punt 33 tas-sentenza preżenti, għandha pjuttost issir evalwazzjoni tal-aspett ġenerali ta’ dawn l-ingwanti tal-irkib taż-żwiemel u tal-karatteristiċi kollha li jagħtuhom in-natura essenzjali tagħhom filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-importanza tal-kriterji użati għall-klassifikazzjoni tagħhom. Konsegwentement, il-proċess<?PAGE NO="I-4086"?> użat sabiex it-tali ingwanti jsiru raffi ma jistax jikkostitwixxi kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont il-punt 3(b) tar-regoli ġenerali, huwa neċessarju, sabiex issir il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ prodott, li jiġi stabbilit liema fost il-materjali li huwa magħmul minnhom, huwa l-materjal li jagħtih in-natura essenzjali tiegħu, u dan jista’ jsir billi jiġi ddeterminat jekk il-prodott, meta jitneħħa wieħed jew iktar mill-komponenti tiegħu, jitlifx il-proprjetajiet karatteristiċi tiegħu (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20010510">10 ta’ Mejju 2001</DATE>, VauDe Sport, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-288/99" PAGE.ECR="I-3683" YEAR="2001">C-288/99, Ġabra p. I-3683</REF.DOC.ECR>, punt 25; u Turbon International, iċċitata iktar ’il fuq, punt 21, u tas-<DATE ISO="20090507">7 ta’ Mejju 2009</DATE>, Siebrand, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-150/08" PAGE.ECR="I-3941" YEAR="2009">C-150/08, Ġabra p. I-3941</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Bl-istess mod, kif jindika l-punt VIII tan-nota ta’ spjega tas-SA dwar il-punt 3(b) tar-regoli ġenerali, il-fattur li jiddetermina n-natura essenzjali jista’, skont it-tip ta’ prodotti, jiġi identifikat min-natura tal-materjal li jkun magħmul minnhom jew mill-komponenti tiegħu, mill-volum tiegħu, mill-kwalità tiegħu, mill-piż tiegħu jew mill-importanza li għandu wieħed mill-materjali li jkun magħmul minnhom għall-użu ta’ dan il-prodott.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, l-ingwanti inkwistjoni huma maħsuba għall-irkib taż-żwiemel. Fil-fatt, dawn l-ingwanti għandhom prinċipalment bħala funzjoni li jippermettu l-qabda tar-riedni u l-kontroll taż-żiemel billi jiffavorixxu l-flessibbiltà u s-sensitività tar-riedni. Issa, l-element li jippermetti li tiġi sodisfatta din il-funzjoni, u li huwa speċjalment maħsub għal dan il-għan, huwa l-ixkuma tal-polyurethane li tkopri l-parti esterna tal-ingwanti u li tmiss mar-riedni. It-tessut fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-ingwanta ma jbiddilx b’mod drastiku l-proprjetajiet tal-imsemmi polyurethane, iżda sempliċement itejjeb l-effiċjenza tagħhom, billi jżid is-sensitività tar-riedni u l-kumdità għal min jilbes l-ingwanti. Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-materjal li jagħti n-natura essenzjali lill-ingwanti tal-irkib taż-żwiemel ma huwiex it-tessut, iżda l-kisja tal-polyurethane.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4087"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li ingwanti għall-irkib taż-żwiemel, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula minn tessut li sar raff min-naħa waħda u tgħatta b’kisja tal-materjal plastiku, u fejn il-kisja tat-tisħiħ saret raffa fuq naħa u mbagħad miksija bl-ixkuma tal-polyurethane, li għandha funzjoni essenzjali għall-użu tal-ingwanti bħala ingwanti tal-irkib taż-żwiemel, għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">39262000</FT> tan-NM.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-<DATE ISO="20030911">11 ta’ Settembru 2003</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li ingwanti għall-irkib taż-żwiemel, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula minn tessut li sar raff min-naħa waħda u mgħottija b’kisja tal-materjal plastiku, u fejn il-kisja tat-tisħiħ saret<?PAGE NO="I-4088"?> raffa fuq naħa u mbagħad ġiet miksija bl-ixkuma tal-polyurethane, li għandha funzjoni essenzjali għall-użu tal-ingwanti bħala ingwanti tal-irkib taż-żwiemel, għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura</HT> <HT TYPE="BOLD"><FT TYPE="CN">39262000</FT></HT> <HT TYPE="BOLD">tan-NM.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>
