|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
936 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Ġunjuu 2006
li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Belġju fl-2003
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2422)
(It-testi bil-Franċiż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)
(2006/436/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3 (3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Seħħew tifqigħat ta' l-influwenza tat-tjur fil-Belġju fl-2003 Il-feġġ ta' din il-marda ppreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem u annimali varji tal-Komunità. |
|
(2) |
Biex jiġi evitat it-tixrid tal-marda u biex tinqered kemm jista' jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda biex tkun ikkumbattuta l-marda, kif previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/749/KE ta' l-10 ta' Ottubru 2003 dwar kontribuzzjoni finanzjarja għall-qerda tal-marda ta' l-influwenza tat-tjur fil-Belġju fl-2001 (2) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Belġju għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza implimentati fl-2001 u meħuda biex tiġi kkumbattuta l-marda ta' l-influwenza tat-tjur. |
|
(4) |
Skond din id-Deċiżjoni, ingħata l-ewwel pagament ta' EUR 3 000 000. |
|
(5) |
Skond dik id-Deċiżjoni, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni mill-Komunità għandu jkun ibbażat fuq l-applikazzjoni mressqa mill-Belġju, dokumenti li jistipulaw iċ-ċifri kkwotati fl-applikazzjoni, u r-riżultati tal-verifiki fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni. L-ammont stipulat fl-applikazzjoni mressqa mill-Belġju kien ta' EUR 18 035 727,78 li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ma tistax tkun ogħla minn 50 % tan-nefqa eliġibbli. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-qerda ta' l-influwenza tat-tjur fil-Belġju fl-2003 issa għandha tiġi ffissata. |
|
(7) |
Ir-riżultati tal-verifiki mwettqa mill-Kummissjon f'konformità mar-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' l-appoġġ finanzjarju Komunitarju jfissru li l-ammont kollu tan-nefqa mressqa ma jistax jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli għal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja. |
|
(8) |
L-aħħar osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-konklużjoniiet finali u l-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli ġew ikkomunikati lill-Belġju fil-21 ta' Frar 2006. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-Komunità għan-nefqa marbuta ma' l-influwenza tat-tjur fil-Belġju fl-2003 skond id-Deċiżjoni 2003/749/KE hija ffissata għal EUR 8 088 508,16.
Billi ngħata diġà l-ewwel pagament ta' EUR 3 000 000 skond id-Deċiżjoni 2003/749/KE, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja huwa ffissat għal EUR 5 088 508,16.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).
(2) ĠU L 271, 22.10.2003, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/18/KE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 81).