|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2326 |
20.10.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2326
tat-13 ta’ Ottubru 2026
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1135 fir-rigward tas-simplifikazzjoni u tal-aġġornament tar-rekwiżiti ta’ rapportar
(notifikata bid-dokument C(2026) 7611)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali u l-emissjonijiet mit-trobbija tal-bhejjem (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 72(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw, f’format elettroniku, l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva, dwar data rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u forom oħra ta’ tniġġis, dwar il-valuri limitu tal-emissjonijiet, dwar l-applikazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT), u dwar il-progress li sar fir-rigward tal-iżvilupp u tal-applikazzjoni ta’ metodi tekniċi emerġenti. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 (2) tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni relatata mas-snin mill-2017 li l-Istati Membri jridu jagħmlu disponibbli għall-għanijiet tar-rapportar skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE. F’konformità mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1135, l-Istati Membri jridu jagħmlu l-informazzjoni disponibbli billi jużaw l-għodda elettronika armonizzata għar-rapportar ipprovduta mill-Kummissjoni. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 72(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1135 trid tiġi aġġornata kull meta jkun meħtieġ u mhux aktar tard mill-5 ta’ Awwissu 2026. Id-Direttiva (UE) 2024/1785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emendat id-Direttiva 2010/75/UE, u għalhekk huwa meħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1135 tiġi allinjata ma’ dawk l-emendi. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2024/1244 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li jistabbilixxi r-regoli dwar il-ġbir u r-rapportar ta’ data ambjentali dwar installazzjonijiet industrijali u jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“il-Portal”) daħal fis-seħħ fit-22 ta’ Mejju 2024 u jibda japplika fl-1 ta’ Jannar 2028. Skont l-Artikolu 4(1), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament, il-Portal irid jinkludi l-informazzjoni dwar installazzjonijiet individwali, irrapportata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2010/75/UE, b’mod partikolari l-Artikolu 72 ta’ dik id-Direttiva. |
|
(5) |
Is-setturi industrijali kollha koperti mid-Direttiva 2010/75/UE jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1244. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rapportar billi r-regoli relatati mar-rekwiżiti ta’ rapportar skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jiġu allinjati ma’ dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2026) 7610 (5), li tistabbilixxi l-format għar-rapportar rikjest mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2024/1244. Barra minn hekk, sabiex jiġi ssimplifikat u razzjonalizzat ir-rapportar skont id-Direttiva 2010/75/UE u r-Regolament (UE) 2024/1244, jenħtieġ li tintuża l-istess għodda ta’ rapportar għar-rapportar skont iż-żewġ atti. |
|
(6) |
Sabiex jitnaqqas il-piż tar-rapportar fuq l-Istati Membri, u peress li l-informazzjoni amministrattiva meħtieġa ma tinbidilx ta’ spiss minn sena għal sena, is-sottomissjoni elettronika trid timtela minn qabel mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) mit-tieni sena ta’ rapportar, għal dawk l-oqsma li huma inklużi wkoll fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2026) 7610, abbażi tad-data rrapportata mill-Istati Membri fl-ewwel sena ta’ rapportar. Fis-snin sussegwenti, l-EEA trid tibbaża d-data mimlija minn qabel fuq l-aħħar data mressqa jew ivvalidata b’xi mod ieħor mill-Istati Membri. |
|
(7) |
Għall-installazzjonijiet soġġetti għall-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE, jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni aktar speċifika dwar il-konklużjonijiet tal-BAT biex il-konklużjonijiet tal-BAT dwar l-attività ewlenija mwettqa fl-installazzjoni jkunu jistgħu jiġu differenzjati mill-konklużjonijiet dwar attivitajiet oħra mwettqa fl-installazzjoni. |
|
(8) |
Għall-installazzjonijiet soġġetti għall-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jibqgħux meħtieġa jirrapportaw jekk ikunx ingħata permess skont l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva, peress li l-informazzjoni fuq il-URL fejn il-permess ikun aċċessibbli għall-pubbliku diġà tiżgura t-trasparenza. |
|
(9) |
Sabiex jitnaqqas il-piż tar-rapportar, filwaqt li jiġi żgurat ir-rapportar ta’ informazzjoni importanti relatata man-nuqqas ta’ konformità, ir-rapportar jenħtieġ li jiffoka biss fuq l-aktar każijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet għal permess, li jwasslu għas-sospensjoni tal-operazzjonijiet. Barra minn hekk, aktar milli jirrapportaw dwar il-konsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għal permess, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-kundizzjonijiet aġġornati għal permess, peress li din l-informazzjoni hija aktar utli. |
|
(10) |
Peress li ċerti rekwiżiti ta’ rapportar li jikkonċernaw l-impjanti tal-kombustjoni kbar koperti bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2010/75/UE diġà jirriżultaw mill-Artikolu 72(3) ta’ dik id-Direttiva, jenħtieġ li dawn jitħassru mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1135. Barra minn hekk, ir-rapportar dwar id-derogi temporanji skont l-Artikoli 31 sa 34 u l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2010/75/UE ma għadux meħtieġ, peress li dawk id-dispożizzjonijiet ma għadhomx fis-seħħ. |
|
(11) |
Peress li, skont l-Artikolu 55(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-awtorità kompetenti trid tfassal u tagħmel disponibbli għall-pubbliku lista tal-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b’kapaċità nominali ta’ inqas minn 2 tunnellati metriċi fis-siegħa, ir-rapportar dwar dik il-lista skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1135 mhuwiex meħtieġ. |
|
(12) |
Għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni ambjentali (EMS), li huma mfassla biex itejbu kontinwament il-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni u jkun fihom l-indikaturi bbażati fuq il-parametri referenzjarji inklużi fil-konklużjonijiet tal-BAT. Minħabba l-għadd kbir ta’ installazzjonijiet ikkonċernati, hija meħtieġa distribuzzjoni bbilanċjata tal-isforzi ta’ rapportar maż-żmien. Għaldaqstant, l-obbligu li tiġi rrapportata informazzjoni dwar l-EMS relatati mal-installazzjonijiet f’setturi intensivi fl-enerġija jenħtieġ li japplika mis-sena ta’ rapportar 2030 (l-informazzjoni li trid titressaq fl-2031). Għas-setturi l-oħra kollha, l-obbligu jenħtieġ li japplika mis-sena ta’ rapportar 2033 (l-informazzjoni li trid titressaq fl-2034). |
|
(13) |
Għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar jekk ingħatatx deroga mil-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT skont l-Artikolu 15(6) ta’ dik id-Direttiva. Dik l-informazzjoni hija essenzjali għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, inkluż fir-rigward tal-ekonomija ċirkolari u tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, tal-enerġija u tal-ilma. |
|
(14) |
Skont l-Artikoli 27b u 27c tad-Direttiva 2010/75/UE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu derogi bl-għan li jinkoraġġixxu u jappoġġaw l-ittestjar u l-varar ta’ metodi tekniċi emerġenti. Skont l-Artikolu 27e tad-Direttiva 2010/75/UE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu derogi mmirati lejn il-varar ta’ trasformazzjoni industrijali profonda. L-Artikolu 27e tad-Direttiva 2010/75/UE jirrikjedi li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni mill-inqas darba fis-senabid-derogi mogħtija f’konformità ma’ dak l-Artikolu, bħala parti mill-obbligi ta’ rapportar skont l-Artikolu 72 ta’ dik id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni dwar jekk ingħatawx id-derogi msemmija hawn fuq, peress li din hija informazzjoni essenzjali għall-kunsiderazzjoni tad-dinamika tal-innovazzjoni, inklużi l-metodi tekniċi emerġenti, fir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jirrevedi l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, kif meħtieġ mill-Artikolu 73(1) tad-Direttiva. |
|
(15) |
Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ installazzjonijiet li jrabbu l-pollam u l-ħnieżer, u biex jiġi limitat il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-informazzjoni li l-Istati Membri jridu jipprovdu dwar l-installazzjonijiet li jrabbu l-pollam u l-ħnieżer tkun limitata kemm jista’ jkun u tibqa’ ristretta għad-data amministrattiva meħtieġa għall-identifikazzjoni u għas-sorveljanza ta’ dawk l-installazzjonijiet. Lil hinn minn dan, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-installazzjonijiet li jrabbu l-pollam u l-ħnieżer tkun meħtieġa biss fir-rigward tal-aktar każijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità li jwasslu għas-sospensjoni tal-operazzjonijiet u tal-permessi jew tar-reġistri disponibbli għall-pubbliku f’konformità mal-Artikoli 70c u 70f tad-Direttiva 2010/75/UE. |
|
(16) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2024/1785, fir-rigward tal-installazzjonijiet li jrabbu l-pollam u l-ħnieżer u li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Anness Ia tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri jridu japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati f’konformità ma’ dik id-Direttiva gradwalment, abbażi tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni li jrid jiġi adottat sal-1 ta’ Settembru 2026 skont l-Artikolu 70i(2) tad-Direttiva 2010/75/UE. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għal tali installazzjonijiet jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ skont l-istess skeda ta’ żmien bħal dik stabbilita fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva (UE) 2024/1785. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tar-rapportar għal tali installazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, fil-verżjoni li kienet fis-seħħ fit-3 ta’ Awwissu 2024, ir-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1135 jenħtieġ li jibqgħu japplikaw sakemm jidħlu fis-seħħ ir-rekwiżiti ta’ rapportar il-ġodda introdotti b’din id-Deċiżjoni. |
|
(17) |
Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti u f’waqtha tal-obbligi ta’ rapportar il-ġodda, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw l-oqfsa ta’ rapportar nazzjonali tagħhom. Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tiġi allinjata mad-dati tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1244 u mar-rekwiżiti ta’ rapportar relatati stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2026) 7610. Għalhekk, jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2028, jiġifieri għas-sena ta’ rapportar 2027. |
|
(18) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75 tad-Direttiva 2010/75/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1135 hija emendata kif ġej:
|
1. |
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 1. Għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitoli II, III, IV u VIa tad-Direttiva 2010/75/UE, bl-eċċezzjoni ta’ impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b’kapaċità nominali ta’ inqas minn żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni stipulata fl-Anness I billi jużaw il-format stabbilit f’dak l-Anness, għal kull installazzjoni koperta. 2. Fir-rigward tal-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu V tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni stipulata fl-Anness II billi jużaw il-format stabbilit f’dak l-Anness. 3. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi I u II billi jużaw l-għodda elettronika tar-rappurtar armonizzat magħmula disponibbli mill-Kummissjoni. 4. Fir-rigward tal-installazzjonijiet li jrabbu l-pollam u l-ħnieżer, dan l-Artikolu għandu japplika kif ġej:
5. Sad-dati msemmija fil-paragrafu 4, l-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti f’din id-Deċiżjoni fil-verżjoni applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2027 għandhom japplikaw għall-installazzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE fil-verżjoni fis-seħħ fit-3 ta’ Awwissu 2024.” |
|
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
3. |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
4. |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2028.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kummissjoni
Jessika ROSWALL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/75/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 tal-10 ta’ Awwissu 2018 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1135/oj).
(3) Id-Direttiva (UE) 2024/1785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 li temenda d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) u tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (ĠU L, 2024/1785, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1785/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2024/1244 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, li jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 (ĠU L, 2024/1244, 2.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1244/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-format u l-frekwenza tad-data u l-lista ta’ materja prima rilevanti li għandhom jiġu rrapportati mill-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali skont ir-Regolament (UE) 2024/1244 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1741 (C(2026) 7610).
ANNESS I
Informazzjoni dwar installazzjonijiet koperti mill-Kapitoli II, III, IV u VIa tad-Direttiva 2010/75/UE [bl-eċċezzjoni ta’ impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b’kapaċità nominali ta’ anqas minn żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa]
|
Nota: |
L-Istati Membri jistgħu jindikaw l-informazzjoni li huma jqisu bħala kunfidenzjali, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet li jidhrilhom li jipprekludu lill-Kummissjoni milli tagħmilha pubblikament disponibbli. |
|
|||
|
Tip |
Format |
||
|
L-identifikazzjoni tal-pajjiż li fih jinsabu l-installazzjonijiet u l-partijiet tal-installazzjonijiet. |
||
|
Is-sena kalendarja li għaliha jirreferi r-rappurtar. |
||
|
|||||||||||
|
Tip |
Format |
||||||||||
|
L-identifikatur uniku li jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif speċifikat f’aktar dettall fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (2), b’mod partikolari l-punt 8 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. |
||||||||||
|
L-identifikatur ta’ oġġett tematiku. |
||||||||||
|
Latitudni u lonġitudni (il-koordinati għaċ-ċentru approssimattiv tal-installazzjoni) espressi b’referenza għas-sistema ta’ referenza ta’ koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, u bi preċiżjoni ta’ ħames ċifri deċimali. |
||||||||||
|
Denominazzjoni uffiċjali, isem proprju jew konvenzjonali tal-installazzjoni. |
||||||||||
|
L-istatus operazzjonali tal-installazzjoni. |
||||||||||
|
Għal attivitajiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, l-isem u l-informazzjoni tal-kuntatt għal:
|
||||||||||
|
Identifikazzjoni tal-attivitajiet kollha koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE mwettqa fl-installazzjoni, b’distinzjoni bejn l-attivitajiet prinċipali u attivitajiet oħra. |
||||||||||
|
Identifikazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet tal-BAT li huma applikabbli għal kwalunkwe attività mwettqa fl-installazzjoni, b’distinzjoni bejn il-konklużjonijiet tal-BAT għall-attività ewlenija u konklużjonijiet tal-BAT applikabbli oħra. |
||||||||||
|
Identifikazzjoni tal-Kapitoli tad-Direttiva 2010/75/UE, għajr il-Kapitoli I u II, li japplikaw għall-installazzjoni (jew għal partijiet minnha). |
||||||||||
|
Indikazzjoni ta’ jekk ġiex sottomess rapport ta’ referenza, kif imsemmi fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, lill-awtorità kompetenti. |
||||||||||
|
Mis-sena ta’ rappurtar 2030: l-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet elenkati fil-punti 1 sa 4, 6.1 a u 6.1 b tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE jridu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (c) hawn taħt. Mis-sena ta’ rappurtar 2033: l-installazzjonijiet li jwettqu kwalunkwe attività oħra elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE jridu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (c) hawn taħt.
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
Għall-installazzjonijiet li għalihom il-kundizzjonijiet għal permess ġew aġġornati f’konformità mal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, indikazzjoni ta’ jekk ingħatatx deroga skont l-Artikolu 15(5) ta’ dik id-Direttiva. Meta tkun ingħatat deroga, trid tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar:
|
||||||||||
|
Għall-installazzjonijiet li għalihom il-kundizzjonijiet għal permess ġew aġġornati f’konformità mal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, indikazzjoni ta’ jekk ingħatatx deroga skont l-Artikolu 15(6) tagħha. Meta tkun ingħatat deroga, trid tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar:
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
Għall-installazzjonijiet li għalihom il-kundizzjonijiet għal permess ġew aġġornati skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, indikazzjoni ta’ jekk il-permess jistabbilixxix valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet aktar stretti mill-iktar valur baxx tal-medda tal-BAT-AEL, inkluż:
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
Indikazzjoni ta’ kif ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ikunu saru disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 24(3), il-punt (b), inkluż il-URL tal-paġna web fejn jistgħu jinstabu. |
||||||||||
|
Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti. |
||||||||||
|
(1) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/2/oj). (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta’ data u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2010/1089/oj). (3) Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1221/oj). |
|||||||||||
|
|||||||||||||
|
Tip |
Format |
||||||||||||
|
|||||||||||||
|
L-identifikatur uniku li jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE, kif speċifikat f’aktar dettall fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010, b’mod partikolari l-punt 8 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament |
||||||||||||
|
L-identifikatur ta’ oġġett tematiku. |
||||||||||||
|
Latitudni u lonġitudni (il-koordinati għaċ-ċentru approssimattiv tal-impjant) espressi b’referenza għas-sistema ta’ referenza ta’ koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, u bi preċiżjoni ta’ ħames ċifri deċimali. |
||||||||||||
|
Denominazzjoni uffiċjali jew isem proprju jew konvenzjonali tal-impjant. |
||||||||||||
|
L-istatus operazzjonali tal-impjant. |
||||||||||||
|
Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti. |
||||||||||||
|
|||||||||||||
|
Il-kapaċità totali nominali tal-impjant ta’ inċinerazzjoni tal-iskart jew tal-impjant ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart. |
||||||||||||
|
Il-kapaċità totali permessa għall-inċinerazzjoni u l-koinċinerazzjoni tal-iskart perikoluż. |
||||||||||||
|
Il-kapaċità totali permessa għall-inċinerazzjoni u l-koinċinerazzjoni tal-iskart mhux perikoluż. |
||||||||||||
|
Indikazzjoni ta’:
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
Indikazzjoni ta’ kif l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(2) tad-Direttiva 2010/75/UE tkun saret disponibbli għall-pubbliku, inkluż il-URL jekk ikunu nħolqu siti web għal dak il-għan. |
||||||||||||
|
|||
|
Tip |
Format |
||
|
Identifikatur uniku li jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE, kif speċifikat f’aktar dettall fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010, b’mod partikolari l-punt 8 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. |
||
|
L-identifikatur ta’ oġġett tematiku. |
||
|
Denominazzjoni uffiċjali, isem proprju jew konvenzjonali tal-faċilità. |
||
|
(4) “Faċilità” tfisser faċilità, kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2024/1244. |
|||
|
|||||||
|
Identifikatur uniku li jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE, kif speċifikat f’aktar dettall fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010, b’mod partikolari l-punt 8 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. |
||||||
|
L-identifikatur ta’ oġġett tematiku. |
||||||
|
Latitudni u lonġitudni (il-koordinati għaċ-ċentru approssimattiv tal-impjant) espressi b’referenza għas-sistema ta’ referenza ta’ koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, u bi preċiżjoni ta’ ħames ċifri deċimali. |
||||||
|
Denominazzjoni uffiċjali, isem proprju jew konvenzjonali tal-installazzjoni. |
||||||
|
L-istatus operazzjonali tal-installazzjoni. |
||||||
|
Il-kapaċità tal-installazzjoni. |
||||||
|
Il-URL jew il-URLs fejn il-permess(i) jew ir-reġistru jsir(u) disponibbli għall-pubbliku. |
||||||
|
Indikazzjoni ta’ każijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu VIa (l-Artikolu 70f(3), it-tieni subparagrafu) tad-Direttiva 2010/75/UE, li jwasslu għas-sospensjoni tal-operazzjonijiet fl-installazzjoni matul is-sena ta’ rappurtar, u jekk itteħditx azzjoni ta’ infurzar f’dan ir-rigward. |
||||||
|
Għall-attivitajiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, l-isem u l-informazzjoni tal-kuntatt għal:
|
||||||
|
(5) L-informazzjoni għandha tiġi rrapportata kif ġej:
|
|||||||
ANNESS II
Informazzjoni dwar l-installazzjonijiet kollha koperti mill-Kapitolu V tad-Direttiva 2010/75/UE
|
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2326/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)