22.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 429/2


L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), SHAKURI Ali Gholam, SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), IL-BRIGATA TAL-MARTRI TA’ AL-AQSA, “EJÉRCITO DE LIBERACIÓN NACIONAL” (“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”), “FUERZAS ARMADAS REVOLUCIONARIAS DE COLOMBIA” – “FARC” (“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”), “SENDERO LUMINOSO” – “SL” (“Triq li Tiddi”) - persuni, gruppi u entitajiet inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1127 tat-12 ta’ Lulju 2016)

(2016/C 429/02)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1127 (1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fond, assi finanzjarju u riżorsa ekonomika oħra ma tista’ ssir disponibbli lilhom, la direttament u lanqas indirettament.

Il-Kunsill ingħata informazzjoni ġdida rilevanti għall-elenkar tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni ġdida, il-Kunsill emenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet kif meħtieġ.

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet aġġornati tal-Kunsill dwar ir-raġuni għalfejn qed jinżammu fil-lista msemmija hawn fuq, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union (Attn: CP 931 designations)

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Tali talba għandha tiġi ppreżentata sat-28 ta’ Novembru 2016.

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw, fi kwalunkwe ħin, talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u li jinżammu fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet jiġu kkunsidrati meta jaslu. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill, skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3). Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, għandhom jiġu ppreżentati sad-9 ta’ Diċembru 2016.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 188, 13.7.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.