|
30.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 19/2011
tal-1 ta’ April 2011
li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tat-12 ta’ Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjoniji (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ids-Deċiżjoni 2009/300/KE temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentament se tiġi emendata skont il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
It-test tal-punt 2j (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:
“ 32009 D 0300: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tat-12 ta’ Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjoniji (ĠU L 82, 28.3.2009, p. 3).”
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2009/300/KE fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ April 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.