|
24.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 18/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/112
tal-10 ta' Jannar 2017
li taħtar il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/1/2017)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 ħatret lill-Brigadier Ġeneral Eric HAUTECLOQUE-RAYSZ bħala l-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/610, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandanti sussegwenti ta' Missjonijiet tal-UE. |
|
(3) |
Fis-16 ta' Novembru 2016, il-Kumitat Militari tal-UE rrakkomanda li tiġi approvata n-nomina tal-Brigadier Ġeneral Herman RUYS, ippropost mill-Kumitat Komuni tal-Eurocorps, bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA biex jilħaq minflok il-Brigadier Ġeneral Eric HAUTECLOQUE-RAYSZ mis-16 ta' Jannar 2017. |
|
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Brigadier Ġeneral Herman RUYS huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) mis-16 ta' Jannar 2017.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2017.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS