Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0978 - 0979
22. Dikjarazzjoni konġunta mir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka dwar l-Artikolu 38 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni 1. Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka jifhmu li l-kunċett "naqas milli jimplimenta l-impenji meħuda fil-kuntest tan-negozjati dwar l-adeżjoni" jkopri biss l-obbligi li joħorġu mit-Trattati oriġinali applikabbli għar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, skond il-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Att ta' l-Adeżjoni, u l-obbligi definiti f'dan l-Att. Għalhekk ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka jifhmu li l-Kummissjoni ser tikkunsidra l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 38 biss f'każijiet tal-ksur allegat ta' l-obbligi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu preċedenti. 2. Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka jifhmu li l-Artikolu 38 huwa bla preġudizzju għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kif definita fl-Artikolu 230 tat-Trattat tal-KE dwar azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 38. 3. Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka jifhmu li l-Kummissjoni, qabel tiddeċidi dwar jekk għandhiex tapplika kontrihom il-miżuri li jipprovdi għalihom l-Artikolu 38, għandha tagħti lir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka l-opportunità li jesprimu l-fehma u l-posizzjoni tagħhom bi qbil mad-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar il-klawsola ta' salvagwardja ġenerali, il-klawsola ta' salvagwardja tas-suq intern u l-klawsola ta' salvagwardja tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, annessi ma' dan l-Att Finali. --------------------------------------------------