1976D0806 — MT — 12.03.1987 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Ottubru 1976

li tippreskrivi dispożizzjonijiet addizzjonali li jikkonċernaw stħarriġ biex jistabbilixxi l-potenzjal produttiv ta’ pjantaġġuni ta’ ċerti speċi ta’ siġar tal-frott li għandu jsiru mill-Istati Membri

(76/806/KEE)

(ĠU L 285, 16.10.1976, p.34)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COMMISSION DECISION of 7 May 1981 (*)

  L 167

22

24.6.1981

►M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 ta’ Marzu 1987

  L 80

37

24.3.1987



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Ottubru 1976

li tippreskrivi dispożizzjonijiet addizzjonali li jikkonċernaw stħarriġ biex jistabbilixxi l-potenzjal produttiv ta’ pjantaġġuni ta’ ċerti speċi ta’ siġar tal-frott li għandu jsiru mill-Istati Membri

(76/806/KEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPREJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/625/KEE tal-20 ta’ Lulju 1976 li tikkonċerna l-isħarriġ statistiku li jsir mill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-potenzjal produttiv tal-pjantaġġuni ta’ ċerti speċje ta’ siġar tal-frott ( 1 ), u partikolarment l-Artikoli 2(1) B, 2 (1) Ċ u 9 miġjub fih,

Billi, wara l-esperjenza akkwistata waqt l-istħarriġ ta’ qabel ta’ pjantaġġuni ta’ siġar tal-frott, il-klassifikazzjoni statistika tal-karatteristiċi tekniċi li għandhom jiġu mistħarrġa kif speċifikat fl- l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 71/286/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 li tikkonċerna stħarriġ statistiku li għandu jsir mill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-potenzjal produttiv ta’ pjantaġġuni ta’ ċerti tipi ta’ siġar tal-frott ( 2 ) għandha tinżamm bla ħsara għall-ċerti emendi sabiex jiżguraw li l-statistiċi huma kontinwament adattati għall-kondizzjonijiet ekonomiċi;

Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istrutturi Agrikoli;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI



Artikolu 1

Il-klassijiet statistiċi li jirrelataw għall-età tas-siġar u d-densità ta’ pjantaġġun msemmija fl-Artikoli 2(1) B u 2 (1) Ċ tad-Direttiva tal-20 Lulju 1976, jidhru fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M2




L-ANNESS

KLASSIJIET TA’ ETAàU DENSITà

(a)

Il-klassijiet li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti:



 

Tuffieħ, lanġas

Ħawħ, berquq

Larinġ, lumi u ċitru tal-frott żgħir

Età tas-siġar

(fi snin)

0 – 4

5 – 9

10 – 14

15 – 24

25 u aktar

0 – 4

5 – 9

10 – 14

15 – 19

20 u aktar

0 – 4

5 – 9

10 – 14

15 – 24

25 – 39

40 u aktar

Densità tal-pjantaġġuni

(siġar/ha)

Anqas minn 400

400 – 799

800 – 1 599

1 600 u aktar

Anqas minn 300

300 – 399

400 – 599

600 – 799

800 u aktar

Anqas minn 250

250 – 374

375 – 499

500 – 624

625 – 749

750 u aktar

(b)

Għal imsaġar tat-tuffieħ u l-lanġas ta’ densità għolja, l-Istati Membri jistgħu jergħu jaqsmu l-klassi ta’ ’15 - 24 senabiex jiffurmaw dawn iż-żewġ klassijiet li ġejjin:

“15 - 19-il sena”

“20 - 24 sena”



( 1 ) ĠU L 218, tal-11.8.1976, p. 10.

( 2 ) ĠU L 179, tad-9.8.1971, p. 21.