European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/173

27.1.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/173

tas-27 ta’ Jannar 2025

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/796.

(2)

Il-miżuri restrittivi mmirati kontra l-attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha huma waħda mill-miżuri inklużi fil-qafas tal-Unjoni għal rispons diplomatiku konġunt għal attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, jiġifieri s-Sett ta’ Għodod taċ-Ċiberdiplomazija, u huma strument vitali biex attivitajiet bħal dawn jiġu evitati, ikunu ta’ deterrent, skoraġġuti u jingħata rispons għalihom.

(3)

L-attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi kontra infrastruttura kritika jew servizzi essenzjali, inkluż permezz tal-użu ta’ ransomware u wipers, l-immirar tal-ktajjen tal-provvista u l-ispjunaġġ ċibernetiku, inkluż attivitajiet ta’ serq tal-proprjetà intellettwali, qed jiżdiedu fl-għadd, fil-frekwenza u fis-sofistikazzjoni. Bl-effetti fixkiela u distruttivi tagħhom, dawk l-attivitajiet huma ta’ theddida sistemika għas-sigurtà, l-ekonomij, u d-demokrazija u s-soċjetà tal-Unjoni b’mod ġenerali.

(4)

Fl-2020, twettqu attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti kontra l-Estonja. Attakki ċibernetiċi mmirati lejn is-sistemi tal-kompjuter ta’ diversi istituzzjonijiet twettqu bl-għan li d-data tintuża biex thedded is-sigurtà tal-Estonja. Dawk l-attakki ċibernetiċi kkonċernaw il-ħżin ta’ informazzjoni klassifikata.

(5)

Bħala parti mill-azzjoni sostnuta, imfassla u koordinata tal-Unjoni kontra atturi persistenti ta’ theddid ċibernetiku, jenħtieġ li tliet persuni fiżiċi jiġu inklużi fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796. Dawk il-persuni huma responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti jew involuti fihom li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)   ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/796/oj.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796, jiżdiedu l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“15.

Nikolay Alexandrovich KORCHAGIN

Николай Александрович Корчагин

Data tat-twelid: 16.9.1997

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entità assoċjata: Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa

Nikolay Korchagin huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti permezz tat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ intelligence diretti kontra l-Estonja u permezz ta’ aċċess illegali għal sistema tal-kompjuter.

Nikolay Korchagin huwa uffiċjal tal-military unit 29155 tad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). F’dak ir-rwol, huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi kontra sistemi tal-kompjuter bl-għan li jiġbor data mis-sistemi tad-data ta’ diversi istituzzjonijiet, li b’mod indipendenti jew flimkien, jagħtu ħarsa ġenerali tal-politika taċ-ċibersigurtà tal-Estonja, il-mezzi ċibernetiċi tal-istat, data personali sensittiva u data sensittiva oħra, bl-għan li d-data tintuża biex thedded is-sigurtà tal-Estonja. L-attakki għalhekk jikkonċernaw il-ħżin ta’ informazzjoni klassifikata. L-attakki kkonċernaw alleati u sħab tal-Estonja.

Għalhekk, Nikolay Korchagin huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għal Stat Membru.

27.1.2025

16.

Vitaly SHEVCHENKO

Виталий Шевченко

Data tat-twelid: 1.9.1997

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entità assoċjata: Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa

Vitaly Shevchenko huwa involut responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti permezz tat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ intelligence diretti kontra l-Estonja u permezz ta’ aċċess illegali għal sistema tal-kompjuter.

Vitaly Shevchenko huwa uffiċjal tal-military unit 29155 tad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). F’dak ir-rwol, huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi kontra sistemi tal-kompjuter bl-għan li jiġbor data mis-sistemi tad-data ta’ diversi istituzzjonijiet, li b’mod indipendenti jew flimkien, jagħtu ħarsa ġenerali tal-politika taċ-ċibersigurtà tal-Estonja, il-mezzi ċibernetiċi tal-istat, data personali sensittiva u data sensittiva oħra, bl-għan li d-data tintuża biex thedded is-sigurtà tal-Estonja. L-attakki għalhekk jikkonċernaw il-ħżin ta’ informazzjoni klassifikata. L-attakki kkonċernaw alleati u sħab tal-Estonja.

Għalhekk, Vitaly Shevchenko huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għal Stat Membru.

27.1.2025

17.

Yuriy Fedorovich DENISOV

Юрий Федорович Денисов

Data tat-twelid: 17.6.1980

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Entità assoċjata: Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa

Yuriy Denisov huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti permezz tat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ intelligence diretti kontra l-Estonja u permezz ta’ aċċess illegali għal sistema tal-kompjuter.

Yuriy Denisov huwa uffiċjal tal-military unit 29155 tad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). F’dak ir-rwol, huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi kontra sistemi tal-kompjuter bl-għan li jiġbor data mis-sistemi tad-data ta’ diversi istituzzjonijiet, li b’mod indipendenti jew flimkien, jagħtu ħarsa ġenerali tal-politika taċ-ċibersigurtà tal-Estonja, il-mezzi ċibernetiċi tal-istat, data personali sensittiva u data sensittiva oħra, bl-għan li d-data tintuża biex thedded is-sigurtà tal-Estonja. L-attakki għalhekk jikkonċernaw il-ħżin ta’ informazzjoni klassifikata. L-attakki kkonċernaw alleati u sħab tal-Estonja.

Għalhekk, Yuriy Denisov huwa involut u responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għal Stat Membru.

27.1.2025.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/173/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)