12.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 154/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 15/2008

ta' l-1 ta' Frar 2008

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 169/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti u l-ħtiġijiet ta' valutazzjoni u verifika relatati għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal prodotti li jtejbu l-ħamrija (2) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim,

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/799/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/688/KE (3) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 2d (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/688/KE) fl-Anness XX għall-Ftehim għandu jiġi mibdul b'li ġej:

“ 32006 D 0799: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi kriteji ekoloġiċi riveduti u l-ħtiġijiet ta' valutazzjoni u verifika relatati għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal prodotti li jtejbu l-ħamrija (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 28).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 2006/799/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 1 ta' Frar 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 124, 8.5.2008, p. 37.

(2)   ĠU L 325, 24.11.2006, p. 28.

(3)   ĠU L 242, 12.9.2001, p. 17.

(*1)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.