|
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 87/45 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11050 – PAI PARTNERS / SAVORY SOLUTIONS GROUP)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 87/15)
1.
Fl-1 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PAI Partners (Franza), |
|
— |
unità tan-negozju għal sustanzi li jtejbu t-togħma (“Savoury Solutions Group”, l-Istati Uniti) tal-impriża International Flavors & Fragrances’ (“IFF”, l-Istati Uniti). |
PAI Partners takkwista indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Savour Solutions Group kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
PAI Partners hija ditta Ewropea tal-ekwità privata li timmaniġġja għadd ta’ fondi li jinvestu fid-dinja kollha fis-setturi tas-servizzi kummerċjali, tal-prodotti tal-ikel u għall-konsumatur, tal-prodotti industrijali ġenerali u tal-kura tas-saħħa, |
|
— |
Savory Solutions Group hija fornitur globali ta’ sustanzi li jtejbu t-togħma bħal sustanzi aromatizzanti u soluzzjonijiet funzjonali għall-industrija tal-ipproċessar tal-ikel (laħam ipproċessat, ħut, frott tal-baħar, soluzzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq il-pjanti), għall-bejjiegħa tal-laħam, il-fornituri ta’ servizzi tal-ikel u l-fornituri ta’ ikel ta’ konvenzjenza. Tipproduċi wkoll koloranti tal-ikel, budellati u kolturi għall-ikel mielaħ. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11050 – PAI PARTNERS / SAVORY SOLUTIONS GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).