22.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/135


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/969

tas-16 ta’ Ġunju 2022

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għall-modifiki tar-regolamenti tan-NU Nru 12, 13, 13-H, 22, 24, 48, 49, 51, 53, 54, 74, 79, 85, 86, 90, 100, 106, 109, 117, 127, 129, 131, 135, 136, 137, 141, 145, 148, 149, 150, 157 u 162, fir-rigward tal-proposta għal modifiki għall-GTR tan-NU Nru 2, fir-rigward tal-proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar it-twissija tar-rivers, fir-rigward tal-proposta għal Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-apparati għall-kontroll tat-tniġġis għal vetturi b’żewġ roti u bi tliet roti, fir-rigward tal-proposta għal Riżoluzzjoni Konsolidata ġdida dwar il-kejl tan-numru ta’ partikuli ultrafini għal magni heavy duty, u fir-rigward tal-proposta għal awtorizzazzjoni biex tiġi żviluppata l-Emenda 4 għall-GTR tan-NU Nru 3

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”). Il-Ftehim Rivedut tal-1958 daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Marzu 1998.

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni ssieħbet mal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”). Il-Ftehim Parallel daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2000.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip u t-tqegħid fis-suq tal-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dan ir-Regolament jinkorpora r-regolamenti li ġew adottati skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 (“ir-Regolamenti tan-NU”) fis-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim Parallel, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE (id-‘WP.29 tan-NU/KEE’) jista’ jadotta proposti għal modifiki għar-Regolamenti tan-NU, għar-Regolamenti Tekniċi Globali (‘GTRs tan-NU’) u għar-Riżoluzzjonijiet tan-NU, kif ukoll proposti għal Regolamenti tan-NU, GTRs tan-NU u Riżoluzzjonijiet tan-NU ġodda dwar l-approvazzjoni tal-vetturi. Barra minn hekk, skont dawk id-dispożizzjonijiet, id-WP.29 tan-NU/KEE jista’ jadotta proposti għal awtorizzazzjonijiet biex jiġu żviluppati emendi għall-GTRs tan-NU jew biex jiġu żviluppati GTRs ġodda tan-NU u jista’ jadotta proposti għall-estensjoni tal-mandati għall-GTRs tan-NU.

(5)

Fil-187 sessjoni tal-Forum Dinji li ser isir bejn il-21 u l-24 ta’ Ġunju 2022, id-WP.29 tan-NU/KEE bi ħsiebu jadotta l-proposti għal modifiki għar-Regolamenti tan-NU Nri 12, 13, 13-H, 22, 24, 48, 49, 51, 53, 54, 74, 79, 85, 86, 90, 100, 106, 109, 117, 127, 129, 131, 135, 136, 137, 141, 145, 148, 149, 150, 157 u 162; il-proposta għal modifiki għall- GTR tan-NU Nru 2; il-proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar it-twissija tar-rivers; il-proposta għal GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-apparati għall-kontroll tat-tniġġis għal vetturi b’żewġ roti u bi tliet roti; u l-proposta għal Riżoluzzjoni Konsolidata ġdida dwar il-kejl tan-numru ta’ partikuli ultrafini għal magni heavy duty. Barra minn hekk, id-WP.29 tan-NU/KEE bi ħsiebu jadotta l-proposta għall-awtorizzazzjoni biex tiġi żviluppata l-Emenda 4 għall-GTR tan-NU Nru 3 dwar is-sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WP.29 tan-NU/KEE, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dawk il-proposti, peress li r-Regolamenti tan-NU ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni u, flimkien mal-GTRs tan-NU u r-Riżoluzzjonijiet tan-NU, huma kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi..

(7)

Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, jeħtieġ li jiġu emendati jew supplimentati r-rekwiżiti relatati ma’ ċerti elementi jew karatteristiċi koperti mir-Regolamenti tan-NU Nri 12, 13, 13-H, 22, 24, 48, 49, 51, 53, 54, 74, 79, 85, 86, 90, 100, 106, 109, 117, 127, 129, 131, 135, 136, 137, 141, 145, 148, 149, 150, 157, 162, u l-GTR tan-NU Nru 2.

(8)

Sabiex jiġi rifless il-progress tekniku u sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-vetturi filwaqt li titnaqqas l-impronta ambjentali, jeħtieġ li jiġu adottati Regolament ġdid tan-NU dwar it-Twissija tar-Rivers, GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-apparati għall-kontroll tat-tniġġis għal vetturi b’żewġ roti u bi tliet roti u Riżoluzzjoni Konsolidata ġdida dwar il-kejl tan-numru ta’ partikuli ultrafini għal magni heavy duty,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-187 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tan-NU/KEE li ser issir bejn il-21 u l-24 ta’ Ġunju 2022 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

O. DUSSOPT


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (Ftehim Rivedut tal-1958) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (Ftehim Parallel) (2000/125/KE) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).


ANNESS

Regolament Nru

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument (1)

12

Proposta għas-serje ta’ emendi 05 għar-Regolament tan-NU Nru 12 (Mekkaniżmu tal-isteering)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/70, il-paragrafu 8, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/18, kif emendat bl-Anness II tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2022/69

13

Proposta għal Suppliment 19 tas-serje ta’ emendi 11 għar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar ta’ vetturi tqal)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/12, il-paragrafu 82, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/9

ECE/TRANS/WP.29/2022/77

13

Proposta għal Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 12 għar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar ta’ vetturi tqal)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/12, il-paragrafu 82, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/9

ECE/TRANS/WP.29/2022/78

13-H

Proposta għal Suppliment 4 tar-Regolament tan-NU Nru 13-H (Ibbrejkjar ta’ vetturi ħfief)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/12, il-paragrafu 83, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/10, kif emendat bi GRVA-12-24

ECE/TRANS/WP.29/2022/79

22

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 06 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 22 (Elmi protettivi)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/70, il-paragrafu 16, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/24, kif emendat bl-Anness III tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2022/63

24

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 24 (Tniġġis viżibbli, il-kejl tas-saħħa tal-magna C.I. (Duħħan tad-diżil))

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/85, il-paragrafu 35, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/4

ECE/TRANS/WP.29/2022/73

48

Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje ta’ emendi 06 għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafi 17, 31 u 33, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/16 kif emendat bi GRE-85-23, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/18 kif emendat bi GRE-85-33 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/5/Rev.2 kif emendat bi GRE-85-26

ECE/TRANS/WP.29/2022/89

48

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 07 għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafi 17, 31 u 33, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/16 kif emendat bi GRE-85-23, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/18 kif emendat bi GRE-85-33 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/5/Rev.2, kif emendat bi GRE-85-26

ECE/TRANS/WP.29/2022/90

48

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 08 għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafi 17, 31 u 33, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/16 kif emendat bi GRE-85-23, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/18 kif emendat bi GRE-85-33 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/5/Rev.2 kif emendat bi GRE-85-26

ECE/TRANS/WP.29/2022/91

48

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafu 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/17, kif emendat bi GRE-85-12 u bil-paragrafu 19 tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2022/95

48

Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafu 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/17, kif emendat bi GRE-85-12 u bil-paragrafu 19 tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2022/96

48

Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje ta’ emendi 05 għar-Regolament tan-NU Nru 48 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafu 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/17, kif emendat bi GRE-85-12 u bil-paragrafu 19 tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2022/97

49

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 07 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta’ magni li jaqbdu bil-kompressjoni u minn magni li jaqbdu bl-ispark plaggs (LPG u CNG))

(ECE/TRANS/WP.29/GRPE/85, il-paragrafu 29, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/3 u GRPE-85-47 kif emendat bl-Anness IV

ECE/TRANS/WP.29/2022/74

51

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru 51 (L-istorbju mill-vetturi tal-kategoriji M u N)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72 u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/73, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/22 kif emendat bil-paragrafu 5 ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72, ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/4 kif emendat bi GRBP-75-37, ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/3 kif emendat bi GRBP-75-36 u l-paragrafu 4 ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/73, ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/8 kif emendat bil-paragrafu 6 ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/73, GRBP-74-40 kif emendat bil-paragrafu 9 ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/73

ECE/TRANS/WP.29/2022/84

WP.29-187-07

53

Proposta għas-Suppliment 23 tas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 53 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafu 23, u ECE/TRANS/WP.29/GRE/83, il-paragrafu 36, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/19 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/13/Rev.1 kif emendat bi GRE-83-51

ECE/TRANS/WP.29/2022/98

53

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 53 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafu 24, u ECE/TRANS/WP.29/GRE/83, il-paragrafu 36, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/20 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/13/Rev.1 kif emendat bi GRE-83-51

ECE/TRANS/WP.29/2022/99

53

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 53 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi L3)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafu 24, u ECE/TRANS/WP.29/GRE/83, il-paragrafu 36, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/20 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/13/Rev.1 kif emendat bi GRE-83-51

ECE/TRANS/WP.29/2022/100

54

Proposta għas-Suppliment 25 tas-serje ta’ emendi oriġinali għar-Regolament tan-NU Nru 54 (Tajers għall-vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/73, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/6 u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/13, kif emendat bi GRBP-75-31-Rev.2

ECE/TRANS/WP.29/2022/85

74

Proposta għas-Suppliment 14 tas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 74 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-mopeds)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafu 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/21

ECE/TRANS/WP.29/2022/101

74

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 74 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-mopeds)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafu 25, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/21

ECE/TRANS/WP.29/2022/102

79

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tal-isteering)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/12, il-paragrafi 65-66, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/6, kif emendat bi GRVA-12-43 u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/11, kif emendat bi GRVA-12-19

ECE/TRANS/WP.29/2022/80

79

Proposta għal Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 04 għar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tal-isteering)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/12, il-paragrafi 65-66, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/6, kif emendat bi GRVA-12-43 u ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/11, kif emendat bi GRVA-12-19

ECE/TRANS/WP.29/2022/81

85

Proposta għas-Suppliment 11 tar-Regolament tan-NU Nru 85 (Kejl tal-potenza netta u l-potenza ta’ 30 min.)

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/85, il-paragrafu 37, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/5 kif emendat bi GRPE-85-11 u waqt is-sessjoni kif riprodott fl-Anness V

ECE/TRANS/WP.29/2022/75

86

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 86 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi agrikoli)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafu 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/22

ECE/TRANS/WP.29/2022/103

86

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 86 (Installazzjoni ta’ apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl għall-vetturi agrikoli)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafu 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/22

ECE/TRANS/WP.29/2022/104

90

Proposta għal Suppliment 9 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 90 (Il-partijiet ta’ sostituzzjoni tal-ibbrejkjar)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/12, il-paragrafu 90, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2021/29, kif emendat bi GRVA-12-16

ECE/TRANS/WP.29/2022/82

100

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 100 (Vetturi imħaddma bl-enerġija elettrika)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/70, il-paragrafu 17, abbażi ta’ GRSP-70-26 kif riprodott mill-Anness IV tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2022/64

106

Proposta għas-Suppliment 20 tas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 106 (Tajers għall-vetturi agrikoli u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/73, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/7

ECE/TRANS/WP.29/2022/86

109

Proposta għas-Suppliment 11 tar-Regolament tan-NU Nru 109 (Tajers b’wiċċ ġdid għal vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom) Reviżjoni 1

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72, il-paragrafi 18 u 19, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/18 u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/16 kif emendat bl-Anness IV tar-rapport u d-dokument informali WP.29-186-07

ECE/TRANS/WP.29/2022/7/Rev.1

117

Proposta għal serje ġdida ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 117 (Ir-reżistenza tat-tajers għad-dawrien, l-istorbju tad-dawrien tagħhom u l-qabda tagħhom fuq l-imxarrab)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/72, il-paragrafu 23 u ECE/TRANS/WP.29/GRBP/73, abbażi ta’ GRBP-74-33-Rev.1, ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2021/17 kif emendat bi GRBP-74-31-Rev.1 u GRBP-75- 25-Rev.1

ECE/TRANS/WP.29/2022/83

127

Proposta għas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament Nru 127 (Sikurezza tal-persuni li jkunu mexjin fit-triq)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/70, il-paragrafu 18, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/28 kif emendat bl-Anness V tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2022/70

129

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje ta’ emendi 03 għar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi tat-Trażżin tat-Tfal Imtejba)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/70, il-paragrafu 20, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/7 kif emendat bl-Anness VI tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2022/65

131

Proposta għas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 131 (Sistema Avvanzata għal Ibbrejkjar f’Emerġenza)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/12, il-paragrafu 72, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/7, kif emendat bi GRVA-12-49 (riprodott fi GRVA-12-50/Rev.1)

ECE/TRANS/WP.29/2022/76

135

Proposta għas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament tan-NU Nru 135 (Impatt fil-ġenb ma’ arblu)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/70, il-paragrafu 23, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/21 mhux emendat

ECE/TRANS/WP.29/2022/71

136

Proposta għas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 136 (Vettura elettrika L)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/70, il-paragrafu 24, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/22, kif emendat bl-Anness VII tar-rapport

ECE/TRANS/WP.29/2022/72

137

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament Nru 137 tan-NU (Impatt frontali b’enfasi fuq is-sistemi ta’ trażżin)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/70, il-paragrafu 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/23, mhux emendat

ECE/TRANS/WP.29/2022/66

137

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje ta’ emendi 02 għar-Regolament Nru 137 tan-NU (Impatt frontali b’enfasi fuq is-sistemi ta’ trażżin)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/70, il-paragrafu 26, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/23, mhux emendat

ECE/TRANS/WP.29/2022/67

141

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 141 (Sistemi tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers)

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/73, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/2 kif emendat bi GRBP-75-10 u GRBP-75-33

ECE/TRANS/WP.29/2022/87

145

Proposta għas-Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 145 (Sistemi ta’ ankraġġi ISOFIX, ankraġġi tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, u pożizzjonijiet bilqiegħda i-Size)

ECE/TRANS/WP.29/GRSP/70, il-paragrafu 27, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRSP/2021/27 mhux emendat

ECE/TRANS/WP.29/2022/68

148

Proposta għas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 148 (Apparat għas-sinjalar bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafi 9 u 33, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/13, kif emendat bi GRE-85-09 u GRE-85-13, u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/5/Rev.2, kif emendat bi GRE-85-26

ECE/TRANS/WP.29/2022/92

149

Proposta għas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 149 (Apparat għat-tidwil tat-triq)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafi 12 u 31, u ECE/TRANS/WP.29/GRE/83, il-paragrafu 36, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/14 kif emendat bi GRE-85-09 u GRE-85-14, ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/18, kif emendat bi GRE-85-33 u ECE/TRANS/WP.29/GRE/2020/13/Rev.1 kif emendat bi GRE-83-51

ECE/TRANS/WP.29/2022/93,

WP.29-187-05

150

Proposta għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 150 (Apparati retroriflettivi)

ECE/TRANS/WP.29/GRE/85, il-paragrafu 15, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRE/2021/15, kif emendat bi GRE-85-15

ECE/TRANS/WP.29/2022/94

157

Proposta għas-serje ta’ emendi 01 għar-Regolament tan-NU Nru 157 (Sistemi għaż-Żamma Awtomatizzata tal-Korsija)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/12, il-paragrafu 30, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/3, ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/4, it-tnejn li huma emendati bi GRVA-12-52

GRVA-13-49e

ECE/TRANS/WP.29/2022/59/Rev.1

162

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje oriġinali ta’ emendi għar-Regolament tan-NU Nru 162 (Immobilizzaturi)

ECE/TRANS/WP.29/GRSG/102, abbażi ta’ GRSG-123-04

ECE/TRANS/WP.29/2022/110

Regolament ġdid

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar it-Twissija tar-Rivers

ECE/TRANS/WP.29/GRBP/73, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRBP/2022/5, kif emendat bi GRBP-75-13

ECE/TRANS/WP.29/2022/88


Regolament Tekniku Globali Nru

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument

2

Proposta għal Emenda 5 ġdida għall-GTR tan-NU Nru 2 (Ċiklu ta’ Ttestjar Dinji tal-emissjonijiet tal-Muturi (WMTC))

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/85, il-paragrafu 50, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/6 kif emendat bi GRPE-85-38 kif riprodott fl-Addendum 2

ECE/TRANS/WP.29/2022/108

Proposta għal rapport tekniku dwar l-iżvilupp ta’ Emenda 5 ġdida għall-GTR tan-NU Nru 2 (Ċiklu ta’ Ttestjar Dinji tal-emissjonijiet tal-Muturi (WMTC))

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/85, il-paragrafu 50

ECE/TRANS/WP.29/2022/109

GTR ġdid

Proposta għal GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-apparati għall-kontroll tat-tniġġis għal vetturi b’żewġ roti u bi tliet roti

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/85, il-paragrafu 52, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2022/7, kif emendat bi GRPE-85-39 kif riprodott fl-Addendum 3

ECE/TRANS/WP.29/2022/106

Proposta għal rapport tekniku dwar l-iżvilupp ta’ GTR ġdid tan-NU dwar id-durabbiltà tal-apparati għall-kontroll tat-tniġġis għal vetturi b’żewġ roti u bi tliet roti

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/85, il-paragrafu 52

ECE/TRANS/WP.29/2022/107


Mixxellanji

Titlu tal-punt fl-aġenda

Referenza tad-dokument

Riżoluzzjoni Konsolidata

Proposta għal Riżoluzzjoni Konsolidata ġdida dwar il-Kejl tan-Numru ta’ Partikuli Ultrafini għal Magni Heavy Duty

ECE/TRANS/WP.29/GRPE/85, il-paragrafu 46, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRPE/2021/17, kif emendat bi GRPE-85-04-Rev.1 kif riprodott fl-Addendum 1

ECE/TRANS/WP.29/2022/105

Awtorizzazzjoni

Awtorizzazzjoni biex tiġi żviluppata l-Emenda 4 għall-GTR tan-NU Nru 3 (Sistemi tal-ibbrejkjar tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2022/47/Rev.1

Linji gwida

Proposta għal Linji Gwida u Rakkomandazzjonijiet dwar ir-Rekwiżiti tas-Sikurezza għas-Sistemi ta’ Sewqan Awtomatizzat

ECE/TRANS/WP.29/2022/56

Dokument Master

Proposta għat-tieni iterazzjoni tal-Metodu Ġdid ta’ Valutazzjoni/Ittestjar għal Sewqan Awtomatizzat - Dokument Prinċipali

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/12, il-paragrafu 24, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/2, kif emendat bi GRVA-12-12 u riprodott fi WP.29-186-09

ECE/TRANS/WP.29/2022/57

Linji gwida

Proposta għal-Linji Gwida għall-Metodu Ġdid ta’ Valutazzjoni/Ittestjar għal Sewqan Awtomatizzat (NATM) għall-Validazzjoni tas-Sistema ta’ Sewqan Awtomatizzat

GRVA-13-35

ECE/TRANS/WP.29/2022/58

WP.29-187-08

Rakkomandazzjoni

Proposta għal rakkomandazzjonijiet dwar dispożizzjonijiet uniformi rigward iċ-ċibersigurtà u aġġornamenti tas-software

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/12, il-paragrafu 47, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/GRVA/2022/5

ECE/TRANS/WP.29/2022/60

Dokument ta’ interpretazzjoni

Proposta għal emendi għad-Dokument ta’ Interpretazzjoni ECE/TRANS/WP.29/2021/59 tar-Regolament tan-NU Nru 155 (Ċibersigurtà u s-sistema ta’ ġestjoni taċ-ċibersigurtà)

ECE/TRANS/WP.29/GRVA/12, il-paragrafu 46, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/2021/59, kif emendat bi GRVA-12-37

ECE/TRANS/WP.29/2022/61

Linji gwida

Proposta għal emendi għad-dokument “speċifikazzjonijiet u linji gwida dwar l-applikazzjoni għall-modulu tal-Identifikatur Uniku (UI)”

ECE/TRANS/WP.29/2019/77 ECE/TRANS/WP.29/1161, il-paragrafu 70, abbażi ta’ ECE/TRANS/WP.29/2019/77, kif emendat bi WP.29-185-13

ECE/TRANS/WP.29/2022/62


(1)  Id-dokumenti kollha msemmijin fit-tabella jinsabu fuq: (WP.29) Il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti (il-187 sessjoni) | NU/KEE.