<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑283/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0283</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:599">EU:C:2013:599</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20130926">26.9.2013</DATE> — KAWŻA C-283/12</P><P>SEREBRYANNAY VEK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>VAT</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 2(1)(ċ), 26, 62 u 63</KEYWORD><KEYWORD>Avveniment li jagħti lok għal ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi reċiproċi</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet bi ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Valur taxxabbli ta’ tranżazzjoni fil-każ ta’ korrispettiv ikkostitwit minn servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Għoti minn persuna fiżika lil kumpannija tad-dritt li tuża u li tikri lil terzi proprjetajiet immobbli inkambju għal servizzi ta’ titjib u ta’ tqegħid ta’ għamara f’dawn il-proprjetajiet minn din il-kumpannija</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑283/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20120529">29 ta’ Mejju 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20120606">6 ta’ Ġunju 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Serebryannay vek EOOD</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> – Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn E. Jarašiūnas (Relatur), President tal-Awla, C. Toader u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn E. Petranova u Y. Atanasov, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Soulay u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari hija bbażata fuq l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1)(ċ), 26, 62 u 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Serebryannay vek EOOD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Serebryannay vek<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u d-Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> – Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsiya za prihodite (Direttur tad-Direttorat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Appelli u Infurzar<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> għall-belt ta’ Varna, fi ħdan l-awtorità ċentrali tal-aġenzija nazzjonali tad-dħul pubbliku, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Direttur<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) dwar avviż ta’ taxxa rettifikattiv li jissuġġetta lil Serebryannay vek għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) għax-xahar ta’ Lulju 2010.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 26(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kull waħda minn dawn it-transazzjonijiet li ġejjin għandha titqies bħala provvista ta’ servizzi bi ħlas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-użu ta’ merkanizja li tifforma parti mill-assi ta’ negozju għall-użu privat ta’ persuna taxxabbli jew tal-persunal tiegħu jew, b’mod iktar ġenerali, għal skopijiet oħra barra dawk tan-negozju tiegħu, fejn il-VAT fuq din il-merkanzija kienet deduċibbli kollha jew parti minnha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi magħmula mingħajr ħlas minn persuna taxxabbli għall-użu privat tagħha jew għall-persunal tagħha, jew b’mod iktar ġenerali, għal skopijiet barra dawk tan-negozju tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 62 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Avveniment li jagħti lok għal ħlas<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> għandha tfisser okkorrenza li permezz tagħha l-kondizzjonijet legali meħtieġa biex tiġi imposta l-VAT huma sodisfatti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-VAT għandha tiġi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>imposta’ meta l-awtorità tat-taxxa ssir intitolata bil-liġi, f’mument partikolari, biex tiġbor it-taxxa mill-persuna soġġetta li tħallasha, għalkemm iż-żmien għall-ħlas jista’ jkun pospost.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 63 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[g]ħandu jikun hemm avveniment li jagħti lok għal ħlas u l-VAT għandha tiġi imposta meta l-merkanzija jew is–servizzi huma pprovduti.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 65 tal-istess direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[m]eta ħlas jrid isir akkont qabel ma l-merkanzija jew is-servizzi jiġu pprovduti, il-VAT għandha tiġi imposta meta jiġi riċevut il-ħlas u fuq l-ammont riċevut.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra kif imsemmi fl-Artikoli 74 sa 77, l-ammont taxxabbli għandu jinkludi dak kollu li jikkostitwixxi ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur, għall-provvista, mill-konsumatur jew parti terza, inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tal-provvista.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 75 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi, kif imsemmija fl–Artikolu 26, fejn merkanzija li tifforma parti mill-assi ta’ negozju tintuża għal finijiet privati jew servizzi jitweqqu bla ħlas, l-ammont taxxabbli għandu jkun l-ispiża kollha għall-persuna taxxabbli tal-provvediment tas-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi li, sabiex jimpedixxu l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa, l-Istati Membri jistgħu fil-każijiet li ġejjin jieħdu miżuri sabiex, fir-rigward tal-kunsinna ta’ oġġetti jew tal-provvista ta’ servizzi li jinvolvu rabtiet ta’ familja jew rabtiet oħra personali stretti, rabtiet ta’ ġestjoni, ta’ proprjetà, ta’ sħubija, finanzjarji jew legali kif iddefinit mill-Istat Membru, il-valur taxxabbli għandu jkun il-valur tas-suq miftuħ tat-tranżazzjoni fil-każijiet li dan l-artikolu jelenka.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Zakon za danak varhu dobavenata stoynost, DV n<HT TYPE="SUP">o</HT> 63, tal-<DATE ISO="20060804">4 ta’ Awwissu 2006</DATE>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ZDDS<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), jipprovdi li hija suġġetta għall-VAT kull provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 taż-ZDDS jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-fatt li jiġi pprovdut servizz jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Hija kkunsidrata wkoll bħala provvista ta’ servizz:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>il-provvista mid-detentur jew minn min juża servizz bl-għan li jsewwi u/jew itejjeb attiv mikri jew ipprovdut għall-użu.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma ekwivalenti għal provvista ta’ servizz imwettqa bi ħlas:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizz għall-bżonnijiet privati tal-persuna fiżika taxxabbli, tal-proprjetarju, tal-impjegati jew ta’ terzi sakemm jintuża, matul din il-provvista, oġġett waqt il-manifattura, l-importazzjoni jew ix-xiri li minnu t-taxxa tal-input tnaqqset kollha jew parzjalment;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>il-provvista, mingħajr korrispettiv, ta’ servizz għall-bżonnijiet privati tal-persuna fiżika taxxabbli, tal-proprjetarju, tal-impjegati jew ta’ terzi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="009.004"><NO.PARAG>4)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafu 3 ma għandux japplika fil-każ ta’:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>provvista ta’ servizz mwettqa mingħajr ħlas minn detentur/utent għat-tiswija ta’ element tal-attiv mikri jew mqiegħed għad-dispożizzjoni, fil-każijiet fejn l-element tal-attiv ġie mikri jew tqiegħed għad-dispożizzjoni tad-detentur/utent, u ġie effettivament użat b’mod kontinwu, għal żmien li ma huwiex inferjuri għal tliet snin;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>provvista ta’ servizz mwettqa mingħajr ħlas minn konċessjonarju bl-għan tat-titjib tal-element tal-attiv mqiegħed għad-dispożizzjoni, meta din hija kundizzjoni u/jew obbligu taħt il-kuntratt ta’ konċessjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25 taż-ZDDS:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Fis-sens ta’ din il-liġi, b’avveniment li jagħti lok għall-ħlas tal-VAT għandu jiġi mifhum, il-provvista ta’ oġġetti jew ta’ servizzi mwettqa mill-persuna taxxabbli fis-sens ta’ din il-liġi [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>L-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tal-VAT iseħħ fid-data li fiha l-proprjetà tal-oġġett tiġi ttrasferita jew f’dik li fiha s-servizz jiġi pprovdut.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Minbarra l-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tat-taxxa jseħħ:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>fid-data attwali tar-restituzzjoni tal-element tal-attiv wara tiswija u/jew titjib mat-terminazzjoni tal-kuntratt jew mal-interruzzjoni fl-użu tal-element tal-attiv fil-każ tal-eżekuzzjoni tas-servizzi mingħajr ħlas minn detentur jew minn utent bl-għan ta’ tiswija u/jew titjib ta’ element tal-attiv mikri jew mqiegħed għad-dispożizzjoni, meta l-kundizzjonijiet previsti fil-punti 2 u (3) tal-Artikolu 9(4) ma jintlaħqux.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.006"><NO.PARAG>6)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fid-data li fiha jseħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas, skont il-paragrafi 2, 3 u 4:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>it-taxxa fis-sens ta’ din il-liġi ssir dovuta għat-tranżazzjonijiet taxxabbli u jseħħ l-obbligu, għall-persuna taxxabbli rreġistrata, li tillikwida t-taxxa.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 taż-ZDDS jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="026.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-valur taxxabbli huwa ddeterminat fuq il-bażi tal-elementi kollha inklużi fil-kumpens li l-fornitur jew min jipprovdi s-servizz irċieva mix-xerrej jew mill-benefiċjarju jew minn terzi fil-kuntest tat-tranżazzjoni jew tal-kumpens li huwa dovut lill-fornitur jew lil min jipprovdi s-servizz, fejn l-ammont ta’ dan il-kumpens ikun espress, nett tal-VAT, f’leva u stotinki. Ma humiex ikkunsidrati bħala korrispettiv il-ħlasijiet ta’ interessi u ta’ klawżoli penali li għandhom natura ta’ kumpens.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="026.007"><NO.PARAG>(7)</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-korrispettiv ta’ tranżazzjoni huwa kompletament jew parzjalment ikkostitwit minn oġġetti jew servizzi (il-ħlas isir kompletament jew parzjalment permezz ta’ oġġetti jew servizzi), il-valur taxxabbli ta’ din it-tranżazzjoni huwa kkostitwit mill-valur fis-suq miftuħ tal-oġġett jew tas-servizz ipprovdut, ikkalkulat fid-data li fiha l-VAT tkun saret dovuta.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(3) taż-ZDDS jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="027.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-valur taxxabbli tas-servizzi li ġejjin huwa kkostitwit mill-prezz tas-suq:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>kunsinna bejn persuni relatati;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>kunsinna mingħajr ħlas fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 9(2).<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 130 taż-ZDDS:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="130.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Kull kunsinna jew provvista li l-korrispettiv tagħha kien (kompletament jew parzjalment) stabbilit f’oġġetti jew f’servizzi hija kkunsidrata bħala li tirrappreżenta żewġ kunsinni jew provvisti korrelativi u kull wieħed mill-fornituri jew minn min jipprovdi s-servizz huwa kkunsidrat bħala bejjiegħ ta’ dak li huwa jipprovdi u bħala xerrej ta’ dak li huwa jirċievi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="130.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>L-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tal-VAT għall-kunsinni msemmija fil-paragrafu (1) iseħħ skont ir-regoli ġenerali tal-liġi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="130.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-kunsinna msemmija fil-paragrafu (1), li l-avveniment tagħha li jagħti lok għal ħlas iseħħ f’data preċedenti, titqies li tkun ħlas bil-quddiem (komplet jew parzjali) tat-tieni kunsinna.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-punt 8 tal-paragrafu (1) tad-dispożizzjonijiet kumplimentari taż-ZDDS jipprovdi li servizz jiġi pprovdut <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>mingħajr ħlas<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> meta huwa ma jkunx suġġett għal ebda servizz korrispettiv jew meta l-valur tiegħu jeċċedi diversi drabi dak tas-servizz korrispettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji u fuq id-dħul (Zakon za korporativnoto i podohodno oblagane) tipprovdi fl-Artikolu 51 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="051.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-attivi fissi intanġibbli taxxabbli huma:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>ir-riżorsi mhux finanzjarji miksuba, li:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ma għandhomx sustanza fiżika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>huma użati matul iktar minn 12-il xahar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>għandhom żmien ta’ ħajja limitat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>għandhom valur daqs jew aqwa mill-iktar valur żgħir minn dawn li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>aa)</NO.P><TXT>il-valur minimu tal-attivi fissi intanġibbli stabbilit mill-politika ta’ kontabbiltà tal-persuna taxxabbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>bb)</NO.P><TXT>BGN 700;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="6"?><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>l-ammonti imposti taħt tranżazzjonijiet ekonomiċi, li jwasslu għal żieda tal-vantaġġ ekonomiku tal-attivi mikrija jew ipprovduti lil utent; l-imsemmija ammonti ma jikkostitwixxux attivi tanġibbli fissi, għall-finijiet tat-taxxa.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Serebryannay vek hija impriża b’azzjonist uniku b’responsabbiltà limitata rregolata mid-dritt Bulgaru li tappartjeni lil B. Bodzuliak, li huwa wkoll l-amministratur. Skont ir-reġistru tal-kummerċ, hija għandha bħala għan b’mod partikolari l-kiri ta’ immobbli, it-turiżmu u l-provvista ta’ servizzi ta’ lukandi.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Ġunju 2009, B. Bodzuliak xtara, personalment, appartament li jinstab f’aparthotel f’Varna. Huwa xtara wkoll appartament ieħor fl-istess belt. Dawn l-appartamenti huma ddikjarati bħala miżmuma f’koproprjetà minn Bodzuliak u l-mara tiegħu (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>proprjetarji<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20090408">8 ta’ April 2009</DATE>, B. Bodzuliak ikkonkluda f’ismu żewġ kuntratti ta’ kontenut identiku ma’ Serebryannay vek, li permezz tagħhom huwa ta lil din tal-aħħar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>dritt reali ta’ użufrutt<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fuq il-proprjetajiet immobbli tiegħu li għadhom shell, u b’mod partikolari ż-żewġ appartamenti inkwistjoni, għal perijodu ta’ ħames snin, bil-possibbiltà ta’ estensjoni. Kien previst li Serebryannay vek kienet ser tagħti l-imsemmija appartamenti għall-kiri lil terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Taħt dawn il-kuntratti, Serebryannay vek ma għandhiex tħallas kera lill-proprjetarji matul it-tul tagħhom. Min-naħa l-oħra, hija impenjat ruħha li teżegwixxi f’isimha, bi spejjeż tagħha u skont id-diskrezzjoni tagħha, xi xogħlijiet ta’ restawr u ta’ immuntar bl-għan tat-tlestija u tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-appartamenti għall-finijiet tal-użu tagħhom, b’mod partikolari xiri u provvista ta’ artijiet, tqegħid ta’ għamara, dekorazzjoni, installazzjoni tal-kmamar tal-banju. Huwa previst li, għall-finijiet tal-imsemmija kuntratti, il-proprjetarji ser jieħdu lura l-appartamenti kkonċernati bil-faċilitajiet li jinsabu fihom.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-awtorità tad-dħul fiskali wettqet verifika fil-<DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE> u ħarġet avviż ta’ taxxa rettifikattiv għax-xahar ta’ Lulju 2010. Hija kkunsidrat li Serebryannay vek kienet wettqet provvista ta’ servizzi mingħajr ħlas favur il-proprjetarji u li l-valur taxxabbli ta’ dawn is-servizzi kienet tikkorrispondi għall-valur tal-ispejjeż sostnuti minn din il-kumpannija għall-finijiet tal-imsemmija servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Serebryannay vek ippreżentat appell amministrattiv kontra l-imsemmi avviż quddiem id-Direktor. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110610">10 ta’ Ġunju 2011</DATE>, dan tal-aħħar annulla dan l-istess avviż u bagħat lura l-fajl lill-awtorità tad-dħul fiskali sabiex tipproċedi għal verifika ġdida. Huwa kkunsidra, essenzjalment, li kien hemm skambju ta’ servizzi, għaliex Serebryannay vek kienet irċeviet l-appartamenti kkonċernati b’kirja bħala remunerazzjoni għas-servizzi tagħha ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara f’dawn l-appartamenti. Fir-rigward ta’ din l-interpretazzjoni, id-Direktor qies, fuq il-bażi tal-Artikolu 26(7) taż-ZDDS, li l-valur taxxabbli tas-servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara tal-imsemmija appartamenti kien ikkostitwit mill-prezz tas-suq ta’ dawn is-servizzi, u kellu jiġi stabbilit permezz ta’ verifika ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-awtorità tad-dħul fiskali għalhekk wettqet it-tieni verifika u kkonstatat li kien hemm skambju ta’ servizzi, jiġifieri servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara min-naħa ta’ Serebryannay vek u servizz ta’ kiri min-naħa tal-proprjetarji, fis-sens tal-Artikolu 130 taż-ZDDS, minħabba li B. Bodzuliak huwa s-sid tal-appartamenti inkwistjoni b’koproprjetà mal-mara tiegħu, li huwa l-uniku proprjetarju tal-kapital ta’ Serebryannay vek u li l-ebda kera ma kienet ġiet miftiehma.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>L-awtorità tad-dħul fiskali qieset li d-data tal-awtorizzazzjoni ta’ użu tal-lukanda li fiha jinsab l-ewwel appartament imsemmi fil-punt 20 ta’ din is-sentenza, jiġifieri fid-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, kienet id-data ta’ eżekuzzjoni tas-servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara. F’dak li jikkonċerna t-tieni appartament imsemmi fl-istess punt, hija d-data tal-protokoll ta’ kunsinna finali, jiġifieri t-<DATE ISO="20100630">30 ta’ Ġunju 2010</DATE>, li ġiet ikkunsidrata bħala d-data li fiha ġew ipprovduti l-imsemmija servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn id-dati, l-awtorità tad-dħul fiskali kkunsidrat li Serebryannay vek kellha toħroġ, mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20100705">5 ta’ Lulju 2010</DATE>, fattura li tikkonċerna s-servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara li hija kienet wettqet.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Billi t-tranżazzjonijiet twettqu bejn persuni marbuta, ġie kkunsidrat li l-valur taxxabbli tas-servizzi pprovduti minn Serebryannay vek kellu jkun kkostitwit mill-prezz tas-suq tal-imsemmija prodotti u servizzi. Il-valur globali taż-żewġ appartamenti inkwistjoni ġie stabbilit, wara stima, għal BGN 558 000 levi Bulgari. Fuq din il-bażi, l-awtorità tad-dħul fiskali ħarġet, fl-<DATE ISO="20111214">14 ta’ Diċembru 2011</DATE>, avviż ta’ taxxa rettifikattiv ġdid li jikkonstata li Serebryannay vek kellha tħallas, għax-xahar ta’ Lulju 2010, dejn tal-VAT ta’ BGN 111 600, miżjuda b’interessi moratorji li jammontaw għal BGN 6 341.55.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Srebryannay vek ippreżentat appell amministrattiv kontra dan l-avviż quddiem id-Direktor li, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120312">12 ta’ Marzu 2012</DATE>, ċaħad dan l-appell. Hija ppreżentat rikors kontenzjuż kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. Insostenn ta’ dan ir-rikors, l-imsemmija kumpannija ssostni li ma kienx hemm skambju ta’ servizzi, iżda li hija pprovdiet servizzi mingħajr ħlas, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 9(2) taż-ZDDS. Hija tqis li l-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tal-VAT fuq din il-provvista ta’ servizzi ser jintervjeni fid-data tar-restituzzjoni attwali tal-element tal-attiv wara t-titjib mat-terminazzjoni tal-kuntratt jew mal-interruzzjoni fl-użu tal-proprjetà, skont il-punt 6 tal-Artikolu 25(3) taż-ZDDS.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Sussidjarament, Serebryannay vek issostni li l-VAT kellha tiġi miġbura għax-xahar ta’ Ġunju 2010, jiġifieri għall-perijodu li matulu s-servizzi inkwistjoni jitqiesu li twettqu, u mhux għax-xahar ta’ Lulju 2010. Din il-kumpannija tikkunsidra wkoll li l-valur taxxabbli kellu jkun il-valur tas-servizz riċevut, u mhux dak tas-servizzi mwettqa.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont Serebryannay vek, il-leġiżlazzjoni Bulgara ma hijiex kompatibbli mal-Artikoli 2(1)(ċ) u 26 tad-Direttiva tal-VAT minħabba li t-tranżazzjonijiet bi ħlas biss jistgħu jiġu suġġetti għat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, sabiex tiddeċiedi l-kawża li tressqet quddiemha, għandha tistabbilixxi jekk kienx hemm skambju ta’ provvisti ta’ servizzi u, jekk iva, liema huma r-regoli applikabbli għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur taxxabbli taż-żewġ provvisti ta’ servizzi. Min-naħa l-oħra, jekk ma hemmx involut skambju, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk is-servizzi pprovduti minn Serebryannay vek jikkostitwixxux provvista ta’ servizzi taxxabbli u, f’dan il-każ, f’liema mument jintervjeni l-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tal-VAT għall-imsemmija servizzi u kif jiġi stabbilit l-valur taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-awtorità tad-dħul fiskali kklassifikat b’mod żbaljat it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-appartamenti inkwistjoni mill-proprjetarji lil Serebryannay vek bħala kiri. Kirja għandha tkun tranżazzjoni bi ħlas, liema fatt, skont din il-qorti, ma huwiex il-każ fil-kawża prinċipali, billi l-kuntratti inkwistjoni jipprovdu espressament li ebda kera ma hija dovuta. Għaldaqstant, din hija tranżazzjoni mingħajr ħlas li tikkonsisti f’self għall-użu. Jekk jiġi kkunsidrat li s-servizzi pprovduti minn Serebryannay vek huma ekwivalenti għall-ħlas ta’ kera, dan ikun, għal din il-qorti, kuntrarju għar-rieda tal-partijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, fid-dawl tal-fatt li Serebryannay vek akkwistat attiv fiss intanġibbli inkambju għall-ispejjeż li hija wettqet sabiex ittejjeb l-appartamenti inkwistjoni, tistaqsi jekk l-akkwist ta’ tali attiv jistax jitqies bħala l-ħlas tas-servizzi ta’ titjib. Jekk iva, din tkun, skont hi, tranżazzjoni bi ħlas, li għaliha l-istabbiliment tad-data tal-avveniment li jagħti lok għal ħlas u tal-valur taxxabbli għall-finijiet<?PAGE NO="8"?> tal-VAT ma jippreżentaw l-ebda diffikultà. Jekk le, din tkun provvista ta’ servizzi mingħajr ħlas li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, ma tistax tiġi mqabbla ma’ provvista ta’ servizzi bi ħlas, għaliex din il-provvista kellha titwettaq għall-finijiet tal-attività ekonomika ta’ Serebryannay vek. Il-qorti tar-rinviju madankollu għandha xi dubji fir-rigward tal-kompatibbiltà mal-Artikoli 2(1)(ċ), 26, 62 u 63 tad-Direttiva tal-VAT tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw b’mod partikolari n-natura taxxabbli, il-valur taxxabbli u l-mument li fih iseħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas għal tali servizzi li jitwettqu mingħajr ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Administrativen sad Varna ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-[VAT] tista’ tiġi interpretata fis-sens li l-akkwist ta’ attiv intanġibbli inkambju għall-ispejjeż sostnuti għat-titjib ta’ proprjetà mikrija jew mogħtija b’użu jikkostitwixxi l-ħlas tas-servizz ta’ titjib, indipendentement mill-fatt li skont il-kuntratt, il-proprjetarju tal-proprjetà ma huwiex obbligat iħallas remunerazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(ċ) u tal-Artikolu 26 tad-Direttiva [tal-VAT] jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, fi kwalunkwe każ, tikkunsidra bħala taxxabbli provvista ta’ servizzi mingħajr ħlas li tikkonsisti fit-titjib ta’ proprjetà mikrija jew mogħtija b’użu? Għall-finijiet tar-risposta għat-tieni domanda, u f’ċirkustanzi bħal dawk tal-proċeduri prinċipali, huwa rilevanti li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-fornitur tas-servizz mingħajr ħlas eżerċita d-dritt tiegħu għat-tnaqqis tal-VAT għall-prodotti u s-servizzi użati sabiex isir it-titjib, dritt li kien għadu ma ġiex irrifjutat lilu permezz ta’ avviż għall-ħlas tat-taxxa rettifikattiv li daħal fis-seħħ, u li:</P></ITEM><ITEM><P>fil-mument tal-verifika, il-kumpannija tkun għadha ma bdietx tuża l-proprjetà immobbli għal servizzi taxxabbli, iżda l-kuntratti jkunu għadhom ma skadewx?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 62 u 63 tad-Direttiva [tal-VAT] jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-fatt li jagħti lok għall-ħlas tat-taxxa fuq is-servizz ma jseħħx fid-data tal-provvista tas-servizz (f’dan il-każ, meta jsir it-titjib), iżda fid-data tar-restituzzjoni effettiva tal-attiv li fir-rigward tiegħu jkun sar it-titjib, restituzzjoni li seħħet waqt it-tmiem tal-kuntratt jew tal-waqfien tal-użu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domandi, skont liema regola tat-Titolu VII tad-Direttiva [tal-VAT] għandu jiġi ddeterminat l-valur taxxabbli tal-VAT, fil-każ fejn is-servizz mingħajr ħlas ma jkunx jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 26 tad-Direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara f’appartament għandha titqies bħala li twettqet bi ħlas meta, skont kuntratt konkluż mal-proprjetarju ta’ dan l-appartament, il-fornitur tal-imsemmija servizzi, minn naħa, jimpenja ruħu li jwettaq din il-provvista ta’ servizzi bi spejjeż tiegħu u, min-naħa l-oħra, jikseb id-dritt li jiddisponi mill-imsemmi appartament sabiex jużah għall-attività ekonomika tiegħu matul it-tul ta’ dan il-kuntratt, mingħajr ma jkun obbligat li jħallas kera, filwaqt li l-proprjetarju jieħu lura l-appartament attrezzat fit-tmiem tal-imsemmi kuntratt.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li l-possibbiltà li tranżazzjoni tiġi kklassifikata bħala tranżazzjoni bi ħlas tippreżumi biss l-eżistenza ta’ rabta diretta bejn il-kunsinna ta’ oġġetti jew il-provvista ta’ servizzi u l-korrispettiv li fir-realtà tirċievi l-persuna taxxabbli (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20050120">20 Jannar 2005</DATE>, Hotel Scandic Gåsabäck, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-412/03" PAGE.ECR="I-743" YEAR="2005">C-412/03, Ġabra p. I-743</REF.DOC.ECR>, punt 22, u tad-<DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Campsa Estaciones de Servicio, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-285/10" PAGE.ECR="I-5059" YEAR="2011">C-285/10, Ġabra p. I-5059</REF.DOC.ECR>, punt 25). Tali rabta diretta hija stabbilita meta jekk ikun hemm relazzjoni legali bejn il-prestatarju u l-benefiċjarju li matulha jkun hemm skambju ta’ servizzi reċiproċi, fejn ir-remunerazzjoni li jirċievi l-prestatarju tkun il-korrispettiv effettiv tas-servizz mogħti lill-benefiċjarju (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, RCI Europe, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-37/08" PAGE.ECR="I-7533" YEAR="2009">C-37/08, Ġabra p. I-7533</REF.DOC.ECR>, punt 24, u tat-<DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, Lebara, C‑520/10, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-korrispettiv ta’ kunsinna ta’ oġġetti jista’ jikkonsisti f’provvista ta’ servizzi u jikkostitwixxi l-valur taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-VAT, bil-kundizzjoni madankollu li jkun hemm rabta diretta bejn il-kunsinna ta’ oġġetti u l-provvista ta’ servizzi u li l-valur ta’ din tal-aħħar ikun jista’ jiġi espress fi flus (sentenza tat-<DATE ISO="20010703">3 ta’ Lulju 2001</DATE>, Bertelsmann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-380/99" PAGE.ECR="I-5163" YEAR="2001">C-380/99, Ġabra p. I-5163</REF.DOC.ECR>, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan japplika wkoll meta provvista ta’ servizzi ssir inkambju għal provvista oħra ta’ servizzi, sakemm dawn l-istess kundizzjonijiet huma ssodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-kuntratti ta’ skambju, li fihom il-korrispettiv huwa bħala definizzjoni <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT>, u t-tranżazzjonijiet li għalihom il-korrispettiv huwa monetarju huma, mill-perspettiva ekonomika u kummerċjali, żewġ sitwazzjonijiet identiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19970703">3 ta’ Lulju 1997</DATE>, Goldsmiths, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-330/95" PAGE.ECR="I-3801" YEAR="1997">C-330/95, Ġabra p. I-3801</REF.DOC.ECR>, punti 23 sa 25, u tad-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Orfey, C‑549/11, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li meta, permezz ta’ kuntratt konkluż mal-proprjetarju ta’ appartament, il-fornitur tas-servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara f’dan l-appartament, minn naħa, jimpenja ruħu li jwettaq din il-provvista ta’ servizzi bi spejjeż tiegħu u, min-naħa l-oħra, jikseb id-dritt li jiddisponi mill-imsemmi appartament sabiex jużah għall-attività ekonomika tiegħu matul it-tul ta’ dan il-kuntratt, mingħajr ma jkun obbligat iħallas kera, filwaqt li l-proprjetarju jieħu lura l-appartament attrezzat fit-tmiem tal-imsemmi kuntratt, din il-provvista ta’ servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara taqa’ taħt il-kategorija tal-provvisti ta’ servizzi bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-VAT. Fil-fatt, f’dan il-każ teżisti rabta diretta bejn l-imsemmija servizzi u l-korrispettiv riċevut realment inkambju għalihom mill-fornitur tagħhom, jiġifieri d-dritt li jiddisponi mill-appartament inkwistjoni, għall-finijiet tal-attività ekonomika tiegħu, matul it-tul tal-istess kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-fatt li l-provvista ta’ servizzi inkwistjoni ser tibbenefika lill-proprjetarju tal-appartament ikkonċernat biss wara t-tmiem tal-kuntratt ma jbiddel xejn f’dan ir-rigward, billi, mal-konklużjoni tiegħu, il-partijiet għal tali kuntratt li jimponi obbligi reċiproċi jimpenjaw rwieħhom waħda lejn l-oħra li jwettqu servizzi reċiproċi (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20020321">21 ta’ Marzu 2002</DATE>, Kennemer Golf, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-174/00" PAGE.ECR="I-3293" YEAR="2002">C-174/00, Ġabra p. I-3293</REF.DOC.ECR>, punt 40, u RCI Europe, iċċitata iktar ’il fuq, punti 31 u 33).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara f’appartament għandha titqies bħala li twettqet bi ħlas meta, permezz ta’ kuntratt konkluż mal-proprjetarju ta’ dan l-appartament, il-fornitur tal-imsemmija servizzi, minn naħa, jimpenja ruħu li jwettaq din il-provvista ta’ servizzi bi spejjeż tiegħu u, min-naħa l-oħra, jikseb id-dritt li jiddisponi mill-imsemmi appartament sabiex jużah għall-attività ekonomika tiegħu matul it-tul ta’ dan il-kuntratt, mingħajr ma jkun obbligat iħallas kera, filwaqt li l-proprjetarju jieħu lura l-appartament attrezzat fit-tmiem tal-imsemmi kuntratt.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni sar-raba</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Mil-kliem tat-tieni sar-raba’ domandi jirriżulta li dawn saru biss fl-ipoteżi fejn ikun jirriżulta mir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda li provvista ta’ servizzi bħal dik deskritta f’din l-ewwel domanda ma taqax fil-kategorija tal-provvisti ta’ servizzi bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni sar-raba’ domandi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi ta’ restawr u ta’ tqegħid ta’ għamara f’appartament għandha titqies bħala li twettqet bi ħlas meta, permezz ta’ kuntratt konkluż mal-proprjetarju ta’ dan l-appartament, il-fornitur tal-imsemmija servizzi, minn naħa, jimpenja ruħu li jwettaq din il-provvista ta’ servizzi bi spejjeż tiegħu u, min-naħa l-oħra, jikseb id-dritt li jiddisponi mill-imsemmi appartament sabiex jużah għall-attività ekonomika tiegħu matul it-tul ta’ dan il-kuntratt, mingħajr ma jkun obbligat iħallas kera, filwaqt li l-proprjetarju jieħu lura l-appartament attrezzat fit-tmiem tal-imsemmi kuntratt.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>