|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1785 |
22.3.2024 |
P9_TA(2023)0313
L-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2023 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (08892/2023) – C9-0186/2023 – 2023/0088(NLE))
(Approvazzjoni)
(C/2024/1785)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (08892/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (1), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0186/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0242/2023), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-estensjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1785/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)