<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-665/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0665</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:667">EU:C:2021:667</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210902">2.9.2021</DATE> – Kawża C‑665/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">NeXovation vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna favur il-kumpless tan-Nürburgring (il-Ġermanja)</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Bejgħ tal-assi tal-benefiċjarji tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u inkundizzjonata</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara li r-rimbors tal-għajnuna inkompatibbli ma jikkonċernax il-proprjetarju l-ġdid tal-kumpless tan-Nürburgring u li dan ma bbenefikax minn għajnuna ġdida għall-akkwist ta’ dan il-kumpless</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Kwalità ta’ parti interessata</KEYWORD><KEYWORD>Persuna individwalment ikkonċernata</KEYWORD><KEYWORD>Ksur tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati</KEYWORD><KEYWORD>Diffikultajiet li jeżiġu l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali</KEYWORD><KEYWORD>Motivazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑665/19 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fil‑<DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">NeXovation Inc</HT>., stabbilita f’Hendersonville (l-Istati Uniti), inizjalment irrappreżentata minn A. von Bergwelt, M. Nordmann u L. Hettstedt, sussegwentement minn A. von Bergwelt u M. Nordmann, Rechtsanwälte,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Flynn, T. Maxian Rusche u B. Stromsky, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras (Relatur), President tal-Awla, N. Piçarra, D. Šváby, S. Rodin u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad‑<DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, NeXovation Inc. titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad‑<DATE ISO="20190619">19 ta’ Ġunju 2019</DATE>, NeXovation vs Il‑Kummissjoni (T‑353/15, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:434">EU:T:2019:434</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tagħha intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/151 tal‑<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31550 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għal Nürburgring (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="034" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 34, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat‑<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 108 [TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 734/2013 tat‑<DATE ISO="20130722">22 ta’ Lulju 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 204, p. 15</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Regolament Nru 659/1999<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li tħassar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 [TFUE] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>), huwa applikabbli għall-fatti ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(h) tar-Regolament Nru 659/1999 jiddefinixxi, għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>partijiet interessati<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>kull Stat Membru u kull persuna, impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu affettwati bl-għoti ta’ għajnuna, b’mod partikolari l-benefiċjarju ta’ l-għajnuna, impriżi li jikkompetu bejniethom u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Abbozz preliminari tan-notifika u deċiżjonijiet tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, fil-paragrafi 2 sa 4 tiegħu jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-Kummissjoni, wara eżami preliminari, issib li l-miżura notifikata ma tikkostitwixix għajnuna, għandha tirreġistra dik is-sejba permezz ta’ deċiżjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-Kummissjoni, wara eżami preliminari, issib li ma tqajjem l-ebda dubju f’dik li l-kompatibilità mas-suq komuni ta’ miżura notifikata, safejn taqa’ fi ħdan l-iskop ta’ l-Artikolu [107(1) TFUE], għandha tiddeċiedi li l-miżura hija kompatibbli mas-suq komuni (minn hawn ‘l quddiem imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>deċiżjoni li ma jitqajjmux oġġezzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>). Id-deċiżjoni għandha tispeċifika liema eċċezzjoni taħt it-Trattat kienet applikata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-Kummissjoni, wara eżami preliminari, issib li tqajjmu dubji dwar il-kompatibilità mas-suq komuni ta’ miżura notifikata, għandha tiddeċiedi jekk għandhomx jibdew proċeduri skond l-Artikolu [108(2) TFUE] (minn hawn ’l quddiem imsejjħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>deċiżjoni li tinbeda l-proċedura formali għall-investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>).<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali għandha tiġbor fil-qosor l-kwistjonijiet relevanti tal-fatti u liġi, għandha tinkludi stima preliminari tal-Kummissjoni dwar il-karattru tal-miżura proposta u għandha tqiegħed id-dubji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Id-deċiżjoni għandha ssejjaħ lill-Istat Membru kkonċernat u lil partijiet interessati oħra sabiex jissottomettu l-kummenti f’perjodu preskritt li normalment m’għandux ikun aktar minn xahar. F’każijiet ġustifikati, il-Kummissjoni għandha testendi l-perjodu preskritt.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 659/1999, l-eżami ta’ għajnuna illegali possibbli għandu jirriżulta f’deċiżjoni skont l-Artikolu 4(2), (3) jew (4) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjonijiet kontenzjużi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża jinsabu fil-punti 1 sa 15 tas-sentenza appellata u, għall-ħtiġijiet ta’ din il-proċedura, jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-kumpless tan-Nürburgring (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Nürburgring<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), li jinsab fil-Land ta’ Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja), jinkludi ċirkwit tat-tlielaq tal-karozzi, postijiet ta’ divertiment, lukandi u ristoranti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Bejn is-sena 2002 u s-sena 2012, l-impriżi pubbliċi proprjetarji tal-kumpless tan-Nürburgring (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>bejjiegħa<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) ibbenefikaw minn għajnuna prinċipalment mingħand il-Land ta’ Rheinland-Pfalz. Din l-għajnuna kienet is-suġġett ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, li nfetħet mill-Kummissjoni matul is-sena 2012. Fl-istess sena, l-Amtsgericht Bad Neuenahr-Ahrweiler (il-Qorti Distrettwali ta’ Bad Neuenahr-Ahrweiler, il-Ġermanja) iddikjarat l-insolvenza tal-bejjiegħa u ddeċidiet li tipproċedi bil-bejgħ tal-assi tagħhom. Infetħet proċedura ta’ sejħa għal offerti (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>proċedura ta’ sejħa għal offerti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) u din ġiet konkluża bil-bejgħ ta’ dawn l-assi lil Capricorn Nürburgring Besitzgesellschaft GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Capricorn<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, l-appellanti ressqet ilment quddiem il-Kummissjoni minħabba li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti ma nfetħitx b’mod trasparenti, nondiskriminatorja u inkundizzjonata u ma kinitx wasslet għall-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring bi prezz tas-suq, sa fejn dawn l-assi kienu ġew ittrasferiti lil offerent lokali li l-offerta tiegħu kienet inqas minn tagħha u li kien ingħata preferenza fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti. Skont l-appellanti, Capricorn għalhekk irċeviet għajnuna, li tikkorrispondi għad-differenza bejn il-prezz li hija kellha tħallas għax-xiri tal-assi tan-Nürburgring u l-prezz tas-suq ta’ dawn l-istess assi, u żgurat il-kontinwità tal-attivitajiet ekonomiċi tal-bejjiegħa, b’tali mod li l-ordni għall-irkupru tal-għajnuna rċevuta mill-bejjiegħa kellha tiġi estiża għal Capricorn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni finali, il-Kummissjoni kkonstatat l-illegalità u l-inkompatibbiltà mas-suq intern ta’ ċerti miżuri ta’ appoġġ favur il-bejjiegħa (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>għajnuna lill-bejjiegħa<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>). Fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-deċiżjoni, hija stabbilixxiet li Capricorn u s-sussidjarji tagħha ma kinux ikkonċernati minn eventwali rkupru tal-għajnuna lill-bejjiegħa (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ewwel deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-aħħar inċiż tal-Artikolu 1 tal-imsemmija deċiżjoni finali, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring lil Capricorn ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>tieni deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti kienet twettqet b’mod miftuħ, trasparenti u nondiskriminatorju, li din il-proċedura waslet għal prezz ta’ bejgħ konformi mas-suq u li ma kienx hemm kontinwità ekonomika bejn il-bejjiegħa u x-xerrej.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20150626">26 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-appellanti ppreżentat rikors intiż għall-annullament tal-ewwel u tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors, sa fejn kien intiż għall-annullament tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża, peress li l-appellanti ma wrietx li hija kkonċernata individwalment minn din id-deċiżjoni. F’dan ir-rigward, hija qieset, fil-punt 53 tas-sentenza appellata, li mis-sempliċi parteċipazzjoni tal-appellanti fil-proċedura amministrattiva ma jistax jiġi dedott li hija kellha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> kontra l-ewwel deċiżjoni kontenzjuża. Barra minn hekk, fil-punt 55 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-appellanti ma kellha ebda pożizzjoni fis-swieq rilevanti li setgħet tiġi affettwata mill-għajnuna lill-bejjiegħa. Fl-aħħar, fil-punt 56 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali qieset li l-argumenti tal-appellanti, li jgħidu li hija kienet tkun f’pożizzjoni li takkwista l-assi tan-Nürburgring u, għaldaqstant, li tidħol fis-swieq rilevanti li kieku hija ma kinitx ġiet iddiskriminata fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti u li, minħabba t-telf ta’ reputazzjoni u tar-reklamar negattiv li jirriżulta mix-xkiel f’din il-proċedura, kien diffiċli għaliha li takkwista jew li topera ċirkwiti oħra ta’ tlielaq, ma setax ikun biżżejjed sabiex tiġi individwalizzata fir-rigward tal-għajnuna lill-bejjiegħa u tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talba għall-annullament tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 76 tas-sentenza appellata, minn naħa, li t-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni mressqa mill-Kummissjoni kellha tiġi miċħuda u, min-naħa l-oħra, li din it-talba għal annullament kienet ammissibbli, sa fejn din kienet intiża sabiex tipproteġi d-drittijiet proċedurali li l-appellanti tislet mill-Artikolu 108(2) TFUE. Għaldaqstant, hija eżaminat l-aggravji invokati mill-appellanti insostenn tal-imsemmija talba u, wara li ċaħdithom kollha, hija ddeċidiet, fil-punt 214 tas-sentenza appellata, li t-talba għall-annullament tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża kellha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-punti 3 u 4 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-ewwel u t-tieni deċiżjoni kontenzjuża;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka sitt aggravji, ibbażati, l-ewwel, fuq żball tal-Qorti Ġenerali sa fejn hija kkunsidrat li hija ma kinitx individwalment ikkonċernata mill-ewwel deċiżjoni kontenzjuża, it-tieni, fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, it-tielet, fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>diffikultajiet serji<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, ir-raba’, fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999, il-ħames, fuq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tan-natura imparzjali tal-eżami tal-ilment li hija ressqet, u, is-sitt, fuq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tan-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju huwa intiż għall-annullament tas-sentenza appellata, sa fejn, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li t-talba għall-annullament tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża kienet inammissibbli. L-aggravji l-oħra jirrigwardaw iċ-ċaħda, mill-Qorti Ġenerali, tat-talba għall-annullament tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-kunsiderazzjoni li hija ma kinitx individwalment ikkonċernata mill-ewwel deċiżjoni kontenzjuża, peress li hija ma kellhiex pożizzjoni fis-swieq rilevanti li tista’ tiġi affettwata mill-għajnuna mogħtija lill-bejjiegħa, hija żbaljata kemm fuq il-livell fattwali kif ukoll fuq il-livell legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860128">28 ta’ Jannar 1986</DATE>, <NAME.CASE>Cofaz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>169/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:42">EU:C:1986:42</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li, fl-istadju tal-analiżi tal-ammissibbiltà tar-rikors kontra deċiżjoni bħall-ewwel deċiżjoni kontenzjuża, hija l-Qorti Ġenerali li għandha tislet konklużjoni definittiva dwar il-pożizzjoni kompetittiva ta’ rikorrent fis-swieq rilevanti, iżda li għandha tanalizza jekk din id-deċiżjoni tistax tippreġudika l-interessi leġittimi tiegħu, billi tippreġudika l-pożizzjoni tiegħu fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-appellanti żżid li s-sempliċi fatt li hija ma kinitx attiva fis-swieq rilevanti ma jeskludix il-possibbiltà ta’ ħsara sostanzjali lill-pożizzjoni tagħha fis-suq, kif ikkonfermat mis-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071122">22 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Lenzing</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑525/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:698">EU:C:2007:698</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>British Aggregates vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑487/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:757">EU:C:2008:757</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Hija l-Qorti Ġenerali li għandha twettaq eżami każ b’każ sabiex tiddetermina jekk il-persuna inkwistjoni hijiex individwalment ikkonċernata minn deċiżjoni bħall-ewwel deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, il-fatt li l-appellanti kienet f’kompetizzjoni ma’ Capricorn għall-akkwist tal-assi tan-Nürburgring u naqset milli takkwistahom minħabba għajnuna mogħtija lil din, il-fatt li hija ressqet ilment quddiem il-Kummissjoni, ġiet sostnuta fl-approċċ meħud minnha mill-missjoni tal-Istati Uniti mal-Unjoni Ewropea u straħet fuq id-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni li skonthom, b’mod partikolari, din tal-aħħar kienet ser tissorvelja l-proċedura ta’ sejħa għal offerti, bħall-fatt li l-appellanti kienet is-suġġett ta’ kopertura negattiva mill-media li wassal għal dannu<?PAGE NO="6"?> għar-reputazzjoni tagħha, huma kollha evidenza li hija ġiet affettwata mill-għajnuna msemmija fl-ewwel deċiżjoni kontenzjuża. Il-fatt li hija ġiet espliċitament indikata fid-deċiżjoni finali u li l-argumenti tagħha kienu s-suġġett ta’ eżami estensiv f’din id-deċiżjoni jikkonferma li l-imsemmija deċiżjoni taffettwaha b’mod dirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-appellanti tenfasizza, barra minn hekk, li hija ma rtiratx mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti u jekk kellu jirriżulta li Capricorn ma kellhiex tintgħażel fil-kuntest ta’ din il-proċedura, tkun l-appellanti li għandha tintgħażel. Dan jikkonferma l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tagħha kontra l-ewwel deċiżjoni kontenzjuża. Din il-kunsiderazzjoni hija wkoll konformi mal-ġurisprudenza dwar il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi fl-eżami tal-kwistjoni dwar jekk l-appellanti kinitx individwalment ikkonċernata mill-ewwel deċiżjoni kontenzjuża u li, għaldaqstant, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, imfakkra mill-Qorti Ġenerali fil-punt 49 tas-sentenza appellata, fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat ġew irrikonoxxuti b’mod partikolari bħala individwalment ikkonċernati minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, minbarra l-impriża benefiċjarja, l-impriżi kompetituri ta’ din tal-aħħar li kellhom rwol attiv fil-kuntest ta’ din il-proċedura, sa fejn il-pożizzjoni tagħhom fis-suq tkun sostanzjalment affettwata mill-miżura ta’ għajnuna li hija s-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210715">15 ta’ Lulju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Lufthansa vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>,<NO.CASE>C‑453/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:608">EU:C:2021:608</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, fil-punt 55 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali indikat li l-appellanti stess kienet ammettiet, bi tweġiba għal mistoqsija tal-Qorti Ġenerali, li hija ma kinitx preżenti fis-swieq rilevanti, elenkati fil-punt 54 ta’ din is-sentenza, li fihom il-kompetizzjoni setgħet tiġi distorta mill-għajnuna lill-bejjiegħa. Għaldaqstant, hija ddeċidiet, fil-punt 57 tal-imsemmija sentenza, li l-appellanti ma kinitx ikkonċernata individwalment mill-ewwel deċiżjoni kontenzjuża u ma setgħetx titlob l-annullament tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-appellanti ma tikkontestax li ma kinitx preżenti fis-swieq rilevanti u, għaldaqstant, ma taqax taħt il-każijiet koperti mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 26 ta’ din is-sentenza. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li wettqet żball ta’ liġi, sa fejn iddeċidiet li l-appellanti ma kinitx individwalment ikkonċernata mill-ewwel deċiżjoni kontenzjuża u, għaldaqstant, ma setgħetx tippreżenta rikors għal annullament ta’ din id-deċiżjoni, abbażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-argumenti mressqa mill-appellanti ma jistgħux jiġġustifikaw konklużjoni differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071122">22 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Lenzing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑525/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:698">EU:C:2007:698</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>British Aggregates vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑487/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:757">EU:C:2008:757</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), minn dan jirriżulta biss li ħsara kkawżata lil tali pożizzjoni ma għandhiex neċessarjament tiġi dedotta minn tnaqqis kunsiderevoli fid-dħul mill-bejgħ, telf finanzjarju mhux negliġibbli jew ukoll minn tnaqqis sinjifikattiv tal-ishma tas-suq, iżda tista’ tirriżulta wkoll minn nuqqas ta’ qligħ jew minn żvilupp inqas favorevoli minn dak li kien jiġi<?PAGE NO="7"?> rreġistrat fl-assenza tal-għajnuna inkwistjoni. Kuntrarjament għal dak li ssostni l-appellanti, minn din il-ġurisprudenza ma jistax jiġi dedott li l-pożizzjoni ta’ impriża fis-suq tista’ tiġi affettwata, anki jekk din l-impriża ma tkunx preżenti fis-swieq rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument li l-appellanti kienet f’kompetizzjoni ma’ Capricorn għall-akkwist tal-assi tan-Nürburgring u kellha tirbaħ il-proċedura ta’ sejħa għal offerti minflok din tal-aħħar, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni dan il-fatt mingħajr ma wettqet żball ta’ liġi. Fil-fatt, l-ewwel deċiżjoni kontenzjuża tirrigwarda l-għajnuna lill-bejjiegħa u, b’mod partikolari, il-kwistjoni dwar jekk din tistax tiġi rkuprata mingħand Capricorn. Issa, l-appellanti ma tispjegax liema hija r-rabta bejn il-fatt li hija kienet f’kompetizzjoni ma’ Capricorn għall-akkwist tal-assi tan-Nürburgring u l-allegat preġudizzju għall-pożizzjoni tagħha fis-suq permezz tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanzi l-oħra msemmija mill-appellanti, jiġifieri l-fatt li hija ressqet ilment quddiem il-Kummissjoni, li hija bbenefikat mis-sostenn tal-missjoni tal-Istati Uniti għall-Unjoni jew ukoll li hija bbażat ruħha fuq id-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li dawn lanqas ma huma ta’ natura li juru l-preġudizzju kkawżat għall-pożizzjoni tal-appellanti fis-suq, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, permezz tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat. Għaldaqstant, l-appell għandu jiġi miċħud sa fejn huwa intiż għall-annullament tas-sentenza appellata, sa fejn, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>It-tieni aggravju jinqasam f’erba’ partijiet. Qabel kollox, għandhom jiġu eżaminati t-tieni sar-raba’ parti ta’ dan l-aggravju.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti tat-tieni aggravju, l-appellanti ssostni, fl-ewwel lok, li, billi indikat, fil-punt 119 tas-sentenza appellata, li t-terminu għas-sottomissjoni ta’ offerti ta’ konferma fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti skada fis‑<DATE ISO="20140217">17 ta’ Frar 2014</DATE>, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li hija kienet ġiet imqarrqa, fir-rigward ta’ dawn it-termini, mill-bejjiegħa li kienu indikawlha li l-imsemmija termini kienu ġew estiżi sal‑<DATE ISO="20140331">31 ta’ Marzu 2014</DATE> u li tali modifika tal-kundizzjonijiet tal-proċedura kellha tiġi applikata lill-offerenti kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx ukoll l-argumenti li permezz tagħhom hija sostniet li l-approċċ segwit fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, kif indikat fid-deċiżjoni finali, fir-rigward tat-termini, ma kienx konformi mar-rekwiżiti ta’ trasparenza u li l-ebda investitur privat ma seta’ jsegwi approċċ bħal dan. Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali lanqas ma kkunsidrat il-fatt li d-deċiżjoni finali inkludiet affermazzjonijiet kontradittorji, rispettivament fil-premessi 272 u 275(c), dwar il-kwistjoni tal-estensjoni mill-bejjiegħa tat-terminu għall-preżentata tal-offerti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tat-tieni aggravju l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx tliet argumenti invokati minnha fil-kuntest tal-ilment tagħha intiż li jsostni n-natura mhux trasparenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti. Dawn it-tliet argumenti jirrigwardaw daqstant emendi mwettqa matul din il-proċedura li bihom, skont l-appellanti, ma ġewx informati l-offerenti potenzjali kollha bi ksur tal-ħtieġa tat-trasparenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-ewwel, quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti sostniet li, filwaqt li inizjalment hija kienet ġiet proposta l-akkwist tal-assi tan-Nürburgring abbażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>bilanċ proprju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, irriżulta sussegwentement li, fil-każ ta’ akkwist tan-Nürburgring, hija kienet obbligata li tieħu lura tali kuntratt ta’ kiri kummerċjali konkluż minn terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>It-tieni, l-appellanti sostniet ukoll li ma ġietx ipprovduta lill-offerenti kollha l-informazzjoni relatata mal-kuntratt ta’ kiri kummerċjali konkluż favur Capricorn, inizjalment maħsub bħala t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>tieni l-aħjar għażla<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> f’każ li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti ma tintemmx sewwa jew id-deċiżjoni tal-Kummissjoni relatata magħha tiġi kkontestata, minkejja li din l-informazzjoni kienet rilevanti għad-determinazzjoni tal-prezz li għandu jiġi offert f’din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tielet, l-appellanti sostniet ukoll li kriterju ta’ selezzjoni ta’ natura ambjentali kien ġie introdott ulterjorment fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, mingħajr ma ġie kkomunikat lill-offerenti kollha. Kuntrarjament għal dak li tindika l-premessa 275(i) tad-deċiżjoni finali, dan il-kriterju kellu impatt fuq ir-riżultat ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-raba’ parti tat-tieni aggravju l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra żewġ serje ta’ argumenti, waħda relatata, mal-ilment ibbażat fuq in-natura allegatament mhux trasparenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, u l-oħra mal-ilment ibbażat fuq in-natura allegatament diskriminatorja ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>B’mod partikolari, għal dak li jikkonċerna n-natura mhux trasparenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, ir-rikorrenti sostniet, l-ewwel, li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti ma kinitx ġiet imħabbra barra mill-Unjoni, it-tieni, li diversi dokumenti importanti għall-bejgħ ma kinux ġew ikkomunikati jew kienu ġew ikkomunikati tard wisq jew b’mod qarrieqi, it-tielet, li l-Kummissjoni żbaljat meta kkunsidrat li l-preżentazzjoni ta’ verżjoni annotata tal-ftehim ta’ akkwist tal-assi kienet taqa’ strettament taħt in-negozjati kummerċjali u, għaldaqstant, ma kinitx rilevanti mill-perspettiva tal-għajnuna mill-Istat, ir-raba’, li l-Kummissjoni żbaljat meta kkunsidrat li l-komunikazzjoni tardiva ta’ informazzjoni fil-mori tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti ma kellhiex effett fuq il-preżentazzjoni tal-offerta finali tal-offerenti jew fuq il-konklużjoni tal-kalkoli ekonomiċi neċessarji għal dan il-għan u, il-ħames, li l-Kummissjoni kienet ikkonkludiet b’mod żbaljat li KPMG, konsulent legali u finanzjarju tal-bejjiegħa, kienet ipprovdiet lill-offerenti kollha l-informazzjoni neċessarja sabiex tippermettilhom iwettqu evalwazzjoni korretta tal-assi tan-Nürburgring.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dak li jikkonċerna n-natura diskriminatorja tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, l-appellanti sostniet li l-Kummissjoni naqset milli twettaq investigazzjoni dwar, l-ewwel, il-fatt li l-appellanti ġiet iddiskriminata peress li ma ġietx ipprovduta b’kopja tad-dokumentazzjoni sħiħa tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti bil-lingwa Ingliża, it-tieni, iċ-ċirkustanza li Capricorn ingħatat aċċess ipprivileġġat għall-informazzjoni fir-rigward tal-offerenti l-oħra, it-tielet, iċ-ċirkustanza li l-istess sieħeb ta’ uffiċċju legali Amerikan importanti l-ewwel għen lill-bejjiegħa mbagħad lil Capricorn, u r-raba’, iċ-ċirkustanza li Capricorn ibbenefikat mill-appoġġ ipprivileġġat kemm wara s‑<DATE ISO="20140217">17 ta’ Frar 2014</DATE> kemm fir-rigward tal-kisba tal-finanzjament minn Deutsche Bank AG.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’risposta għat-tieni parti tat-tieni aggravju, il-Kummissjoni tirrileva li, sa fejn din il-parti tirrigwarda l-punt 119 tas-sentenza appellata, hija tikkontesta l-evalwazzjoni tal-fatti mill-Qorti Ġenerali mingħajr ma tinvoka ebda żnaturament u hija, għalhekk, manifestament inammissibbli. Fir-rigward tal-kumplament tal-argument tal-appellanti, ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat b’mod ċar liema punti tas-sentenza appellata hija ssemmi, b’tali mod li din il-parti ta’ dan l-argument hija wkoll inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet parti tat-tieni aggravju, il-Kummissjoni ssostni, l-ewwel, li l-argument tal-appellanti li jgħid li l-akkwist tan-Nürburgring kellu jsir abbażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>bilanċ pulit<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> huwa intiż, fir-realtà, għal evalwazzjoni ġdida tal-fatti. Fil-fatt, jirriżulta mir-raba’ inċiż tal-punt 9 tas-sentenza appellata, li l-Qorti Ġenerali aċċettat li x-xerrejja potenzjali ma kinux obbligati li jieħdu l-kuntratti jew l-obbligi eżistenti u, għaldaqstant, ittrattat il-kwistjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>bilanċ pulit<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>It-tieni, fil-punti 146 sa 149 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-kwistjoni tal-kirja kummerċjali, billi ċaħdet l-allegazzjonijiet ta’ diskriminazzjoni u ta’ nuqqas ta’ trasparenza, għar-raġunijiet esposti fil-punti 119 sa 133 ta’ din is-sentenza. L-appellanti għalhekk tagħmel qari żbaljat tas-sentenza appellata, meta ssostni li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-argument tagħha relatat mal-kiri kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>It-tielet, fir-rigward tal-allegata ommissjoni tal-Qorti Ġenerali li teżamina l-kwistjoni dwar jekk il-bejjiegħa applikawx kriterju ta’ selezzjoni ta’ natura ambjentali, il-Kummissjoni tenfasizza li t-tħassib tal-bejjiegħa kien jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-kunċett ta’ attività tal-appellanti kienx fattibbli u kienx jirrigwarda, għalhekk, il-kredibbiltà tal-offerta tagħha. Il-Qorti Ġenerali esponiet raġunijiet oħra li juru li l-appellanti ma kinitx ippreżentat offerta kredibbli u vinkolanti flimkien ma’ provi ta’ finanzjament u, għaldaqstant, ma kellhiex għalfejn tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-kriterju ta’ selezzjoni ta’ natura ambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raba’ parti tat-tieni aggravju, il-Kummissjoni tenfasizza li l-Qorti Ġenerali eżaminat l-argument li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti ma ġietx imħabbra barra mill-Unjoni u kkonstatat, fit-tieni inċiż tal-punt 9 tas-sentenza appellata, li l-bejjiegħa ppubblikaw sejħa għal espressjoni ta’ interess fil-Financial Times, fil-Handelsblatt u fis-sit internet tan-Nürburgring. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ttrattat din il-kwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, fi tmiem proċedura miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, il-proċedura ta’ sejħa għal offerti kienet wasslet għall-allokazzjoni tal-assi tan-Nürburgring lill-offerent li kien ippreżenta offerta kredibbli u vinkolanti, li kienet ukoll l-ogħla offerta. Il-Qorti Ġenerali kellha għalhekk, fi kwalunkwe każ, raġunijiet suffiċjenti sabiex tiċħad l-argument li l-Kummissjoni kellu jkollha dubji serji dwar l-eżistenza ta’ għajnuna favur Capricorn. Il-Kummissjoni tqis li, għaldaqstant, ma kienx neċessarju għall-Qorti Ġenerali li teżamina aspetti oħra ta’ din il-proċedura, b’tali mod li d-diversi argumenti tal-appellanti għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Billi tikkritika lill-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tat-tieni sar-raba’ parti tat-tieni aggravju, li ma rrispondietx għal diversi argumenti li hija kienet ressqet quddiemha, l-appellanti tinvoka, essenzjalment, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għall-Qorti Ġenerali bis-saħħa tal-ewwel paragrafu<?PAGE NO="10"?> tal-Artikolu 53 tal-istess statut, u tal-Artikolu 117 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Gogos vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑583/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:287">EU:C:2010:287</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Sa fejn il-Kummissjoni ssostni li l-appellanti ma indikatx liema huma l-punti tas-sentenza appellata msemmija, b’mod partikolari, fit-tieni parti tat-tieni aggravju, għandu jiġi rrilevat, qabelxejn, li jirriżulta b’mod suffiċjenti fid-dritt li t-tieni sar-raba’ parti tat-tieni aggravju jirrigwardaw, minn naħa, il-punti 119 sa 121 tas-sentenza appellata, dwar l-ilment ibbażat fuq in-natura mhux trasparenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, u, min-naħa l-oħra, il-punti 122 sa 134 ta’ din is-sentenza, ibbażati fuq in-natura diskriminatorja ta’ din il-proċedura. Peress li l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ma rrispondietx għal ċerti argumenti li hija kienet ressqet quddiemha, hija ma setgħetx, evidentement, tipprovdi indikazzjoni iktar preċiża tal-punti tas-sentenza appellata msemmija fit-tieni sar-raba’ parti tat-tieni aggravju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Wara li saret din il-preċiżazzjoni, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu għall-Qorti Ġenerali li timmotiva d-deċiżjonijiet tagħha ma jobbligahiex tipprovdi espożizzjoni li ssegwi b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed ir-raġunamenti kollha esposti mill-partijiet fil-kawża. Il-motivazzjoni tista’ b’hekk tkun impliċita bil-kundizzjoni li tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jkunu jafu r-raġunijiet għalfejn il-Qorti Ġenerali ma laqgħatx l-argumenti tagħhom u lill-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha elementi biżżejjed sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑120/06 P u C‑121/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:476">EU:C:2008:476</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-eżami, mill-Qorti Ġenerali, tal-ilment ibbażat fuq in-natura mhux trasparenti tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali rrispondiet għalih biss b’mod konċiż ħafna, fil-punti 119 sa 121 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Issa, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 52, 60, 61 u 65 tal-konklużjonijiet tiegħu, dawn il-punti tas-sentenza appellata ma jirrispondux, anki jekk b’mod impliċitu, għal diversi argumenti tal-appellanti invokati fil-kuntest tat-tieni sar-raba’ parti tat-tieni aggravju, li kienu effettivament tressqu quddiem il-Qorti Ġenerali mill-appellanti, kif jikkonferma l-qari tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali li jinsab fil-proċess tal-ewwel istanza mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja konformement mal-Artikolu 167(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Dan huwa, b’mod iktar partikolari, l-argument imsemmi fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, dwar in-natura mhux konformi mar-rekwiżiti ta’ trasparenza tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti f’dak li jirrigwarda t-termini, bħal dawk imsemmija fil-punti 38 sa 40 u 42 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat, bħalma għamel l-Avukat Ġenerali fil-punt 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-punti 122 sa 134 tas-sentenza appellata, dwar l-ilment ibbażat fuq in-natura diskriminatorja ta’ din il-proċedura, ma jinkludu ebda risposta, lanqas impliċita, għall-argumenti tal-appellanti, imsemmija fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, li hija kienet ressqet quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti ma jistgħux jiġu kkontestati bl-argument tal-Kummissjoni li tal-inqas uħud mill-argumenti tal-appellanti li għalihom il-Qorti Ġenerali ma rrispondietx huma kkontradetti mill-indikazzjonijiet li jinsabu fil-punt 9 tas-sentenza appellata. Huwa biżżejjed li jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li dan il-punt tas-sentenza appellata jidħol fil-parti ta’ dan dwar il-fatti li<?PAGE NO="11"?> wasslu għall-kawża u jiġbor fil-qosor, essenzjalment, l-indikazzjonijiet li jirriżultaw mill-premessi 44 sa 51 tad-deċiżjoni finali. Għaldaqstant, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li fih tweġiba tal-Qorti Ġenerali għall-argumenti tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni sar-raba’ parti tat-tieni aggravju għandhom jintlaqgħu u, mingħajr ma huwa neċessarju li tiġi eżaminata l-ewwel parti tat-tieni aggravju, u lanqas it-tielet sas-sitt aggravju, għandha tiġi annullata s-sentenza appellata, sa fejn, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Konformement mat-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fil-każ li tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, taqta’ l-kawża b’mod definittiv hija stess meta din tkun fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fid-dawl b’mod partikolari tal-fatt li r-rikors għal annullament ippreżentat mill-appellanti fil-Kawża T‑353/15 huwa bbażat fuq motivi li kienu s-suġġett ta’ dibattitu kontradittorju quddiem il-Qorti Ġenerali u li l-eżami tagħhom ma jeħtieġx li tiġi ordnata xi miżura supplimentari ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew miżura istruttorja tal-proċess, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li dan ir-rikors jinsab fi stat li jiġi deċiż u li hemm lok li tagħti deċiżjoni definittiva dwaru (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200908">8 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill vs Carreras Sequeros <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑119/19 P u C‑126/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:676">EU:C:2020:676</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0130">130</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fil-limitu tal-kawża li għadha adita biha, jiġifieri t-talba għall-annullament tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Chronopost u La Poste vs UFEX <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/06 P u C‑342/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:375">EU:C:2008:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0134">134</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li t-tieni deċiżjoni kontenzjuża hija deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 659/1999 li l-legalità tagħha tiddependi fuq il-punt dwar jekk l-evalwazzjoni tal-informazzjoni u tal-elementi li l-Kummissjoni kellha, matul il-fażi preliminari tal-eżami tal-miżura nnotifikata, kellhiex oġġettivament tqajjem dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ din il-miżura mas-suq intern (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑817/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:637">EU:C:2020:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Meta dubji bħal dawn għandhom jagħtu lok għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali li għaliha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 1(h) tar-Regolament Nru 659/1999, għandu jitqies li kull parti interessata fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni hija direttament u individwalment ikkonċernata minn tali deċiżjoni. Fil-fatt, il‑benefiċjarji tal-garanziji proċedurali previsti fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jistgħu biss jiksbu l-osservanza tagħhom kemm-il darba huma jkollhom il-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet quddiem il-qorti tal-Unjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Kronoply u Kronotex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:341">EU:C:2011:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkunsidrat, kif il-Qorti Ġenerali għamlet fil-punt 70 tas‑sentenza appellata, li l-appellanti stabbilixxiet, permezz tal-parteċipazzjoni attiva tagħha, sal-istadju finali, fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti u permezz tal-ilment imressaq minnha, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni, ir-rieda serja tagħha li tidħol fis-swieq rilevanti u, għaldaqstant, il-kwalità tagħha ta’ kompetitur potenzjali ta’ Capricorn, li allegatament kienet ibbenefikat, skont<?PAGE NO="12"?> l-imsemmi lment, minn għajnuna mill-Istat li l-Kummissjoni ċaħdet l-eżistenza tagħha fit-tieni deċiżjoni kontenzjuża. Għaldaqstant, l-appellanti għandha tiġi rrikonoxxuta bħala parti interessata fir-rigward ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti invokat ħames motivi, ibbażati, l-ewwel, fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, it-tieni, li jirrigwarda biss l-ewwel deċiżjoni kontenzjuża, fuq interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika, it-tielet, fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-tkomplija tal-proċess ta’ bejgħ, ir-raba’, fuq il-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħha u, il-ħames, fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat, fl-ewwel lok, ir-raba’ motiv.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ motiv tagħha, l-appellanti ssostni li l-Kummissjoni adottat it-tieni deċiżjoni kontenzjuża mingħajr ma fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, filwaqt li l-eżami inizjali kien diġà żvela diffikultajiet serji. L-ewwel, il-Kummissjoni pposponiet l-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha diversi drabi. It-tieni, hija ma wettqitx eżami eżawrjenti tal-kwistjonijiet ta’ fatt u naqset milli teżamina diversi aspetti determinanti tal-kawża. It-tielet, hija wriet inkoerenza fir-risposta tagħha għall-argumenti tal-appellanti. Ir-raba’, hija ma applikatx b’mod korrett l-Artikolu 107(1) TFUE u d-dispożizzjonijiet l-oħra applikabbli u ma pprovdietx motivazzjoni adegwata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-appellanti tikkritika lill-Kummissjoni li ma evalwatx korrettament in-natura tal-impenn ta’ finanzjament ippreżentat minn Capricorn u s-solidità finanzjarja tal-proprjetarju ta’ din tal-aħħar. Skont l-appellanti, Capricorn kienet qiegħda taffaċċja problemi kbar ta’ finanzjament sa mill-bidu tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti u l-finanzjament tal-offerta li hija ppreżentat ma kienet bl-ebda mod iggarantita. L-appellanti esprimiet it-tħassib tagħha dwar l-affidabbiltà finanzjarja ta’ Capricorn fl-ilment tagħha tal‑<DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE> kif ukoll f’ittri komplementari tad‑19 ta’ Mejju u tas‑<DATE ISO="20140616">16 ta’ Ġunju 2014</DATE>. Sussegwentement irriżulta li, fix-xahar ta’ Awwissu 2014, il-ħlas tat-tieni parti tal-prezz tal-bejgħ kellu jiġi pospost u l-proprjetarju ta’ Capricorn kellu jipprovdi garanziji, għall-benefiċċju tal-bejjiegħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ittra ta’ Deutsche Bank tal‑<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>, li kienet insostenn tal-offerta ta’ Capricorn kienet sempliċi ittra ta’ intenzjoni u, barra minn hekk, saret invalida u ġiet irtirata minn Deutsche Bank xi ġimgħat wara. F’ittra indirizzata lill-avukati tal-appellanti fil‑<DATE ISO="20150415">15 ta’ April 2015</DATE>, il-Prosekutur ta’ Koblenz (il-Ġermanja) ikkonferma, wara analiżi tal-ittra ta’ Deutsche Bank tal‑<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>, li din l-ittra kienet effettivament mhux vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrispondi li l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji ma hijiex ikkonfermata mill-bidla fid-data stabbilita mill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mingħajr il-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali. Barra minn hekk, l-appellanti ma tallegax li l-posponimenti allegati tad-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni finali ġew ikkawżati minn talbiet għal informazzjoni komplementari tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ittra ta’ Deutsche Bank tal‑<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kummissjoni tenfasizza li din l-ittra tinkludi impenn ta’ finanzjament, kif ikkonfermaw l-awtoritajiet Ġermaniżi. Il-Kummissjoni wettqet l-analiżi tagħha stess tal-imsemmija ittra u kkonstatat li minnha kien jirriżulta mingħajr ambigwità li Deutsche Bank kienet lesta li tagħti self ta’ EUR 45 miljun lil<?PAGE NO="13"?> Capricorn. Ċertament, l-istess ittra tinkludi wkoll, fl-aħħar, klawżola ta’ nuqqas ta’ responsabbiltà, iżda din tirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>iskeda ta’ kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, peress li l-kundizzjonijiet preċiżi setgħu jinbidlu. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu riveduti fil-ħin tal-iffirmar u d-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ finanzjament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żżid li l-amministratur ġudizzjarju tan-Nürburgring u l-kumitat tal-kredituri qiesu li Capricorn kienet ippreżentat l-aħjar offerta flimkien mal-aħjar garanzija ta’ finanzjament, fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-ittra ta’ Deutsche Bank tal‑<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>. Fir-rigward tal-ittra tal-Prosekutur ta’ Koblenz, invokata mill-appellanti, din saret wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali u l-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ma ħadithiex inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fl-aħħar, il-Kummissjoni tenfasizza li l-eżami tagħha kien iktar minn suffiċjentement diliġenti, peress li d-dikjarazzjonijiet li ntbagħtulha mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat ma kienu jinkludu ebda inkoerenza interna li kienet teħtieġ eżami iktar fil-fond u l-ilmenti fformulati mill-appellanti kienu jinġabru fi spekulazzjonijiet u allegazzjonijiet mhux sostnuti b’elementi probatorji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, sabiex titwarrab l-eżistenza ta’ għajnuna illegali mogħtija lil Capricorn waqt l-akkwist, minn din tal-aħħar, tal-assi tan-Nürburgring, il-Kummissjoni kellha tiżgura ruħha li dan l-akkwist sar bi prezz li jikkorrispondi għall-prezz tas-suq, li kieku seta’ jiġi kkonfermat li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti kienet miftuħa, trasparenti, nondiskriminatorja u inkundizzjonata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessa 48 tad-deċiżjoni finali, wieħed mill-fatturi meħuda inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-għażla tax-xerrej tal-assi tan-Nürburgring kien il-konferma tal-finanzjament tal-offerta tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-premessa 272 tad-deċiżjoni finali, l-offerta tal-appellanti, li kienet ipproponiet prezz ta’ bejgħ ogħla minn dak propost minn Capricorn, ġiet eskluża minħabba l-assenza ta’ prova ta’ finanzjament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Skont il-premessa 273 tad-deċiżjoni finali, żewġ offerti biss tqiesu li kellhom finanzjament żgurat, jiġifieri l-offerta ta’ Capricorn u dik ta’ offerent ieħor. Sa fejn kemm l-ammont tal-finanzjament żgurat li kellu dan l-offerent l-ieħor kif ukoll il-prezz tal-bejgħ li kien jipproponi kienu inferjuri għal dawk ta’ Capricorn, l-offerta ta’ din tal-aħħar finalment intgħażlet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, li kieku kellu jirriżulta li kien ġie kkunsidrat b’mod żbaljat li Capricorn kellha finanzjament ikkonfermat għall-offerta tagħha, filwaqt li, fir-realtà, dan ma kienx il-każ, dan il-fatt ikun ta’ natura li jikkontesta, b’mod partikolari, in-natura nondiskriminatorja tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, sa fejn hija tkun tista’ turi li Capricorn kienet ibbenefikat minn trattament preferenzjali peress li, b’differenza minn dak li kien il-każ fir-rigward tal-offerta tal-appellanti, l-offerta ta’ Capricorn ma ġietx miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-preżenza ta’ dubji dwar in-natura kkonfermata tal-finanzjament tal-offerta ta’ Capricorn li ma setgħux jitneħħew, il-Kummissjoni kienet obbligata tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali u ma setgħetx tadotta deċiżjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet, bħat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-elementi invokati mill-appellanti juru l-eżistenza ta’ tali dubji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, kif issostni l-appellanti, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkunsidra li l-ittra ta’ Deutsche Bank tal‑<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE> kienet tinkludi impenn vinkolanti ta’ finanzjament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-qari tal-ittra ta’ Deutsche Bank tal‑<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE>, kif prodotta mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti Ġenerali u li tinsab fil-proċess tal-ewwel istanza, jirriżulta li din tinkludi, fl-ewwel paġna, indikazzjoni ċara li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>impenn<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li jinsab f’din l-ittra huwa suġġett għall-kundizzjonijiet esposti, b’mod partikolari, fl-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>iskeda ta’ kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> annessa mal-imsemmija ittra bħala Anness A.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Issa, dan l-anness jinkludi, fl-aħħar, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>kumment importanti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li jindika, b’mod partikolari, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>din l-iskeda ta’ kundizzjonijiet isservi biss għal finijiet ta’ diskussjoni u ma hijiex intiża sabiex toħloq obbligi legalment vinkolanti bejnhom […] Konsegwentement, ma taċċettax responsabbiltà għal kull telf dirett, konsekuttiv jew ieħor li jirriżulta mill-fatt li bbażat ruħha fuq din l-[istess] ittra<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Minn dawn l-indikazzjonijiet jirriżulta b’mod manifest li l-ittra ta’ Deutsche Bank tal‑<DATE ISO="20140310">10 ta’ Marzu 2014</DATE> ma kinitx intiża li toħloq obbligu ta’ finanzjament vinkolanti fuq il-bank li ħariġha u favur Capricorn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-konklużjoni hija kkonfermata mill-indikazzjoni, li tinsab fil-paragrafu 9 tal-paġna 5 ta’ din l-ittra, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Dritt applikabbli u ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, li tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>kull obbligu mhux kuntrattwali eventwali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> li jirriżulta mill-imsemmija ittra, mingħajr ma ssemmi obbligi kuntrattwali, preċiżament għaliex din l-istess ittra ma kinitx intiża li toħloq tali obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, min-nota ta’ qiegħ il-paġna 79 tad-deċiżjoni finali jirriżulta li t-tieni parti tal-prezz tal-bejgħ ma tħallsitx minn Capricorn fit-terminu stabbilit u li, permezz ta’ ftehim konkluż fit‑<DATE ISO="20140813">13 ta’ Awwissu 2014</DATE> bejn l-amministratur ġudizzjarju tan-Nürburgring, il-bejjiegħa u Capricorn, il-ħlas ta’ din il-parti ġie pospost għal data sussegwenti, inkambju għall-ħlas tal-interessi moratorji minn Capricorn u għall-provvista ta’ garanziji komplementari. Issa, jekk il-finanzjament tal-offerta ta’ Capricorn kien effettivament żgurat, din tal-aħħar kienet loġikament tkun f’pożizzjoni li tħallas it-tieni parti tal-prezz tal-bejgħ fit-terminu stabbilit u ma kellhiex tinnegozja l-posponiment tal-ħlas tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mingħajr ma hemm bżonn li jiġu eżaminati l-motivi l-oħra, minbarra r-raba’ motiv, invokati mill-appellanti insostenn tar-rikors tagħha, għandu jiġi konkluż li l-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk il-bejgħ tal-assi tan-Nürburgring lil Capricorn kienx jimplika l-għoti, lil din tal-aħħar, ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern tqajjem dubji, fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 659/1999, li kellhom iwasslu lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ il-proċedura msemmija fl-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors għandu jintlaqa’ u t-tieni deċiżjoni kontenzjuża għandha tiġi annullata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ma jkunx fondat jew meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża b’mod definittiv hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 138(3) ta’ dawn ir-regoli ta’ proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell abbażi tal-Artikolu 184(1) tagħhom, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament wieħed jew iktar mill-kapijiet, kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li tiġi applikata din l-aħħar dispożizzjoni, peress li l-appell huwa miċħud għal dak li jirrigwarda s-sentenza appellata billi, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża, iżda huwa milqugħ sa fejn jirrigwarda dik is-sentenza billi, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża, u l-Qorti tal-Ġustizzja annullat din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi ordnat li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190619">19 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>NeXovation vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑353/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:434">EU:T:2019:434</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija annullata, sa fejn, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ċaħdet it-talba għall-annullament tal-aħħar inċiż tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/151 tal‑<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31550 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġemanja għal Nürburgring.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-aħħar inċiż tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/151 tal‑<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31550 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għan-Nürburgring, hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">NeXovation Inc. u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>