<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-581/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0581</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:167">EU:C:2021:167</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210304">4.3.2021</DATE> – Kawża C‑581/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Frenetikexito</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20210304">4 ta’ Marzu 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Provvisti suġġetti għall-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 132(1)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Provvisti ta’ kura fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijiet mediċi u paramediċi</KEYWORD><KEYWORD>Monitoraġġ u konsulenza nutrizzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Attivitajiet sportivi, ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>provvista kumplessa unika<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>, ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>provvista anċillari għall-provvista prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>indipendenza tal-provvisti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></KEYWORD><KEYWORD>Kriterji</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑581/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (it-Tribunal tal-Arbitraġġ Fiskali (Ċentru ta’ Arbitraġġ Amministrattiv – CAAD), il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190722">22 ta’ Lulju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>, fil-kawża</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Frenetikexito – Unipessoal Lda</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Autoridade Tributária e Aduaneira,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President ta’ Awla, N. Wahl (Relatur), F. Biltgen, L. S. Rossi u J. Passer, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Frenetikexito – Unipessoal Lda, minn R. Monteiro, advogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u R. Campos Laires kif ukoll minn S. Jaulino u P. Barros da Costa, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u B. Rechena, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali ppreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(c) u tal-Artikolu 132(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="20071220">ĠU L 335, 20.12.2007, p. 60</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Frenetikexito – Unipessoal Lda u l-Autoridade Tributária e Aduaneira (l-Awtorità Fiskali u Doganali, il-Portugall) dwar avviż ta’ tfakkira għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għal servizzi ta’ monitoraġġ u ta’ konsulenza nutrizzjonali u servizzi li jirrigwardaw attivitajiet sportivi, ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112, huma suġġetti għall-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>il-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 132(1)(b) ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jeżentaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>sptar u kura medika u attivitajiet relatati mill-viċin immexxija minn korpi regolati mid-dritt pubbliku jew, skond kondizzjonijet soċjali komparabbli ma’ dawk applikabbli għal korpi regolati mid-dritt pubbliku, minn sptarijiet, ċentri għat-trattament mediku jew djanjosi u stabblimenti oħrajn ta’ natura simili debitament rikonoxxuti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 132(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva, l-Istati Membri għandhom jeżentaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>il-provvediment tal-kura medika fl-eżerċizzju tal-professjonijet mediċi u paramediċi kif definiti mill-Istat Membru konċernat<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (il-Kodiċi tat-Taxxa dwar il-Valur Miżjud), huma eżentati mill-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-provvista ta’ servizzi mwettqa fl-eżerċizzju tal-professjonijiet ta’ tabib, ta’ dentist, ta’ majjistra, ta’ infermiera u ta’ professjonijiet paramediċi oħra<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Frenetikexito hija kumpannija kummerċjali li teżerċita, b’mod partikolari, attività ta’ ġestjoni u ta’ operat ta’ stabbilimenti sportivi, ta’ attivitajiet ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi kif ukoll attivitajiet li jippromwovu u li jiffavorixxu s-saħħa tal-bniedem, bħall-monitoraġġ u l-konsulenza nutrizzjonali jew l-evalwazzjoni fiżika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Wara li rreġistrat ruħha mal-Entidade Reguladora da Saúde (l-Entità Regolatorja fil-Qasam tas-Saħħa, il-Portugall), ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali pprovdiet, matul is-snin 2014 u 2015, servizzi ta’ monitoraġġ nutrizzjonali fil-bini tagħha permezz ta’ nutrizzjonista kkwalifikata u ċċertifikata għal dan il-għan. Din in-nutrizzjonista, imqabbda mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, kienet disponibbli sabiex tipprovdi s-servizzi tagħha ġurnata fil-ġimgħa. Il-VAT ma ġietx iffatturata għal dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali pproponiet programmi differenti fl-istabbilimenti tagħha. Ċerti programmi kienu jinkludu biss servizzi ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi filwaqt li programmi oħra kienu, barra minn hekk, jinkludu monitoraġġ nutrizzjonali. Kull klijent kien f’pożizzjoni li jagħżel il-programm mixtieq u li jagħmel użu, jew le, mis-servizzi kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu fil-kuntest tal-programm magħżul. Għalhekk, meta l-klijent ikun issieħeb mas-servizz ta’ monitoraġġ nutrizzjonali, dan jiġi ffatturat lilu, irrispettivament minn jekk ibbenefikax minnu jew le, u jkun xi jkun in-numru ta’ konsultazzjonijiet li kien ibbenefika minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-tisħib mas-servizzi ta’ monitoraġġ nutrizzjonali seta’ jsir separatament minn kull servizz ieħor, permezz tal-ħlas ta’ ċertu ammont, li jiddependi fuq jekk il-klijent jappartjenix jew le għal stabbiliment tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienet topera, fil-fatturi li hija kienet toħroġ, distinzjoni bejn l-ammonti marbuta mas-servizz ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi u dawk marbuta mas-servizz ta’ monitoraġġ nutrizzjonali. Ma kienx hemm korrispondenza bejn is-servizzi ta’ monitoraġġ nutrizzjonali ffatturati u l-konsultazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ kontroll, l-awtorità fiskali u doganali kkonstatat li, għas-snin fiskali 2014 u 2015, il-klijenti tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienu ħallsu s-servizz ta’ monitoraġġ nutrizzjonali anki jekk huma ma kinux jibbenefikaw minnu. Għaldaqstant, hija kkonkludiet li l-provvista ta’ dan is-servizz kienet ta’ natura anċillari meta mqabbla mal-provvista tas-servizz ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi. Minħabba f’hekk, l-awtorità fiskali u doganali ddeċidiet li tapplika fil-konfront tagħha t-trattament fiskali tal-provvista prinċipali u li tipproċedi għal stima addizzjonali tal-VAT flimkien mal-interessi kumpensatorji korrispondenti, sa ammont globali ta’ EUR 13 253.05.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma ħallsitx dawn is-somom, il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni applikabbli ġew istitwiti għall-irkupru tagħhom, li fil-kuntest tagħhom din ikkonkludiet ftehim ta’ ħlas bin-nifs. Madankollu, peress li qieset li s-servizzi ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi u s-servizzi ta’ monitoraġġ nutrittiv li hija kienet tipprovdi kienu indipendenti, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju intiż sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tat-tfakkira inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (it-Tribunal tal-Arbitraġġ Fiskali (Ċentru ta’ Arbitraġġ Amministrattiv – CAAD), il-Portugall) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1)</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi fejn, bħal f’dan il-każ, kumpannija;</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tiddedika lilha nnifisha, b’mod prinċipali, għal attivitajiet ta’ eżerċizzju u ta’ benesseri fiżiku u, b’mod sekondarju, għal attivitajiet għas-saħħa tal-bniedem, fosthom nutrizzjoni, konsulenzi dwar nutrizzjoni u dwar evalwazzjoni fiżika, kif ukoll it-twettiq ta’ massaġġi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-klijenti tagħha pjanijiet li jinkludu biss servizzi ta’ fitness u pjanijiet li jinkludu kemm servizzi ta’ fitness kif ukoll nutrizzjoni,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>hija jkollha, taħt l-Artikolu 2(1)(c) tad- Direttiva [2006/112] tqis li l-attività għas-saħħa tal-bniedem, b’mod speċifiku n-nutrizzjoni, hija anċillari għall-attività ta’ eżerċizzju u ta’ benesseri fiżiku, b’tali mod li s-servizz anċillari għandu jkollu l-istess trattament fiskali bħall-provvista ta’ servizz prinċipali jew, bil-kontra, għandu jitqies li l-attività għas-saħħa tal-bniedem, b’mod speċifiku n-nutrizzjoni, u l-attività ta’ eżerċizzju u ta’ benesseri fiżiku huma indipendenti u awtonomi bejniethom, fejn għalhekk għandu jkun applikabbli għalihom it-trattament fiskali previst għal kull waħda minn dawk l-attivitajiet?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(c) tad-Direttiva [2006/112] tippresupponi li s-servizzi hemm indikati jiġu effettivament ipprovduti jew is-sempliċi tqegħid għad-dispożizzjoni tal-istess servizzi, b’tali mod l-użu tagħhom tkun dipendenti biss mir-rieda tal-klijent, huwa suffiċjenti għall-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Portugiż isostni li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli, peress li l-qorti tar-rinviju ma pprovdietx b’mod suffiċjenti fid-dritt l-informazzjoni neċessarja sabiex tingħata risposta rilevanti u utli kif jeżiġi l-Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, in-neċessità li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali teżiġi li din tosserva bir-reqqa r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari u li jissemmew b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180419">19 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑152/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:264">EU:C:2018:264</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa b’mod partikolari indispensabbli, kif jindika l-Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura, li d-deċiżjoni tar-rinviju tkun tinkludi espożizzjoni fil-qosor tal-fatti rilevanti kif ikkonstatati mill-qorti tar-rinviju jew, minn tal-inqas, espożizzjoni tal-fatti li fuqhom huma bbażati d-domandi (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191203">3 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Iccrea Banca</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑414/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1036">EU:C:2019:1036</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll l-espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u tar-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali (digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190605">5 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Wilo Salmson France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑10/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:464">EU:C:2019:464</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-deċiżjoni tar-rinviju tinkludi informazzjoni fattwali suffiċjenti sabiex jinftiehmu kemm id-domandi magħmula kif ukoll il-portata tagħhom, b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni li jistgħu jippermettulha tiddeċiedi l-kawża prinċipali. Konsegwentement, iż-żewġ domandi preliminari huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2(1)(ċ) u tal-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li servizz ta’ monitoraġġ nutrittiv ipprovdut minn professjonist iċċertifikat u awtorizzat fi ħdan stabbilimenti sportivi, u possibbilment fil-kuntest ta’ programmi li jinkludu wkoll servizzi ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi, jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi indipendenti. Hija tistaqsi wkoll lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-benefiċċju tal-eżenzjoni mill-VAT previst fl-Artikolu 132(1)(ċ) ta’ din id-direttiva jippreżupponix il-provvista effettiva tas-servizz, f’dan il-każ servizz ta’ monitoraġġ nutrizzjonali li jikkorrispondi għal dak iddefinit mill-qorti tar-rinviju, jew jekk it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ tali servizz huwiex suffiċjenti għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju, meta għamlet id-domandi tagħha, tidher li telqet mill-premessa li tgħid li wieħed mit-tipi ta’ servizzi pprovduti fil-kawża prinċipali, jiġifieri s-servizz ta’ monitoraġġ nutrittiv, seta’ jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant, preliminarjament, għandha tiġi vverifikata l-eżattezza ta’ din il-premessa, difiża mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali iżda kkontestata mill-Gvern Portugiż u kkwalifikata mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, it-termini użati sabiex jiġu identifikati l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 132 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati b’mod strett. Madankollu, l-interpretazzjoni ta’ dawn it-termini għandha tkun konformi mal-għanijiet imfittxija mill-imsemmija eżenzjonijiet u għandha tosserva r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni tal-VAT. Madankollu, din ir-regola ta’ interpretazzjoni stretta ma tfissirx li t-termini użati għad-definizzjoni tal-eżenzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu 132 għandhom jiġu interpretati b’mod li dawn jiġu mċaħħda mill-effetti tagħhom (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201008">8 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Finanzamt D</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑657/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:811">EU:C:2020:811</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-kuntest tagħha, tal-għanijiet u tal-istruttura tad-Direttiva 2006/112, b’mod partikolari billi tittieħed inkunsiderazzjoni r-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> tal-eżenzjoni li hija tipprevedi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140313">13 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>ATP PensionService</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑464/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:139">EU:C:2014:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). B’hekk, il-kliem tal-Artikolu 132(1)(ċ) ta’ din id-direttiva, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>il-provvediment tal-kura medika fl-eżerċizzju tal-professjonijiet mediċi u paramediċi kif definiti mill-Istat Membru konċernat<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, ma jirreferux għas-servizzi pprovduti f’ambjent ta’ sptar, f’ċentri ta’ kura medika u dijanjostika u ta’ stabbilimenti oħra tal-istess natura, eżenti skont l-Artikolu 132(1)(b) tal-imsemmija direttiva, iżda s-servizzi mediċi u paramediċi pprovduti barra minn tali qafas, kemm fir-residenza privata tal-fornitur kif ukoll fir-residenza tal-pazjent jew f’kull post ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020910">10 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Kügler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑141/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:473">EU:C:2002:473</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Future Health Technologies</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑86/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:334">EU:C:2010:334</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kura medika<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, li jinsab fl-Artikolu 132(1)(b) tad-Direttiva 2006/112, u dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>provvisti ta’ kura lill-persuna<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li jinsab fl-Artikolu 132(1)(ċ) ta’ din id-direttiva, ikopru t-tnejn li huma provvisti li għandhom bħala għan li jagħmlu d-dijanjosi, li jikkuraw u, sa fejn huwa possibbli, li jfejqu mard jew anomaliji tas-saħħa (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Future Health Technologies</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑86/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:334">EU:C:2010:334</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190918">18 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Peters</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑700/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:753">EU:C:2019:753</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>provvisti ta’ kura lill-persuna<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom neċessarjament ikollhom għan terapewtiku, peress li hija din li tiddetermina jekk servizz mediku jew paramediku għandux jiġi eżentat mill-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>X (Eżenzjoni mill-VAT għal konsultazzjonijiet telefoniċi)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑48/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:169">EU:C:2020:169</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), anki jekk mhux neċessarjament isegwi li dan l-għan għandu jinftiehem f’sens partikolarment strett (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Future Health Technologies</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑86/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:334">EU:C:2010:334</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>PFC Clinic</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑91/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:198">EU:C:2013:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, is-servizzi ta’ natura medika jew paramedika mwettqa bil-għan li tiġi protetta, inkluż li tinżamm jew li tiġi stabbilita mill-ġdid, is-saħħa tal-persuni jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112 (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>X (Eżenzjoni mill-VAT għal konsultazzjonijiet telefoniċi)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑48/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:169">EU:C:2020:169</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112 tippreżumi għalhekk li jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet, l-ewwel waħda, dwar l-għan tas-servizz inkwistjoni, kif imfakkar fil-punti 24 sa 26 ta’ din is-sentenza, u t-tieni waħda, li teħtieġ li din il-provvista sseħħ fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijiet mediċi u paramediċi kif iddefiniti mill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din it-tieni kundizzjoni, għandu jiġi ddeterminat, kif josservaw il-Gvern Portugiż u l-Kummissjoni, jekk servizz ta’ monitoraġġ nutrizzjonali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ipprovdut minn professjonist iċċertifikat u awtorizzat għal dan il-għan fi ħdan stabbilimenti sportivi u eventwalment fil-kuntest ta’ programmi li jinkludu wkoll servizzi ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi, huwiex iddefinit, mid-dritt tal-Istat Membru kkonċernat (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190627">27 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Belgisch Syndicaat van Chiropraxie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑597/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:544">EU:C:2019:544</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), bħala pprovdut fl-eżerċizzju ta’ professjoni medika jew paramedika. Mill-elementi li jinsabu fid-deċiżjoni tar-rinviju, iċċarati mill-osservazzjonijiet tal-Gvern Portugiż, jirriżulta li s-servizz inkwistjoni kien il-fatt ta’ persuna li għandha kwalifika professjonali li tawtorizzaha twettaq attivitajiet paramediċi kif iddefiniti mill-Istat Membru kkonċernat, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Anki jekk jitqies li dan huwa l-każ, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan ta’ benefiċċju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkorrispondi għall-ewwel kundizzjoni imposta fl-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112. F’dan ir-rigward, huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu, għall-eżami ta’ dan l-għan, li l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva jinsabu fil-Kapitolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Eżenzjonijet għal ċertu attivitajiet fl-interess pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, tat-Titolu IX tal-imsemmija direttiva. Għalhekk, attività ma tistax tiġi eżentata, b’deroga mill-prinċipju ġenerali li jgħid li l-VAT għandha tinġabar fuq kull provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas minn persuna taxxabbli (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>PFC Clinic</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑91/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:198">EU:C:2013:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:721">EU:C:2017:721</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jekk din ma tissodisfax l-imsemmi għan ta’ interess ġenerali, komuni għall-eżenzjonijiet kollha msemmija f’dan l-Artikolu 132.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa stabbilit li servizz ta’ monitoraġġ nutrizzjonali pprovdut fil-kuntest ta’ stabbiliment sportiv jista’, għal żmien medju u twil jew previst b’mod wiesa’ ħafna, ikun strument ta’ prevenzjoni ta’ ċertu mard, bħall-obeżità. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-istess japplika għall-prattika sportiva nnifisha, li r-rwol tagħha huwa rrikonoxxut, bħala eżempju, sabiex jiġi limitat mard kardjovaskulari. Tali servizz għandu għalhekk, bħala prinċipju, għan sanitarju, iżda mhux, jew mhux neċessarjament, għan terapewtiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fl-assenza ta’ indikazzjoni li huwa pprovdut għal finijiet ta’ prevenzjoni, ta’ djanjosi, ta’ trattament ta’ mard u ta’ rkupru tas-saħħa, u għalhekk b’għan terapewtiku, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 24 u 26 ta’ din is-sentenza, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, servizz ta’ monitoraġġ nutrizzjonali, bħal dak ipprovdut fil-kawża prinċipali, ma jissodisfax il-kriterju tal-attività ta’ interess ġenerali komuni fl-eżenzjonijiet kollha previsti fl-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112 u, konsegwentement, ma jaqax taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(ċ) ta’ din id-direttiva, b’mod li bħala prinċipju, huwa suġġett għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma tiksirx il-prinċipju ta’ newtralità fiskali, li jipprekludi b’mod partikolari li żewġ kunsinni ta’ oġġetti jew żewġ provvisti ta’ servizzi identiċi jew simili mill-perspettiva tal-konsumatur u li jissodisfaw l-istess bżonnijiet tiegħu, u li għalhekk jinsabu f’kompetizzjoni bejniethom, jiġu ttrattati b’mod differenti mill-perspettiva tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>WEG Tevesstraße</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1038">EU:C:2020:1038</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), peress li, fir-rigward tal-għan imfittex mill-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112, servizzi ta’ monitoraġġ nutrizzjonali pprovduti b’għan terapewtiku u servizzi ta’ monitoraġġ nutrizzjonali mingħajr tali għan ma jistgħux jitqiesu li huma identiċi jew simili mill-perspettiva tal-konsumatur u ma jissodisfawx l-istess bżonnijiet ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Kull interpretazzjoni oħra jkollha l-konsegwenza li twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112 lil hinn mir-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> li jirrifletti l-kliem ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll it-titolu tal-Kapitolu 2 tat-Titolu IX ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, kull servizz ipprovdut fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ professjoni medika jew paramedika, li jkollu, anki b’mod indirett jew remot ħafna, l-effett li jipprevjeni ċerti patoloġiji, jaqa’ taħt l-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni, liema ħaġa ma tikkorrispondix mal-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni u mar-rekwiżit ta’ interpretazzjoni stretta ta’ tali eżenzjoni, imfakkar fil-punt 22 ta’ din is-sentenza. Kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 61 tal-konklużjonijiet tagħha, rabta sempliċement inċerta ma’ patoloġija, mingħajr riskju konkret ta’ ħsara għas-saħħa, ma hijiex biżżejjed f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, għandu jiġi konkluż li, mingħajr preġudizzju għal verifika mill-qorti tar-rinviju, servizz ta’ monitoraġġ nutrittiv ipprovdut f’kundizzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma huwiex ta’ natura li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112. Għaldaqstant, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel domanda, ma jistax jiġi eskluż li, fid-dawl tan-natura taxxabbli ta’ tali servizz, il-qorti tar-rinviju tqis li l-kwistjoni dwar jekk dan huwiex indipendenti jew le mis-servizzi tal-benesseri u tal-kultura fiżiċi għandha interess sabiex jiġi ddeterminat it-trattament fiskali rispettiv ta’ dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, għandu jitfakkar li għalkemm, fil-kuntest ta’ proċedura msemmija fl-Artikolu 267 TFUE, ibbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, huma biss l-imsemmija qrati, li għandhom ġurisdizzjoni, b’mod partikolari, sabiex jikkonstataw u jevalwaw il-fatti, li jiddeterminaw, b’mod partikolari, jekk servizz ta’ monitoraġġ nutrittiv ipprovdut f’kundizzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxix jew le provvista ta’ servizzi indipendenti mis-servizzi ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi u li jagħmlu l-evalwazzjonijiet definittivi kollha ta’ fatt, f’dan ir-rigward (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Mailat</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑17/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1038">EU:C:2018:1038</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tipprovdi lil dawn il-qrati l-elementi ta’ interpretazzjoni derivanti mid-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li jkollhom quddiemhom (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>BGŻ Leasing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:15">EU:C:2013:15</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’din il-perspettiva, għandhom isiru l-osservazzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-każijiet fejn tranżazzjoni ekonomika hija kkostitwita minn sensiela ta’ elementi u ta’ atti, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha li fihom titwettaq it-tranżazzjoni inkwistjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk minnha tirriżultax provvista waħda jew iktar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990225">25 ta’ Frar 1999</DATE>, <NAME.CASE>CPP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:93">EU:C:1999:93</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), filwaqt li huwa ppreċiżat li, bħala regola ġenerali, kull provvista għandha titqies bħala provvista distinta u indipendenti, hekk kif jirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2006/112 (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Blackrock Investment Management (UK)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑231/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:513">EU:C:2020:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, b’eċċezzjoni għal din ir-regola ġenerali, l-ewwel nett, it-tranżazzjoni kkostitwita minn provvista waħda fil-livell ekonomiku ma għandhiex tinqasam artifiċjalment sabiex ma sseħħx distorsjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-VAT. Huwa għalhekk li teżisti provvista unika meta diversi elementi jew atti pprovduti mill-persuna taxxabbli lill-klijent ikunu tant marbuta mill-qrib li jifformaw, oġġettivament, provvista ekonomika waħda inseparabbli u li s-separazzjoni tagħha tkun artifiċjali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Blackrock Investment Management (UK)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑231/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:513">EU:C:2020:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punti 22 sa 33 tal-konklużjonijiet tagħha, għandhom jiġu identifikati l-elementi karatteristiċi tat-tranżazzjoni inkwistjoni (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070329">29 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Aktiebolaget NN</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑111/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:195">EU:C:2007:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180118">18 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Stadion Amsterdam</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:22">EU:C:2018:22</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), billi wieħed ipoġġi lilu nnifsu fil-perspettiva tal-konsumatur medju (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:484">EU:C:2012:484</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-medda ta’ indizji li jintużaw għal dan il-għan tinkludi diversi elementi, l-ewwel, ta’ natura intellettwali u ta’ importanza deċiżiva, intiżi sabiex jistabbilixxu n-natura inseparabbli jew le tal-elementi tat-tranżazzjoni inkwistjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Sequeira Mesquita</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:160">EU:C:2019:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-għan ekonomiku tagħha, uniku jew le (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Blackrock Investment Management (UK)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑231/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:513">EU:C:2020:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), it-tieni, ta’ natura materjali u li ma għandhomx importanza deċiżiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990225">25 ta’ Frar 1999</DATE>, <NAME.CASE>CPP</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:93">EU:C:1999:93</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li, jekk ikun il-każ, issostni l-analiżi tal-ewwel elementi, bħall-aċċess separat (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>BGŻ Leasing</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:15">EU:C:2013:15</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) jew flimkien (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Stock ’94</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑208/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:936">EU:C:2016:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) mal-provvisti inkwistjoni jew l-eżistenza ta’ fatturazzjoni unika (digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120119">19 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Purple Parking u Airparks Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑117/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:29">EU:C:2012:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), jew distinta (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180118">18 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Stadion Amsterdam</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑463/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:22">EU:C:2018:22</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tieni nett, tranżazzjoni ekonomika tikkostitwixxi provvista unika meta element wieħed jew diversi elementi jkollhom jitqiesu li jikkostitwixxu l-provvista prinċipali, filwaqt li, għall-kuntrarju, elementi oħra jkollhom jitqiesu bħala provvista jew provvisti anċillari li għalihom japplika l-istess trattament fiskali li japplika għall-provvista prinċipali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Blackrock Investment Management (UK)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑231/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:513">EU:C:2020:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-ewwel kriterju li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward huwa n-nuqqas ta’ għan awtonomu tal-provvista mill-perspettiva tal-konsumatur medju. B’hekk, provvista għandha titqies li hija anċillari għall-provvista prinċipali meta għall-klijenti hija ma tikkostitwixxix għan fiha nnifisha, iżda mezz sabiex jitgawda aħjar is-servizz prinċipali tal-fornitur (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Blackrock Investment Management (UK)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑231/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:513">EU:C:2020:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>It-tieni kriterju, li fir-realtà jikkostitwixxi indizju tal-ewwel kriterju, jieħu inkunsiderazzjoni l-valur rispettiv ta’ kull waħda mill-provvisti li jikkostitwixxu t-tranżazzjoni ekonomika, waħda li tirriżulta minima, saħansitra marġinali, meta mqabbla mal-oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981022">22 ta’ Ottubru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Madgett u Baldwin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/96 u C‑94/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:496">EU:C:1998:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tielet nett, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 44 tal-konklużjonijiet tagħha, skont id-Direttiva 2006/112, it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>tranżazzjonijiet marbuta mill-qrib<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ma’ servizz eżentat jikkondividu l-eżenzjoni tiegħu sabiex tiġi żgurata l-effettività sħiħa ta’ din l-eżenzjoni. Madankollu, fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 30 u 31 ta’ din is-sentenza, dan it-tielet tip ta’ eċċezzjoni għar-regola ġenerali li tikkonsisti f’li kull provvista titqies bħala provvista distinta u indipendenti ma tapplikax fil-preżenza ta’ servizz ta’ monitoraġġ nutrittiv bħal dak ipprovdut fil-kawża prinċipali. Għaldaqstant, l-eżami ta’ din it-tip ta’ eċċezzjoni għandu jiġi evalwat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikabbiltà għal servizzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali tal-ewwel tip ta’ eċċezzjoni, imsemmija fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat, fuq qari tad-deċiżjoni tar-rinviju, li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali tiddedika ruħha b’mod partikolari għall-attività ta’ ġestjoni u ta’ operat ta’ stabbilimenti sportivi kif ukoll għal attivitajiet ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi u li hija pprovdiet, permezz ta’ professjonist debitament ikkwalifikat u ċċertifikat għal dan il-għan, servizzi ta’ monitoraġġ nutrittiv fil-bini tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-elementi pprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li dawn is-servizzi differenti pprovduti mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienu s-suġġett ta’ fatturazzjoni separata u li kien possibbli li wieħed jibbenefika minn uħud mingħajr ma wieħed jirrikorri għall-oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, mingħajr preġudizzju għal verifika mill-qorti tar-rinviju, jidher li servizzi ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi, minn naħa, u ta’ monitoraġġ nutrizzjonali, min-naħa l-oħra, kif ipprovduti mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ma humiex marbuta b’mod inseparabbli fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 38 u 39 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bħala prinċipju, benefiċċji bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jitqiesu bħala li ma jikkostitwixxux provvista unika ta’ natura kumplessa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikabbiltà għal servizzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali tat-tieni tip ta’ eċċezzjoni, imsemmija fil-punti 40 sa 42 ta’ din is-sentenza, għandu, f’dan il-każ, jiġi rrilevat, minn naħa, l-għan awtonomu tas-servizz ta’ monitoraġġ dijetetiku mill-perspettiva tal-konsumatur medju. Anki jekk tali servizzi ta’ monitoraġġ dijetetiku kienu jingħataw jew<?PAGE NO="10"?> jistgħu jingħataw fl-istess postijiet sportivi bħas-servizzi ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi, xorta jibqa’ l-fatt li l-għan ta’ dawn tal-ewwel ma huwiex ta’ natura sportiva, iżda sanitarja u estetika, minkejja l-fatt li dixxiplina dijetetika jista’ jkollha l-effett li tikkontribwixxi għall-prestazzjoni atletika. Min-naħa l-oħra, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tagħha, fil-kawża prinċipali, skont il-fatturazzjoni tar-rikorrenti, 40 % tal-korrispettiv fix-xahar globali li kellu jitħallas mill-klijent kien imputabbli għall-konsulenzi nutrittivi, perċentwali li, manifestament, ma tistax tiġi kklassifikata bħala minimu jew, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, bħala marġinali. Servizzi ta’ monitoraġġ dijetetiku bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistgħux għalhekk jitqiesu bħala aċċessorji meta mqabbla ma’ provvisti prinċipali li huma kkostitwiti mis-servizzi ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, mingħajr preġudizzju għal verifika mill-qorti tar-rinviju, servizzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jitqiesu bħala distinti u indipendenti minn xulxin għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li d-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li, mingħajr preġudizzju għal verifika mill-qorti tar-rinviju, servizz ta’ monitoraġġ nutrittiv ipprovdut minn professjonist iċċertifikat u awtorizzat fi ħdan stabbilimenti sportivi, u eventwalment fil-kuntest ta’ programmi li jinkludu wkoll servizzi ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi, jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi distinta u indipendenti u ma jistax jaqa’ taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li, mingħajr preġudizzju għal verifika mill-qorti tar-rinviju, servizz ta’ monitoraġġ nutrittiv ipprovdut minn professjonist iċċertifikat u awtorizzat fi ħdan stabbilimenti sportivi, u eventwalment fil-kuntest ta’ programmi li jinkludu wkoll servizzi ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi, jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi distinta u indipendenti u ma jistax jaqa’ taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>